Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0298

    Kawża C-298/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit- 18 ta’ Ġunju 2012 — Confédération paysanne vs Ministre de l’alimentation, de l’agriculture et de la pêche

    ĠU C 273, 8.9.2012, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.9.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 273/5


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-18 ta’ Ġunju 2012 — Confédération paysanne vs Ministre de l’alimentation, de l’agriculture et de la pêche

    (Kawża C-298/12)

    2012/C 273/08

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Conseil d’État

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Confédération paysanne

    Konvenut: Ministre de l’alimentation, de l’agriculture et de la pêche

    Domandi preliminari

    (1)

    Il-paragrafi (1) u (5) tal-Artikolu 40 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, (1) jawtorizzaw lill-Istati Membri, fid-dawl tat-termini tagħhom, iżda wkoll tal-għanijiet tagħhom, sabiex jibbażaw id-dritt ta’ evalwazzjoni mill-ġdid tal-ammont ta’ referenza tal-bdiewa li l-produzzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata b’mod gravi minħabba l-obbligi agroambjentali li jkunu ġew issuġġettati għalihom matul il-perijodu ta’ referenza kollu jew parti minnu, fuq il-paragun bejn l-ammonti ta’ pagamenti diretti riċevuti matul is-snin affettwati minn dawn l-obbligi u dawk li jkunu ġew riċevuti għas-snin mhux affettwati?

    (2)

    Il-paragrafi (2) u (5) tal-Artikolu 40 tar-Regolament Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, jawtorizzaw lill-Istati Membri sabiex jibbażaw id-dritt ta’ evalwazzjoni mill-ġdid tal-ammont ta’ referenza tal-bdiewa li l-produzzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata b’mod gravi minħabba l-obbligi agroambjentali li jkunu ġew isuġġettati għalihom matul il-perijodu ta’ referenza kollu, fuq il-paragun bejn l-ammont ta’ pagamenti diretti riċevuti matul l-aħħar sena mhux affettwata mill-obbligi agroambjentali, inkluż ukoll jekk din is-sena tkun tmien snin qabel il-perijodu ta’ referenza, u l-ammont annwali medju ta’ pagamenti diretti riċevuti matul il-perijodu ta’ referenza?


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3 Vol. 40, p. 269)


    Top