EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CA0304
Case C-304/08: Judgment of the Court (First Chamber) of 14 January 2010 (reference for a preliminary ruling from the Bundesgerichtshof — Germany) — Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV v Plus Warenhandelsgesellschaft mbH (Directive 2005/29/EC — Unfair commercial practices — National legislation laying down a prohibition in principle of commercial practices which make the participation of consumers in a lottery conditional on the purchase of goods or the use of services)
Kawża C-304/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 14 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV vs Plus Warenhandelsgesellschaft mbH (Direttiva 2005/29/KE — Prattiki kummerċjali żleali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixi l-prinċipju tal-prattiki kummerċjali li jissuġġettaw il-parteċipazzjoni tal-konsumaturi f’logħob bi premju għall-akkwist ta’ prodott jew ta’ servizz)
Kawża C-304/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 14 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV vs Plus Warenhandelsgesellschaft mbH (Direttiva 2005/29/KE — Prattiki kummerċjali żleali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixi l-prinċipju tal-prattiki kummerċjali li jissuġġettaw il-parteċipazzjoni tal-konsumaturi f’logħob bi premju għall-akkwist ta’ prodott jew ta’ servizz)
ĠU C 179, 3.7.2010, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 179/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV vs Plus Warenhandelsgesellschaft mbH
(Kawża C-304/08) (1)
(Direttiva 2005/29/KE - Prattiki kummerċjali żleali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixi l-prinċipju tal-prattiki kummerċjali li jissuġġettaw il-parteċipazzjoni tal-konsumaturi f’logħob bi premju għall-akkwist ta’ prodott jew ta’ servizz)
(2010/C 179/03)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV
Konvenuta: Plus Warenhandelsgesellschaft mbH
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, p. 22) — Prattika kummerċjali li tgħaqqad il-bejgħ ta’ merkanzija ma’ logħba promozzjonali li tippermetti lill-klijent li jipparteċipa għal tlugħ tal-lottu nazzjonali meta jkun akkumula ċertu numru ta’ punti ta’ bonus miksuba max-xiri ta’ merkanzija — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tgħid li prattika kummerċjali li tagħmel il-parteċipazzjoni ta’ konsumaturi għal kompetizzjoni promozzjonali jew logħob bi premju promozzjonali suġġetta għax-xiri ta’ prodott jew ta’ servizz hija bħala prinċipju illeċita, indipendentement minn jekk il-miżura promozzjonali konkreta taffettwax l-interessi tal-konsumaturi.
Dispożittiv
Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi għall-projbizzjoni tal-prinċipju, mingħajr ma jittieħed kont taċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ inkwistjoni, tal-prattiki kummerċali li jissuġġettaw il-parteċipazzjoni tal-konsumaturi f’kompetizzjoni jew f’logħob promozzjonali għax-xiri ta’ prodott jew ta’ servizz.