EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0378

Kawża T-378/08: Rikors ippreżentat fl- 10 ta' Settembru 2008 — Il-Portugall vs Il-Kummisjoni

ĠU C 285, 8.11.2008, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 285/51


Rikors ippreżentat fl-10 ta' Settembru 2008 — Il-Portugall vs Il-Kummisjoni

(Kawża T-378/08)

(2008/C 285/91)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentant: L. Inez Fernandes u J. de Oliveira, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

prinċipalment, tannulla l-att ta' talba għal ħlas tad-Direttur Ġenerali tad-DĠ Suq Intern u Servizzi, permezz tal-ittra MARKT/C2/PMS/bmg D(2008) 13692, tal-15 ta' Lulju 2008, intitolata “talba għall-ħlas tal-multa obbligatorja dovuta mir-Repubblika Portugiża bis-saħħa tas-sentenza C-70/06, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Portugiża”;

sussidjarjament, tannulla l-istess att, fil-parti fejn l-effetti tagħha jmorru lil hinn mid-29 ta' Jannar 2008;

tikkundanna lill-Kummisjoni Ewropea għall-ispejjeż jew, fil-każ fejn il-Qorti tal-Prim'Istanza tnaqqas l-ammont tal-multa, tikkundanna lil kull parti għall-ispejjeż tagħhom stess.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika Portugiża tallega li hija implementat f'kollox is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz tal-Liġi 67/2007, li ħassret espliċitament id-Digriet Liġi Nru 48051.

Ir-Repubblika Portugiża tallega wkoll li d-Direttur Ġenerali tad-DĠ Suq Intern u Servizzi ma kellux kompetenza jadotta l-att ikkontestat, li ma żgurax id-drittijiet tad-difiża tar-Repubblika Portugiża, li kien nieqes mill-fondatezza u li ġie adottat bi ksur ta' rekwiżiti proċedurali essenzjali.


Top