This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007TN0148
Case T-148/07: Action brought on 7 May 2007 — ThyssenKrupp Ascenseurs Luxembourg v Commission
Kawża T-148/07: Rikors ippreżentat fis- 7 ta' Mejju 2007 — ThyssenKrupp Ascenseurs Luxembourg vs Il-Kummissjoni
Kawża T-148/07: Rikors ippreżentat fis- 7 ta' Mejju 2007 — ThyssenKrupp Ascenseurs Luxembourg vs Il-Kummissjoni
ĠU C 155, 7.7.2007, p. 32–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 155/32 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta' Mejju 2007 — ThyssenKrupp Ascenseurs Luxembourg vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-148/07)
(2007/C 155/59)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: ThyssenKrupp Ascenseurs Luxembourg Sàrl (Howald, il-Lussemburgu) (rappreżentant: K. Beckmann, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontesta, sa fejn tirrigwarda r-rikorrenti, |
— |
sussidjarjament, tnaqqas b'mod adegwat l-ammont tal-multa imposta in solidum fuq ir-rikorrenti permezz tad-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti tikkontesta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 512 finali tal-21 ta' Frar 2007, dwar il-każ COMP/E-1/38.823 — PO/Elevators and Escalators. Permezz ta' din id-deċiżjoni kkontestata, ġew imposti multi fuq ir-rikorrenti u impriżi oħra minħabba l-parteċipazzjoni f'akkordju fis-suq ta' l-installazzjoni u l-manutenzjoni ta' liftijiet u ta' skalaturi fil-Lussemburgu. Skond il-Kummissjoni, l-impriżi in kwistjoni kisru l-Artikolu 81 KE.
In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tagħti dawn il-motivi:
— |
inkompetenza tal-Kummissjoni, fin-nuqqas ta' rilevanza internazzjonali tal-ksur lokalment ikkontestat; |
— |
ksur tal-prinċipju ne bis in idem, peress li l-Kummissjoni kisret id-deċiżjoni ta' amnistija ta' l-awtoritajiet Lussemburgiżi dwar il-kartelli li ngħatat favur ir-rikorrenti qabel ma tressqet il-kawża; |
— |
nuqqas ta' preżupposti tar-responsabbiltà in solidum tar-rikorrenti mal-kumpanniji parent tagħha, peress li hija kienet legalment u ekonomikament indipendenti; |
— |
nuqqas ta' proporzjonalità fid-determinazzjoni ta' l-ammont tal-multa fir-rigward tal-volum effettiv tas-suq ikkonċernat; |
— |
illegalità tar-rata deterrenti, peress li l-kalkolu tal-multa huwa bbażat biss fuq il-fatturat tar-rikorrenti, li ma jiġġustifikax l-użu ta' dan il-fattur; |
— |
nuqqas ta' ġustifikazzjoni taż-żieda minħabba reċidività fil-kuntest tal-kalkolu tal-multa minħabba żbalji fid-dritt fl-impożizzjoni ta' multi preliminari u minħabba żbalji ta' fatt; |
— |
ksur ta' l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1), peress li l-Kummissjoni, fir-rigward tal-limitu massimu tal-multa għal 10 % tal-fatturat ta' l-impriża, irreferiet għall-fatturat tal-grupp tal-kumpanniji u mhux għall-fatturat tar-rikorrenti; |
— |
żball fid-dritt fl-applikazzjoni ta' l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f'multi f'każijiet ta' kartell (2), peress li ma ħaditx in kunsiderazzjoni biżżejjed iż-żieda fil-valur tal-kooperazzjoni tar-rikorrenti; |
— |
teħid in kunsiderazzjoni mhux suffiċjenti tal-kooperazzjoni tar-rikorrenti lil hinn mill-avviż dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f'multi. |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, p. 1).
(2) Avviż tal-Kummissjoni dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f'multi f'każijiet ta' kartell (ĠU 2002, C 45, p. 3).