Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0389

    Kawża T-389/11: Rikors ippreżentat fit- 18 ta’ Lulju 2011 — Guccio Gucci vs UASI Chang Qing Qing (GUDDY)

    ĠU C 282, 24.9.2011, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 282/34


    Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2011 — Guccio Gucci vs UASI Chang Qing Qing (GUDDY)

    (Kawża T-389/11)

    2011/C 282/67

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Guccio Gucci SpA (Firenze, l-Italja) (rappreżentant: F. Jacobacci, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Chang Qing Qing (Firenze, l-Italja)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta’ April 2011 fil-Każ R 143/2010-1 sa fejn din tirrifjuta l-oppożizzjoni għall-bqija tal-prodotti fil-klassi 9 u 14; u

    tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “GUDDY”, għal diversi prodotti fil-klassi 9, 14, 18 u 25 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 6799531

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

    Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 121988 tat-trade mark verbali “GUCCI”, għall-prodotti fil-klassi 9, 14, 18 u 25

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni parzjalment annullata u appell parzjalment miċħud

    Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell naqas milli (i) jeżamina bir-reqqa d-dokumenti ppreżentati sabiex tintlaħaq il-konklużjoni xierqa rigward il-karattru distintiv ogħla tat-trade mark “GUCCI” u rigward il-paragun fonetiku bejn it-trade marks, u sussegwentement żbalja (ii) fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-Trade Mark Komunitarja.


    Top