EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FB0092

Kawża F-92/10: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas- 16 ta’ Ġunju 2011 — Dricot-Daniele et vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u membri oħra tal-persunal — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

ĠU C 252, 27.8.2011, p. 54–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/54


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011 — Dricot-Daniele et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-92/10) (1)

(Servizz pubbliku - Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u membri oħra tal-persunal - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2011/C 252/119

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Luigia Dricot-Daniele (Overijse, il-Belġju) et (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-istqarrijiet ta’ regolarizzazzjoni tar-remunerazzjonijiet tar-rikorrenti għall-perijodu minn Lulju sa Diċembru 2009 u tal-istqarrijiet ta’ remunerazzjoni stabbiliti mill-1 ta’ Jannar 2010 fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u membri oħra tal-persunal abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors F-92/10, Dricot-Daniele et vs Il-Kummissjoni.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 13, 15.01.11, p. 40


Top