Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0583

    Kawża C-583/08 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 20 ta’ Mejju 2010 — Christos Gogos vs Il-Kummissjoni Ewropea ( “Appell — Uffiċjali — Kompetizzjoni interna sabiex tgħaddi minn kategorija għal oħra — Ħatra — Klassifikazzjoni fi grad — Artikolu 31(2) tar-Regolamenti tal-Persunal — Ġurisdizzjoni sħiħa — Kawża ta’ natura pekunjarja — Dewmien tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali — Terminu raġonevoli — Talba għal kumpens xieraq” )

    ĠU C 179, 3.7.2010, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 179/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Mejju 2010 — Christos Gogos vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-583/08 P) (1)

    (“Appell - Uffiċjali - Kompetizzjoni interna sabiex tgħaddi minn kategorija għal oħra - Ħatra - Klassifikazzjoni fi grad - Artikolu 31(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Ġurisdizzjoni sħiħa - Kawża ta’ natura pekunjarja - Dewmien tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali - Terminu raġonevoli - Talba għal kumpens xieraq”)

    (2010/C 179/12)

    Lingwa tal-proċedura: il-Grieg

    Partijiet

    Appellant: Christos Gogos (rappreżentanti: N. Korogiannakis u P. Katsimani, avukati)

    Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, aġent u P. Anestis, avukat)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2008, Gogos vs Il-Kummissjoni (T-66/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikklassifika lir-rikorrent fil-grad A7 fil-mument tal-ħatra tiegħu

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    C. Gogos u l-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l ispejjeż tagħhom.


    (1)  ĠU C 44, 21.02.2009.


    Top