Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0260

    Kawża T-260/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 24 ta’ Jannar 2012 — Indo Internacional vs UASI — Visual (VISUAL MAP) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali VISUAL MAP — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VISUAL — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)” )

    ĠU C 65, 3.3.2012, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.3.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 65/12


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2012 — Indo Internacional vs UASI — Visual (VISUAL MAP)

    (Kawża T-260/08) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali VISUAL MAP - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VISUAL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

    2012/C 65/21

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Indo Internacional, SA (Sant Cugat del Vallės, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment X. Fàbrega Sabaté u M. Curell Aguilà, sussegwentement M. Curell Aguilà u J. Güell Serra, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Pohlmann u R. Manea, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Visual SA (Saint-Apollinaire, Franza)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ April 2008 (Każ R 700/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Visual SA u Indo Internacional, SA.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Indo Internacional, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 223, 30.08.2008.


    Top