This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62006TA0264
Case T-264/06: Judgment of the Court of First Instance of 24 September 2008 — DC-Hadler Networks v Commission (Public supply contracts — TACIS programme — Decision to annul the call for tenders — Application for annulment — Duty to state reasons)
Kawża T-264/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 24 ta' Settembru 2008 — DC-Hadler Networks vs Il-Kummissjoni ( Kuntratt pubbliku għal provvisti — Programm TACIS — deċiżjoni ta' annullament tas-sejħa għall-offerti — Rikors għal annullament — Obbligu ta' motivazzjoni )
Kawża T-264/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 24 ta' Settembru 2008 — DC-Hadler Networks vs Il-Kummissjoni ( Kuntratt pubbliku għal provvisti — Programm TACIS — deċiżjoni ta' annullament tas-sejħa għall-offerti — Rikors għal annullament — Obbligu ta' motivazzjoni )
ĠU C 285, 8.11.2008, p. 37–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 285/37 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-24 ta' Settembru 2008 — DC-Hadler Networks vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-264/06) (1)
(“Kuntratt pubbliku għal provvisti - Programm TACIS - deċiżjoni ta' annullament tas-sejħa għall-offerti - Rikors għal annullament - Obbligu ta' motivazzjoni’)
(2008/C 285/67)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: DC-Hadler Networks SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Muller, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment minn E. Cujo u P. Kuijper, imbagħad minn M. Wilderspin u E. Cujo, aġenti)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-14 ta' Lulju 2006, li tannulla l-proċedura ta' sejħa għal offerti EuropeAid/122742/C/SUP/RU dwar il-provvista ta' tagħmir informatiku u ta' l-uffiċċju għan-netwerk ta' informazzjoni kif ukoll ta' tagħmir għal integrazzjoni soċjali u għal riedukazzjoni ta' persuni b'diżabilità fid-distrett federali ta' Volga (Federazzjoni tar-Russja)
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Lulju 2006, li tannulla l-proċeduri għal sejħa għall-offeri EuropeAid/122742/C/SUP/RU, hija annullata |
2) |
Il-Kummissjoni u DC-Hadler Networks SA għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |