EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0116

Kawża C-116/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Sąd Rejonowy Poznań (ir-Repubblika tal-Polonja) fis- 7 ta’ Marzu 2011 — Bank Handlowy, Ryszard Adamiak, Christianapol Sp. Z o.o.

ĠU C 152, 21.5.2011, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Sąd Rejonowy Poznań (ir-Repubblika tal-Polonja) fis-7 ta’ Marzu 2011 — Bank Handlowy, Ryszard Adamiak, Christianapol Sp. Z o.o.

(Kawża C-116/11)

2011/C 152/24

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy Poznań

Partijiet fil-kawża prinċipali

Bank Handlowy, Ryszard Adamiak, Christianapol Sp. Z o.o.

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 4 (1) u (2)(j) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1 p. 191) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kunċett ta’ “egħluq ta’ proċedimenti ta’ falliment” użat f’din id-dispożizzjoni għandu jingħata interpretazzjoni awtonoma, li ma tiddependix fuq leġiżlazzjonijiet applikabbli fis-sistemi legali tal-Istati Membri differenti jew huwa r-responsabbiltà tad-dritt nazzjonali tal-Istat ta’ ftuħ sabiex jiddetermina f’liema mument iseħħ l-għeluq ta’ din il-proċedura?

(2)

L-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti nazzjonali li jkollha quddiemha talba għall-ftuħ ta’ proċedimenti sekondarji ta’ falliment ma tista’ fl-ebda każ teżamina l-falliment tad-debitur li kontrih kawża prinċipali ta’ falliment ġiet miftuħa fi Stat Membru ieħor jew fis-sens li l-qorti nazzjonali tista’, f’xi każijiet, teżamina l-kwistjoni tal-eżistenza tal-falliment tad-debitur, speċjalment meta l-proċedura prinċipali hija proċedura ta’ protezzjoni fejn il-qorti sabet li d-debitur ma huwiex fallut (proċedura Franċiża għas-salvagwardja)?

(3)

L-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment, kif interpretat, jippermetti li jinfetaħ proċediment sekondarju ta’ falliment — li n-natura tiegħu hija ddefinita fit-tieni sentenza tal-Artikolu 3(3) ta’ dan ir-regolament — fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinsab il-propjetà kollha tad-debitur inkwistjoni, meta wieħed jikkunsidra li l-proċedura prinċipali, b’mod partikolari meta l-proċedura prinċipali, li tgawdi minn rikonoxximent awtomatiku, hija protettiva fin-natura tagħha (proċedura Franċiża għas-salvagwardja), li pjan ta’ rimbors kien ġie adottat u approvat fil-kuntest ta’ din il-proċedura, li dan il-pjan ikun implementat mid-debitur, u li l-imħallef ipprojbixxa kull trasferiment tal-beni tad-debitur?


Top