EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CB0353

Kawża C-353/09 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal- 15 ta’ Frar 2011 — Perfetti Van Melle SpA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Cloetta AB, suċċessur legali ta’ Cloetta Fazer AB (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali CENTER SHOCK — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti CENTER — Eżami tal-probabbiltà ta’ konfużjoni)

ĠU C 252, 27.8.2011, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/6


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Frar 2011 — Perfetti Van Melle SpA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Cloetta AB, suċċessur legali ta’ Cloetta Fazer AB

(Kawża C-353/09 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali CENTER SHOCK - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti CENTER - Eżami tal-probabbiltà ta’ konfużjoni)

2011/C 252/09

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Perfetti Van Melle SpA (rappreżentanti: P. Perani et P. Pozzi, avukati)

Appellata: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), (rappreżentant: J. Novais Gonçalves, aġent), Cloetta AB, suċċessur legali ta’ Cloetta Fazer AB (rappreżentanti: M. Fammler, avukat, M. Treis, R. Niebel u E.M. Strobel, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza [li issa saret il-Qorti Ġenerali] (It-Tmien Awla) tal-1 ta’ Lulju 2009, Perfetti Van Melle vs UASI — Cloetta Fazer (T-16/08), li biha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja “CENTER SHOCK”, għal prodotti fil-klassi 30, kontra d-Deċiżjoni R 149/2006-4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-7 ta’ Novembru 2007, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li laqgħat it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tal-imsemmija trade mark imressqa mill-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali preċedenti “CENTER” u “CLOETTA CENTER”, għal prodotti, inter alia, fil-klassi 30 — Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Perfetti Van Melle SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 267, 07.11.2009


Top