This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0646
Case C-646/11 P: Appeal brought on 16 December 2011 by 3F, formerly Specialarbejderforbundet i Danmark (SID) against the judgment of the General Court (Second Chamber, Extended Composition) delivered on 27 September 2011 in Case T-30/03 RENV: 3F formerly Specialarbejderforbundet i Danmark (SID) v European Commission
Kawża C-646/11 P: Appell ippreżentat fis- 16 ta Diċembru 2011 minn 3F, li kienet Specialarbejderforbundet i Danmark (SID) kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas- 27 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-30/03 RENV: 3F li kienet Specialarbejderforbundet i Danmark (SID) vs Il-Kummissjoni Ewropea
Kawża C-646/11 P: Appell ippreżentat fis- 16 ta Diċembru 2011 minn 3F, li kienet Specialarbejderforbundet i Danmark (SID) kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas- 27 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-30/03 RENV: 3F li kienet Specialarbejderforbundet i Danmark (SID) vs Il-Kummissjoni Ewropea
ĠU C 65, 3.3.2012, p. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/6 |
Appell ippreżentat fis-16 ta Diċembru 2011 minn 3F, li kienet Specialarbejderforbundet i Danmark (SID) kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-30/03 RENV: 3F li kienet Specialarbejderforbundet i Danmark (SID) vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-646/11 P)
2012/C 65/11
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: 3F, li kienet Specialarbejderforbundet i Danmark (SID) (rappreżentanti: P. Torbøl, avukat, V. Edwards)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tad-Danimarka
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fl-intier taħgha, |
— |
tiddeċiedi l-kawża b’mod definittiv, |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata għar-raġunijiet li ġejjin:
— |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u applikazzjoni tagħha tal-ġurisprudenza dwar l-evalwazzjoni tat-tul tal-eżami preliminari taħt l-Artikolu 108(3) TFUE. |
— |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u applikazzjoni tagħha tal-ġurisprudenza dwar it-tifsira ta’ “diffikultajiet serji” u sabiex jiġi stabbilit jekk dawn id-diffikultajiet jeżistux. |
— |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli twieġeb għat-talba tal-appellanti dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, alternattivament il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta interpretat u applikat b’mod żbaljat il-ġurispurdenza fir-rigward tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. |