Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0533

    Kawża T-533/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 11 ta’ Lulju 2014 – DTS Distribuidora de Televisión Digital vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Servizz pubbliku ta’ xandir — Għajnuna li Spanja qiegħda tippjana li timplementa favur RTVE — Bidla tas-sistema ta’ finanzjament — Sostituzzjoni tad-dħul mir-reklamar b’taxxi ġodda fuq l-operaturi ta’ televiżjoni u ta’ telekomunikazzjonijiet — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Miżura fiskali li tikkostitwixxi l-mod ta’ finanzjament tal-għajnuna — Eżistenza ta’ rabta ta’ allokazzjoni neċessarja bejn it-taxxa u l-għajnuna — Influwenza diretta tad-dħul mit-taxxa fuq il-portata tal-għajnuna — Proporzjonalità” )

    ĠU C 292, 1.9.2014, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 292/27


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2014 – DTS Distribuidora de Televisión Digital vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-533/10) (1)

    ((“Għajnuna mill-Istat - Servizz pubbliku ta’ xandir - Għajnuna li Spanja qiegħda tippjana li timplementa favur RTVE - Bidla tas-sistema ta’ finanzjament - Sostituzzjoni tad-dħul mir-reklamar b’taxxi ġodda fuq l-operaturi ta’ televiżjoni u ta’ telekomunikazzjonijiet - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Miżura fiskali li tikkostitwixxi l-mod ta’ finanzjament tal-għajnuna - Eżistenza ta’ rabta ta’ allokazzjoni neċessarja bejn it-taxxa u l-għajnuna - Influwenza diretta tad-dħul mit-taxxa fuq il-portata tal-għajnuna - Proporzjonalità”))

    2014/C 292/32

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: DTS Distribuidora de Televisión Digital, SA (Tres Cantos, Spanja) (rappreżentanti: H. Brokelmann u M. Ganino, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Valero Jordana u C. Urraca Caviedes, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-rikorrenti: Telefónica de España, SA (Madrid, Spanja); u Telefónica Móviles España, SA (Madrid) (rappreżentanti: F. González Díaz u F. Salerno, avukati)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn J. Rodríguez Cárcamo u M. Muñoz Pérez, sussegwentement minn M. Muñoz Pérez, sussegwentement minn S. Centeno Huerta u N. Díaz Abad, sussegwentement minn N. Díaz Abad u finalment minn M. Sampol Pucurull, abogados del Estado); u Corporación de Radio y Televisión Española, SA (RTVE) (Madrid) (rappreżentanti: A. Martínez Sánchez u J. Rodríguez Ordóñez, avukati)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/1/UE, tal-20 ta’ Lulju 2010, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat C 38/09 (ex NN 58/09) li Spanja qiegħda tippjana li timplimenta għall-Corporación de Radio y Televisión Española (RTVE) (ĠU 2011 L 1, p. 9)

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    DTS Distribuidora de Televisión Digital, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji, l-ispejjeż ta’ Corporación de Radio y Televisión Española, SA (RTVE), inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji, kif ukoll l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji, ħlief l-ispejjeż li din tal-aħħar sostniet minħabba l-intervent ta’ Telefónica de España, SA u ta’ Telefónica Móviles España, SA.

    3)

    Telefónica de España u Telefónica Móviles España għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u, in solidum, l-ispejjeż li l-Kummissjoni sostniet minħabba l-intervent tagħhom.

    4)

    Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


    (1)  ĠU C 30, 29.01.2011.


    Top