Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FN0024

    Kawża F-24/11: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Marzu 2011 — Nicolas Katrakasas vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 152, 21.5.2011, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 152/33


    Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2011 — Nicolas Katrakasas vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-24/11)

    2011/C 152/60

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Nicolas Katrakasas (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett

    L-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li ma jidhirx isem ir-rikorrent fuq il-lista ta’ riżerva fil-kuntest tal-kompetizzjoni COM/INT/OLAF/09/AD8.

    Talbiet tar-rikorrent

    tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla, tal-11 ta’ Mejju 2010, li tikkonferma, wara eżami mill-ġdid, id-deċiżjoni tiegħu tad-9 Marzu 2010 li ma jinkludix lir-rikorrent fuq il-lista ta’ riżerva fil-kuntest tal-kompetizzjoni interna “COM/INT/OLAF/09/AD8 — Diretturi li jispeċjalizzaw fil-ġlieda kontra l-frodi”;

    tannulla, safejn huwa meħtieġ, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-25 ta’ Novembru 2010, li tiċħad l-ilment;

    tannulla l-lista ta’ riżerva sa fejn din ma tinkludix l-isem tar-rikorrent u d-deċiżjonijiet kollha meħuda abbażi tagħha;

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


    Top