Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0300

    Kawża C-300/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fis- 17 ta’ Ġunju 2011 — ZZ vs Secretary of State for the Home Department

    ĠU C 252, 27.8.2011, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.8.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 252/20


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fis-17 ta’ Ġunju 2011 — ZZ vs Secretary of State for the Home Department

    (Kawża C-300/11)

    2011/C 252/37

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: ZZ

    Konvenut: Secretary of State for the Home Department.

    Domanda preliminari

    “Il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, stabbilit fl-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2004/38 (1), kif interpretat fid-dawl tal-Artikolu 346(1)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jirrikjedi li qorti li quddiemha jiġi ppreżentat appell minn deċiżjoni li tipprojbixxi lil ċittadin tal-Unjoni Ewropea l-aċċess għat-territorju ta’ Stat Membru għal raġunijiet ta’ ordni pubblika u ta’ sigurtà pubblika skont il-Kapitolu VI tad-Direttiva 2004/38 għandha tiżgura li ċ-ċittadin tal-Unjoni Ewropea kkonċernat jiġi informat dwar is-sustanza tal-motivi mressqa kontrih, minkejja l-fatt li l-awtoritajiet tal-Istat Membru u l-qorti nazzjonali kompetenti, wara li jkunu eżaminaw il-provi kollha invokati mill-awtoritajiet tal-Istat Membru kontra ċ-ċittadin tal-Unjoni Ewropea, ikkonkludew li raġunijiet li jaqaw taħt interessi ta’ sigurtà tal-Istat jipprekludu l-iżvelar tas-sustanza tal-motivi?”


    (1)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).


    Top