This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0423
Case T-423/10: Action brought on 16 September 2010 — Redaelli Tecna v Commission
Kawża T-423/10: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Settembru 2010 — Redaelli Tecna vs Il-Kummissjoni
Kawża T-423/10: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Settembru 2010 — Redaelli Tecna vs Il-Kummissjoni
ĠU C 317, 20.11.2010, p. 36–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 317/36 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2010 — Redaelli Tecna vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-423/10)
()
2010/C 317/65
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Redaelli Tecna SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: R. Zaccà, M. Todino, E. Cruellas Sada, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tikkonstata l-parteċipazzjoni ta’ Redaelli fl-akkordju previst fl-imsemmija deċiżjoni għall-perijodu 1984-1992 biss; |
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tiċħad it-talba għal klemenza ta’ Redaelli u, konsegwentement, tnaqqas b’mod sinjifikattiv il-multa abbażi tal-kontribuzzjoni mogħtija minn Redaelli fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni permezz ta’ din it-talba; |
— |
barra minn dan, għal raġunijiet ta’ ekwità, tnaqqas il-multa imposta fuq Redaelli bħala kumpens għat-tul mhux raġonevoli tal-proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess waħda inkwistjoni fil-Kawża T-385/10, Arcelormittal Wire France et vs Il-Kummissjoni.
B’mod partikolari, ir-rikorrenti targumenta:
— |
li l-Kummissjoni wettqet ksur gravi tal-prinċipju ta’ trattament ugwali billi applikat kriterji iktar stretti fir-rigward biss ta’ Redaelli u billi rrifjutat fil-konfront tagħha l-benefiċċju tal-klemenza, liema benefiċċju ngħata minflok lil impriżi oħrajn li t-talbiet għal klemenza tagħhom kien fihom, f’termini ta’ “valur miżjud”, kontenut modest ħafna u ferm inferjuri meta mqabbel mal-valur miżjud mogħti mir-rikorrenti. B’hekk, il-Kummissjoni kisret ukoll il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi, peress li hija ttradiet essenzjalment l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti li t-talba tagħha kienet ser tiġi evalwata fid-dawl tal-parametri elaborati fil-prattika tal-Kummissjoni fiż-żmien meta saret it-talba u stabbiliti fil-komunikazzjoni tal-2002. |
— |
li l-Kummissjoni attribwiet b’mod żbaljat ir-responsabbiltà għall-akkordju għall-perijodu 1984-1992 lill-partijiet, mingħajr ma ressqet provi suffiċjenti dwar l-eżistenza ta’ tali akkordju matul il-perijodu inkwistjoni; |
— |
li t-tul mhux raġonevoli tal-proċedura amministrattiva ppreġudika d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, billi pprekludiha milli tagħmel użu minn provi li jiskaġunaw li fil-frattemp saru indisponibbli, u bl-istess mod kellu impatt negattiv fuq l-evalwazzjoni effettiva tat-talba għal klemenza mressqa mir-rikorrenti. |