EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0454

Kawża C-454/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis- 17 ta’ Settembru 2010 — Oliver Jestel vs Hauptzollamt Aachen

ĠU C 317, 20.11.2010, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 317/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Settembru 2010 — Oliver Jestel vs Hauptzollamt Aachen

(Kawża C-454/10)

()

2010/C 317/40

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Oliver Jestel

Konvenut: Hauptzollamt Aachen

Domandi preliminari

(1)

Dejn doganali li jirriżulta mill-“parteċipazzjoni” għall-introduzzjoni kontra l-liġi fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea ta’ merkanzija, fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 202(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), jiġi inkors minn persuna li, mingħajr ma tipprovdi direttament l-għajnuna tagħha għall-introduzzjoni, isservi bħala intermedjarju għall-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ bejgħ li jirrigwardaw il-merkanzija inkwistjoni u tipprevedi, f’dan il-kuntest, li l-bejjiegħ jista’ jikkunsinna l-merkanzija jew parti minnha mingħajr ma jħallas id-dazji fuq l-importazzjoni?

(2)

Huwa biżżejjed skont il-każ jekk din il-persuna tqis dan il-fatt possibbli, jew hija ssir debitur biss jekk tistenna li dan ser iseħħ?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.


Top