Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FN0140

    Kawża F-140/11: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Diċembru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 65, 3.3.2012, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.3.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 65/25


    Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-140/11)

    2012/C 65/49

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: Ph.-E. Partsch, E. Raimond, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett

    Annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur-Ġenerali tal-OLAF dwar l-aħħar stedina għas-smigħ tar-rikorrent fil-kuntest ta’ investigazzjoni interna u li tindika li rapport finali dwar din l-investigazzjoni għandu jiġi adottat abbażi biss tal-informazzjoni miġbura u analizzata unilateralment mill-OLAF, jekk ir-rikorrent ma jilqax din l-istedina kif ukoll l-ittra li tiċħad l-ilment tiegħu.

    Talbiet tar-rikorrenti

    jannulla d-deċiżjoni tat-28 ta’ Ottubru 2011;

    jannulla d-deċiżjoni tat-2 ta’ Diċembru 2011 dwar l-ilment tal-21 ta’ Novembru 2011;

    jagħti lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 7 000 bħala danni kumpensatorji;

    jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


    Top