This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0048
Case T-48/12: Action brought on 6 February 2012 — Euroscript — Polska v Parliament
Kawża T-48/12: Rikors ippreżentat fis- 6 ta’ Frar 2012 — Euroscript — Polska vs Il-Parlament
Kawża T-48/12: Rikors ippreżentat fis- 6 ta’ Frar 2012 — Euroscript — Polska vs Il-Parlament
ĠU C 109, 14.4.2012, p. 19–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 109/19 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2012 — Euroscript — Polska vs Il-Parlament
(Kawża T-48/12)
2012/C 109/43
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Euroscript — Polska Sp. z o.o. (Kraków, Polonja) (rappreżentant: J. F. Steichen, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
— |
primarjament tannulla d-deċiżjoni tad-9 ta’ Settembru 2011; |
— |
sussidjarjament tannulla s-sejħa għal offerti Nru PL/2011/EP; |
— |
tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż tar-rikors; |
— |
tirriżerva favur ir-rikorrenti dawk id-drittijiet, il-motivi u l-azzjonijiet l-oħra kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-użu ħażin ta’ poter billi l-Parlament Ewropew naqas milli jikkomunika jew, rispettivament, ikkomunika tard l-informazzjoni mitluba mir-rikorrenti wara l-allokazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni għall-Pollakk (1) |
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tar-regoli u tal-prinċipji tal-Unjoni Ewropea, fosthom ir-Regolament Finanzjarju (2) u r-regolament ta’ implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju (3), billi fil-mument li l-offerent magħżul talab rievalwazzjoni tal-offerta tiegħu, iż-żmien kien diġa skada u peress li l-Parlament Ewropew ma setax imur lura mid-deċiżjoni tiegħu li jagħti l-kuntratt lir-rikorrenti sakemm ma jissospendix jew jannulla s-sejħa għal offerti. |
(1) ĠU 2011/S 56-090361.
(2) Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, tal-25 ta’ Ġunju 2002, dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74).
(3) Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002, tat-23 ta’ Diċembru 2002, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145).