Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FN0086

Kawża F-86/10: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Settembru 2010 — Dubus vs Il-Parlament

ĠU C 317, 20.11.2010, p. 49–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 317/49


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2010 — Dubus vs Il-Parlament

(Kawża F-86/10)

()

2010/C 317/89

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Charles Dubus (Tervuren, il-Belġju) (rappreżentanti: E. Boigelot u S. Woog, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ uffiċjali promossi mill-grad AST3 għall-grad AST4 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2009.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ uffiċjali promossi mill-grad AST3 għall-grad AST4 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2009;

bħala konsegwenza ta’ dan l-annullament, twettaq eżami komparattiv ġdid tal-merti tar-rikorrent u ta’ dawk tal-kandidati l-oħra fil-proċedura ta’ promozzjoni 2009 u tippromwovi lir-rikorrent għall-grad AST4 b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2009 kif ukoll tordna l-ħlas tal-interessi fuq l-arretrati tar-remunerazzjoni bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, mill-1 ta’ Jannar 2009, miżjuda b’żewġ punti;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.


Top