Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0497

    Kawża T-497/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Settembru 2013 — CEPSA vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Spanjol tal-bitum ta’ penetrazzjoni — Ftehim annwali ta’ tqassim tas-suq u ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet — Traduzzjoni tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Terminu raġonevoli — Prinċipju ta’ imparzjalità — Kalkolu tal-ammont tal-multa — Awtorità ta’ res judicata” )

    ĠU C 336, 16.11.2013, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 336, 16.11.2013, p. 14–14 (HR)

    16.11.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 336/15


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — CEPSA vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-497/07) (1)

    (Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Spanjol tal-bitum ta’ penetrazzjoni - Ftehim annwali ta’ tqassim tas-suq u ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet - Traduzzjoni tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Terminu raġonevoli - Prinċipju ta’ imparzjalità - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Awtorità ta’ res judicata)

    2013/C 336/29

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Compañía Española de Petróleos (CEPSA), SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment O. Armengol i Gasull, P. Pérez-Llorca Zamora u Á. Pascual Morcillo, sussegwentement O. Armengol i Gasull u J. Rodríguez Cárcamo, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, aġent, assistit inizjalment minn J. Rivas Andrés, avukat, u minn M. Heenan Bróna, solicitor, sussegwentement minn J. Rivas Andrés u J. Gutiérrez Gisbert, avukat, u finalment minn J. Rivas Andrés)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4441 finali, tat-3 ta’ Ottubru 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/38.710 — Bitum (Spanja)], kif ukoll talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    It-talbiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ammont tal-multa huma miċħuda.

    (3)

    Compañía Española de Petróleos (CEPSA), SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 64, 8.3.2008.


    Top