Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0378

    Kawża T-378/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 29 ta’ Settembru 2010 — CNH Global vs UASI (Tagħqid tal-kuluri aħmar, iswed u griż għal trakter) ( Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti fi tagħqid tal-kuluri aħmar, iswed u griż applikati fuq il-wiċċ ta’ barra ta’ trakter — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub bl użu — Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(3) tar Regolament (KE) Nru 207/2009) )

    ĠU C 317, 20.11.2010, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.11.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 317/26


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Settembru 2010 — CNH Global vs UASI (Tagħqid tal-kuluri aħmar, iswed u griż għal trakter)

    (Kawża T-378/07) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti fi tagħqid tal-kuluri aħmar, iswed u griż applikati fuq il-wiċċ ta’ barra ta’ trakter - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub bl użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(3) tar Regolament (KE) Nru 207/2009))

    2010/C 317/45

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: CNH Global NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: M. Edenborough, barrister, u R. Harrison, solicitor)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Lulju 2007 (Każ R 1642/2006-1), li jirrigwarda applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal li jirrappreżenta trakter aħmar, iswed u griż bħala trade mark Komunitarja.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    CNH Global NV hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 297, 08.12.2007.


    Top