EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TB0373

Kawża T-373/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 8 ta' Settembru 2008 — Rath vs UASI — Grandel (Epican Forte) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Epican Forte — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti EPIGRAN — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 — Rikors manifestament infondat fid-dritt )

ĠU C 285, 8.11.2008, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 285/40


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Settembru 2008 — Rath vs UASI — Grandel (Epican Forte)

(Kawża T-373/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Epican Forte - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti EPIGRAN - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Rikors manifestament infondat fid-dritt’)

(2008/C 285/74)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Matthias Rath (Cape Town, l-Afrika t'Isfel) (rappreżentanti: S. Ziegler, C. Kleiner u F. Dehn, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-Kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Dr. Grandel GmbH (Augsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Hodapp, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta' Ottubru 2006 (Każ R 1069/2005-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Dr. Grandel GmbH u Matthias Rath.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

2)

Matthias Rath huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk tal- Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u ta' Dr. Grandel GmbH.


(1)  ĠU C 42, 24.2.2007.


Top