Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0445

    Kawża T-445/10: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ Settembru 2010 — HerkuPlast Kubern vs UASI — How (eco-pack)

    ĠU C 317, 20.11.2010, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.11.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 317/45


    Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2010 — HerkuPlast Kubern vs UASI — How (eco-pack)

    (Kawża T-445/10)

    ()

    2010/C 317/79

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: HerkuPlast Kubern GmbH (Ering, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Heidi A. T. How (Harrow, ir-Renju Unit)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-27 ta’ Lulju 2010, fil-Każ R 1014/2009-4;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Heidi A. T. How.

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “eco-pack”, għal prodotti fil-klassi 16.

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti.

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniża u r-reġistrazzjoni internazzjonali “ECOPAK” għal prodotti fil-klassi 20.

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda.

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) sa fejn teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti, kif ukoll ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 sa fejn il-Bord tal-Appell innega kompletament l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni, ir-raġunament tiegħu huwa kontradittorju fuq diversi punti u ċaħad b’mod żbaljat bħala irrilevanti l-argumenti effettivament rilevanti mressqa mir-rikorrenti.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


    Top