Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0336

    Kawża T-336/10: Rikors ippreżentat fl- 10 ta’ Awwissu 2010 — Abercrombie & Fitch Europe vs UASI — Gilli (GILLY HICKS)

    ĠU C 274, 9.10.2010, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.10.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 274/29


    Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2010 — Abercrombie & Fitch Europe vs UASI — Gilli (GILLY HICKS)

    (Kawża T-336/10)

    ()

    2010/C 274/44

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Abercrombie & Fitch Europe SA (Mendrisio, l-Isvizzera) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, D. Stone u L. Ritchie, Solicitors)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gilli Srl (Milano, l-Italja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tal-20 ta’ Mejju 2010, fil-Każ R 832/2008-1, u;

    tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “GILLY HICKS”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 14, 25 u 35 — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 5194543

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni tat- trade mark Komunitarja Nru 3566007 tat-trade mark figurattiva “GILLI”, għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14 u 25

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata parzjalment annullata

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, inkwantu l-Bord tal-Appell ma wettaqx paragun viżiv, fonetiku jew kunċettwali korrett tat-trade marks u konsegwentement wettaq żball fil-rigward tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.


    Top