This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011FN0134
Case F-134/11: Action brought on 15 December 2011 — ZZ and ZZ v Commission
Kawża F-134/11: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Diċembru 2011 — ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni
Kawża F-134/11: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Diċembru 2011 — ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni
ĠU C 65, 3.3.2012, p. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/23 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2011 — ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-134/11)
2012/C 65/44
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis, D. Abreu Caldas, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal assistenza tar-rikorrenti skont l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal wara l-irtirar ta’ proposta ta’ trasferiment aċċettata mir-rikorrenti u wara l-iskadenza ta’ terminu raġonevoli biex jibbenefikaw mill-possibbiltà li jittrasferixxu d-drittijiet għal pensjoni tagħhom.
Talbiet tar-rikorrenti
— |
jannulla d-deċiżjoni tad-9 ta’ Marzu 2011 li tiċħad it-talba għal assistenza tar-rikorrenti intiża sabiex ikollhom l-elementi kollha rilevanti biex jiddiċiedu, jekk neċessarju, li jitrasferixxu id-drittijiet għal pensjoni tagħhom; |
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas EUR 500 għal kull xahar ta’ dewmien fit-trasmissjoni ta’ offerta, debita, ta’ trasferimenti tad-drittijiet għal pensjoni tar-rikorrenti u dan, mill-jum li fih il-PMO ddeċieda li jirtira l-offerta aċċettata mir-rikorrenti u l-fondi tal-pensjoni, jiġifieri fil-25 ta’ Jannar għall-ewwel rikorrent u fil-5 ta’ Frar għat-tieni rikorrent, jew mill-inqas, miċ-ċaħda, fid-9 ta’ Marzu 2011, tat-talba għal assistenza tagħhom; |
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |