This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0320
Case T-320/10: Action brought on 2 August 2010 — Fürstlich Castell’sches Domänenamt/OHMI — Castel Frères (CASTEL)
Kawża T-320/10: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ Awwissu 2010 — Fürstlich Castell’sches Domänenamt vs UASI — Castel Frères (CASTEL)
Kawża T-320/10: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ Awwissu 2010 — Fürstlich Castell’sches Domänenamt vs UASI — Castel Frères (CASTEL)
ĠU C 260, 25.9.2010, p. 24–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 260/24 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2010 — Fürstlich Castell’sches Domänenamt vs UASI — Castel Frères (CASTEL)
(Kawża T-320/10)
()
2010/C 260/33
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Fürstlich Castell’sches Domänenamt, Albrecht Fürst zu Castell-Castell (Castell, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze, Solicitor, G. Würtenberger u T. Wittmann, lawyers)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Partijiet oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell: Castel Frères SA (Blanquefort, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
Tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) tal-4 ta’ Mejju 2010 fil-Każ R 962/2009-2; |
— |
Tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: It-trade mark “CASTEL” għal prodotti fil-klassi 33 — Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 2 678 167
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: Il-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażat it-talba tagħha fuq raġunijiet assoluti għal rifjut skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, meta l-Bord tal-Appell: (i) min-naħa ddikjara korrettament li “Castell” kienet indikazzjoni ta’ oriġini rikonuxxuta f’relazzjoni mal-inbid, iżda min-naħa l-oħra, żbalja meta kkunsidrat li t-trade mark ikkontestata “CASTEL” kienet differenti b’mod kospikwu minn “Castell” u għaldaqstant, ikkonkluda li t-trade mark ikkontestata setgħet tiġi rreġistrata, (ii) qal li “CASTEL” kienet kelma użata komunement għal “kastell” fl-industrija tal-inbid, u naqas milli jikkonkludi li “CASTEL” ma setgħetx tiġi rreġistrata; Ksur tal-Artikoli 63, 64, 75 u 76 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, billi l-Bord tal-Appell ma ħax biżżejjed inkunsiderazzjoni l-fatti u l-argumenti mressqa; Ksur tal-Artikolu 65 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, billi l-Bord tal-Appell aġixxa ultra vires meta ġġustifika d-deċiżjoni tiegħu permezz ta’ “koeżistenza paċifika”, għalkemm din id-dottrina mhijiex ċara għall-kunsiderazzjoni tar-reġistrazzjoni ta’ trade mark.