This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CN0502
Case C-502/08: Action brought on 20 November 2008 — Commission of the European Communities v Kingdom of Spain
Kawża C-502/08: Rikors ippreżentat fl- 20 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
Kawża C-502/08: Rikors ippreżentat fl- 20 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
ĠU C 6, 10.1.2009, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/17 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-502/08)
(2009/C 6/28)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Dejmek u E. Adsera Ribera, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja
Talbiet
— |
tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/60/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, jew f'kull każ, billi ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 45 ta' din id-direttiva. |
— |
tikkundanna lir-Renju ta' Spanja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu ta' traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/60/KE fis-sistema legali interna skada fil-15 ta' Diċembru 2007.
(1) ĠU L 309, p. 15.