This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CA0138
Case C-138/09: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 20 May 2010 (reference for a preliminary ruling from the Tribunale ordinario di Palermo (Italy)) — Todaro Nunziatina & C. Snc v Assessorato del Lavoro, della Previdenza Sociale, della Formazione Professionale e dell’Emigrazione della regione Sicilia (Reference for a preliminary ruling — State aid — Commission decisions — Interpretation — Aid granted by the Region of Sicily to undertakings entering into training and work-experience contracts or converting such contracts into open-ended contracts — Time-limit for the grant of aid — Budgetary limits — Default interest — Inadmissibility)
Kawża C-138/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tal- 20 ta’ Mejju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Ordinario di Palermo) — Todaro Nunziatina & C. SNC vs Assessorato del Lavoro e della Previdenza Sociale, della Formazione Professionale e dell’Emigrazione della Sicilia (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Għajnuna mill-Istat — Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni — Interpretazzjoni — Għajnuna mogħtija mir-Reġjun ta’ Sicilia lill-impriżi li jikkonkludu kuntratti ta’ taħriġ jew ta’ xogħol jew li jbiddlu tali kuntratti f’kuntratti għal perijodu indeterminat — Terminu għall-għoti ta’ għajnuna — Limiti tal-baġit — Interessi moratorji — Inammissibbiltà)
Kawża C-138/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tal- 20 ta’ Mejju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Ordinario di Palermo) — Todaro Nunziatina & C. SNC vs Assessorato del Lavoro e della Previdenza Sociale, della Formazione Professionale e dell’Emigrazione della Sicilia (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Għajnuna mill-Istat — Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni — Interpretazzjoni — Għajnuna mogħtija mir-Reġjun ta’ Sicilia lill-impriżi li jikkonkludu kuntratti ta’ taħriġ jew ta’ xogħol jew li jbiddlu tali kuntratti f’kuntratti għal perijodu indeterminat — Terminu għall-għoti ta’ għajnuna — Limiti tal-baġit — Interessi moratorji — Inammissibbiltà)
ĠU C 179, 3.7.2010, p. 12–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 179/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tal-20 ta’ Mejju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Ordinario di Palermo) — Todaro Nunziatina & C. SNC vs Assessorato del Lavoro e della Previdenza Sociale, della Formazione Professionale e dell’Emigrazione della Sicilia
(Kawża C-138/09) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni - Interpretazzjoni - Għajnuna mogħtija mir-Reġjun ta’ Sicilia lill-impriżi li jikkonkludu kuntratti ta’ taħriġ jew ta’ xogħol jew li jbiddlu tali kuntratti f’kuntratti għal perijodu indeterminat - Terminu għall-għoti ta’ għajnuna - Limiti tal-baġit - Interessi moratorji - Inammissibbiltà)
(2010/C 179/18)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Ordinario di Palermo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Todaro Nunziatina & C. SNC
Konvenuti: Assessorato del Lavoro e della Previdenza Sociale, della Formazione Professionale e dell’Emigrazione della Sicilia
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Ordinario di Palermo — Għajnuna mill-Istat — Portata tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Nru 95/C 343/11 tal-21 ta’ Diċembru 1995 u 2003/195/KE tas-16 ta’ Ottubru 2002 (ĠU L 77, p. 57) dwar għajnuna mogħtija minn Sqallija lill-impriżi li jikkonkludu kuntratti ta’ taħriġ jew ta’ xogħol jew li jbiddlu l-kuntratti ta’ taħriġ u ta’ xogħol f’kuntratti għal perijodu indeterminat
Dispożittiv
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SG (95) D/15975, tal-11 ta’ Diċembru 1995, dwar il-Liġi Reġjonali Nru 27 tal-15 ta’ Mejju 1991 tar-Reġjun ta’ Sicilia li tipprovdi miżuri favur ix-xogħol (għajnuna mill-Istat NN 91/A/95), għandha tiġi interpretata fis-sens li aċċettat li hija kompatibbli mas-suq komuni għajnuna mill-Istat komposta minn żewġ miżuri previsti fl-Artikolu 10(1)(a) u (b) tal-imsemmija Liġi Reġjonali Nru 27/91, li ma jistgħux ikunu kumulattivi u li l-fatt li jwassal għalihom, jiġifieri r-reklutaġġ ta’ ħaddiem jew it-trasformazzjoni ta’ kuntratt f’kuntratt għal perijodu indeterminat, għandu jseħħ qabel il-31 ta’ Diċembru 1996, iżda l-ħlas li jirriżulta minnhom jista’ jitwettaq wara din id-data, sa fejn ir-regoli tal-baġit u finanzjarji nazzjonali applikabbli ma jipprekludux dan u sa fejn jiġi osservat l-ammont tal-baġit approvat mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej. |
(2) |
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/195/KE, tas-16 ta’ Ottubru 2002, dwar skema ta’ għajnuna li l-Italja għandha l-intenzjoni timplementa favur ix-xogħol fir-Reġjun ta’ Sicilia — C 56/99 (ex N 668/97) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-iskema ta’ għajnuna prevista fl-Artikolu 11(1) tal-Liġi Reġjonali Nru 16 tas-27 ta’ Mejju 1997 tar-Reġjun ta’ Sicilia, li tawtorizza l-infiq għall-użu tal-provvisti inklużi fil-fondi ġenerali tal-baġit tar-Reġjun għas-sena 1997, tikkostitwixxi għajnuna ġdida, distinta minn dik prevista fl-Artikolu 10 tal-Liġi Reġjonali Nru 27 tal-15 ta’ Mejju 1991 dwar ir-Reġjun ta’ Sicilia, li timplementa miżuri favur ix-xogħol. L-imsemmi Artikolu 1 jipprekludi l-għoti ta’ sussidji fir-rigward ta’ kwalunkwe reklutaġġ b’kuntratt ta’ taħriġ u ta’ xogħol jew il-bdil ta’ kuntratti ta’ taħriġ jew ta’ xogħol f’kuntratti għal perijodu indeterminat wara l-1 ta’ Jannar 1997. |
(3) |
Huwa l-Istat Membru kkonċernat li għandu jiddetermina l-parti fil-kawża li għandha tistabbilixxi l-prova li l-ammont tal-baġit allokat lill-miżuri msemmija fl-Artikolu 10(1)(a) u (b) tal-Liġi Reġjonali Nru 27 tal-15 ta’ Mejju 1991 dwar ir-Reġjun ta’ Sicilia, li timplementa miżuri favur ix-xogħol, u awtorizzati bid-Deċiżjoni SG (95) D/15975, ma ġiex eżawrit. |
(4) |
L-ammont tal-interessi legali potenzjalment dovuti fil-każ ta’ ħlas tardiv tal-għajnuna awtorizzata mid-Deċiżjoni SG (95) d/15975 għal perijodu wara din id-deċiżjoni ma għandux jiġi inkluż mal-ammont tal-baġit awtorizzat min din id-deċiżjoni. Ir-rata tal-interessi u l-modalitajiet għall-applikazzjoni ta’ din ir-rata jaqgħu taħt il-kamp tad-dritt nazzjonali. |