Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0529

    Kawża T-529/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 4 ta’ Mejju 2012 — In ‘t Veld vs Il-Kunsill ( “Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Parir tas-servizz legali tal-Kunsill fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni intiża għall-awtorizzazzjoni tal-ftuħ ta’ negozjati li għandhom iwasslu għal ftehim internazzjonali — Rifjut parzjali ta’ aċċess — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-interess pubbliku fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-pariri legali — Preġudizzju konkret u previdibbli għall-interess inkwistjoni — Interess pubbliku ikbar” )

    ĠU C 184, 23.6.2012, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 184/9


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2012 — In ‘t Veld vs Il-Kunsill

    (Kawża T-529/09) (1)

    (Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Parir tas-servizz legali tal-Kunsill fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni intiża għall-awtorizzazzjoni tal-ftuħ ta’ negozjati li għandhom iwasslu għal ftehim internazzjonali - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-interess pubbliku fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-pariri legali - Preġudizzju konkret u previdibbli għall-interess inkwistjoni - Interess pubbliku ikbar)

    2012/C 184/14

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Sophie in ‘t Veld (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: O. Brouwer u J. Blockx, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Bauer, C. Fekete u O. Petersen, sussegwentement M. Bauer u C. Fekete, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. O’Reilly u P. Costa de Oliveira, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tad-29 ta’ Ottubru 2009, li tirrifjuta l-aċċess totali għad-Dokument Nru 11897/09, tad-9 ta’ Lulju 2009, li jinkludi l-parir tas-servizz legali tal-Kunsill intitolat “Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill intiża għall-awtorizzazzjoni tal-ftuħ ta’ negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta’ Amerika li għandhom iwasslu għal ftehim internazzjonali ddestinat biex iqiegħed għad-dispożizzjoni tad-dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti data ta’ messaġġi finanzjarji fil-kuntest tal-prevenzjoni tat-terroriżmu u tal-finanzjament tat-terroriżmu kif ukoll tal-ġlieda kontra dawn il-fenomini — Bażi legali”.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 2009 hija, minbarra l-partijiet li jirrigwardaw il-kontenut speċifiku tal-ftehim previst jew tal-istruzzjonijiet ta’ negozjazzjoni, annullata inkwantu tirrifjuta l-aċċess għall-partijiet mhux żvelati tad-Dokument Nru 11897/09.

    (2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    (3)

    Kull waħda mill-partijiet għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 80, 27.03.2010


    Top