EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0575

Kawża C-575/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā apgabaltiesa (il-Latvja) fis- 7 ta’ Diċembru 2012 — AS “Air Baltic Corporation” vs Valsts robežsardze

ĠU C 38, 9.2.2013, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā apgabaltiesa (il-Latvja) fis-7 ta’ Diċembru 2012 — AS “Air Baltic Corporation” vs Valsts robežsardze

(Kawża C-575/12)

2013/C 38/24

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Administratīvā apgabaltiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AS «Air Baltic Corporation»

Konvenut: Valsts robežsardze

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dħul ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz huwa suġġett b’mod obbligatorju għall-kundizzjoni minn qabel tal-eżistenza ta’ viża valida inkluża f’dokument tal-ivvjaġġar validu?

(2)

Il-kanċellazzjoni ta’ dokument tal-ivvjaġġar li fih twaħħlet viża jimplika wkoll, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi), għall-invalidità tal-viża maħruġa?

(3)

Dispożizzjonijiet nazzjonali li jimponu, għad-dħul ta’ ċittadin f’pajjiż terz, il-kundizzjoni minn qabel tal-eżistenza ta’ viża valida inkluża f’dokument ta’ vvjaġġar validu, huma konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), u tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi)?


(1)  ĠU L 105, p. 1.

(2)  ĠU L 243, p. 1


Top