EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CB0117

Kawża C-117/11: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad- 19 ta’ Jannar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) — ir-Renju Unit) — Purple Parking Ltd, Airparks Services Ltd vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Fiskalità — VAT — Sitt Direttiva — Artikolu 28(2)(a) — Artikolu 28(3)(b) — Eżenzjoni ta’ ċerti servizzi ta’ trasport — Operazzjoni li tgħaqqad servizzi ta’ parkeġġ tal-karozza flimkien mat-trasport tal-persuni li jivvjaġġaw bejn il-parkeġġ u ajruport — Eżistenza ta’ żewġ provvisti ta’ servizzi distinti jew ta’ provvista waħda — Prinċipju ta’ newtralità fiskali)

ĠU C 109, 14.4.2012, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/4


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Jannar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) — ir-Renju Unit) — Purple Parking Ltd, Airparks Services Ltd vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-117/11) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Fiskalità - VAT - Sitt Direttiva - Artikolu 28(2)(a) - Artikolu 28(3)(b) - Eżenzjoni ta’ ċerti servizzi ta’ trasport - Operazzjoni li tgħaqqad servizzi ta’ parkeġġ tal-karozza flimkien mat-trasport tal-persuni li jivvjaġġaw bejn il-parkeġġ u ajruport - Eżistenza ta’ żewġ provvisti ta’ servizzi distinti jew ta’ provvista waħda - Prinċipju ta’ newtralità fiskali)

2012/C 109/07

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Purple Parking Ltd, Airparks Services Ltd

Konvenut: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) — Interpretazzjoni tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Għażla għall-Istati Membri li jżommu fis-seħħ eżenzjonijiet b’rimbors tat-taxxa mħallsa qabel — Żamma, permezz ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, ta’ eżenzjoni b’rimbors tat-taxxa mħallsa għal ċerti servizzi ta’ trasport — Operatur li jipprovdi, lill-persuni li jivvjaġġaw bl-ajru, servizz ta’ parkeġġ tal-karozza flimkien ma’ servizz ta’ trasport bejn il-parkeġġ u l-ajruport — Operazzjoni li għandha tiġi kkunsidrata, għall-finijiet tal-VAT, bħala provvista waħda jew bħala numru ta’ provvisti distinti?

Dispożittiv

Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/111/KEE, tal-14 ta’ Diċembru 1992, għandha tiġi interpretata fis-sens li, għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-rata tat-taxxa fuq il-valur miżjud applikabbli, servizzi ta’ parkeġġ ta’ vettura f’parkeġġ “barra l-ajruport” u ta’ trasport tal-passiġġieri tal-vettura msemmija bejn il-parkeġġ u t-terminal tal-ajruport ikkonċernat għandhom, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, jitqiesu bħala provvista kumplessa unika li fiha s-servizz ta’ parkeġġ huwa predominanti.


(1)  ĠU C 145, 14.05.2011.


Top