Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0569

Kawża T-569/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Settembru 2013 — Gitana vs UASI — Teddy (GITANA) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva GITANA — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti KiTANA — Prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Identiċità jew xebh tal-prodotti — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 — Rifjut parzjali tar-reġistrazzjoni” )

ĠU C 336, 16.11.2013, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 336, 16.11.2013, p. 19–19 (HR)

16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Gitana vs UASI — Teddy (GITANA)

(Kawża T-569/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva GITANA - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti KiTANA - Prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Identiċità jew xebh tal-prodotti - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 - Rifjut parzjali tar-reġistrazzjoni)

2013/C 336/40

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gitana SA (Pregny-Chambésy, l-Isvizzera) (rappreżentant: F. Benech, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Teddy SpA (Rimini, l-Italja) (rappreżentant: S. Rizzo, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Awwissu 2011 (Każ R 1825/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Rosenruist — Gestão e serviços, Lda u Gitana SA

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Gitana SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 6, 7.1.2012.


Top