This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011FA0078
Case F-78/11: Judgment of the Civil Service Tribunal (Third Chamber) of 26 June 2013 — BM v ECB (Civil service — ECB Staff — Retroactive extension of the probationary period — Decision to end the contract during the probationary period — Disciplinary proceedings)
Kawża F-78/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas- 26 ta’ Ġunju 2013 — BM vs BĊE (Servizz Pubbliku — Persunal tal-BĊE — Estensjoni retroattiva tal-perijodu ta’ prova — Deċiżjoni li jiġi tterminat kuntratt matul il-perijodu ta’ prova — Proċedura dixxiplinari)
Kawża F-78/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas- 26 ta’ Ġunju 2013 — BM vs BĊE (Servizz Pubbliku — Persunal tal-BĊE — Estensjoni retroattiva tal-perijodu ta’ prova — Deċiżjoni li jiġi tterminat kuntratt matul il-perijodu ta’ prova — Proċedura dixxiplinari)
ĠU C 252, 31.8.2013, p. 43–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 252, 31.8.2013, p. 29–29
(HR)
31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/43 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2013 — BM vs BĊE
(Kawża F-78/11) (1)
(Servizz Pubbliku - Persunal tal-BĊE - Estensjoni retroattiva tal-perijodu ta’ prova - Deċiżjoni li jiġi tterminat kuntratt matul il-perijodu ta’ prova - Proċedura dixxiplinari)
2013/C 252/71
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: BM (Frankfurt-am-Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: inizjalment minn P. Embley, M. López Torres u E. Carlini, bħala aġenti, sussegwentement minn M. López Torres u E. Carlini, bħala aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li ttemm il-kuntratt tar-rikorrent matul il-perijodu ta’ prova minħabba nuqqas dixxiplinari ssanzjonat bi twissija.
Dispożittiv
(1) |
Id-deċiżjoni tal-amministrazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tal-20 ta’ Mejju 2011, li jiġi tterminat l-kuntratt ta’ BM fil-31 ta’ Ottubru 2011, hija annullata. |
(2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
(3) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn BM. |
(1) ĠU C 319, 29.10.2011, p. 30.