Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0097

    Kawża T-97/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Settembru 2013 — Rovi Pharmaceuticals vs UASI — Laboratorios Farmaceuticos Rovi (ROVI Pharmaceuticals) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ROVI Pharmaceticals — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti ROVI u trade mark nazzjonali verbali preċedenti ROVIFARMA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Ugwaljanza fit-trattament” )

    ĠU C 336, 16.11.2013, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 336, 16.11.2013, p. 18–18 (HR)

    16.11.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 336/19


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Rovi Pharmaceuticals vs UASI — Laboratorios Farmaceuticos Rovi (ROVI Pharmaceuticals)

    (Kawża T-97/11) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ROVI Pharmaceticals - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti ROVI u trade mark nazzjonali verbali preċedenti ROVIFARMA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ugwaljanza fit-trattament)

    2013/C 336/37

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Rovi Pharmaceuticals GmbH (Schlüchtern, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Berghofer, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Laboratorios Farmaceuticos Rovi, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: G. Marín Raigal, P. López Ronda u G. Macias Bonilla, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Diċembru 2010 (Każ R 500/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Laboratorios Farmacéuticos Rovi, SA u Rovi Pharmaceuticals GmbH.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Rovi Pharmaceuticals GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk li Laboratorios Farmacéuticos Rovi, SA sostniet matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.


    (1)  ĠU C 120, 16.4.2011.


    Top