This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TB0480
Case T-480/10: Order of the General Court of 11 April 2011 — Département du Gers v Commission (Action for annulment — Environment and protection of human health — Genetically modified food and feed — No individual concern — Inadmissibility)
Kawża T-480/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 11 ta’ April 2011 — Département du Gers vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem — Affarijiet tal-ikel u ikel għall-annimali ġenetikament immodifikat — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà” )
Kawża T-480/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 11 ta’ April 2011 — Département du Gers vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem — Affarijiet tal-ikel u ikel għall-annimali ġenetikament immodifikat — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà” )
ĠU C 173, 11.6.2011, p. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 173/11 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2011 — Département du Gers vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-480/10) (1)
(Rikors għal annullament - Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem - Affarijiet tal-ikel u ikel għall-annimali ġenetikament immodifikat - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà)
2011/C 173/25
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Département du Gers (Franza) (rappreżentanti: S. Mabile u J.-P. Mignard, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: D. Bianchi u L. Pignataro, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/426/UE, tat-28 ta’ Lulju 2010 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qamħirrum modifikat ġenetikament Bt11xGA21 (SYN-BTØ11-1xMON-ØØØ21-9), jew li jikkonsistu minnu jew huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 199, p. 36).
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
(2) |
Id-Département du Gers għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea. |
(3) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tar-Région Centre, tar-Région Picardie, tad-Département de la Haute-Garonne, tar-Région Bretagne, tar-Région Poitou-Charentes, tar-Région Provence-Alpes-Côte d’Azur, tar-Région Bourgogne, tar-Région Midi-Pyrénées, tar-Région Auvergne, tar-Région Pays de la Loire, tar-Région Rhône-Alpes, tad-Département des Côtes d’Armor, tar-Région Île de France u tar-Région Nord-Pas-de-Calais. |