Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0149

    Kawża T-149/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l- 20 ta' Novembru 2007 — Castellani vs L-UASI — Markant Handels und Service (CASTELLANI) ( Trade mark Komunitarja — Proċedura ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva CASTELLANI — Trade marks nazzjonali verbali preċedenti CASTELLUM u CASTELLUCA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 )

    ĠU C 8, 12.1.2008, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 8/14


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-20 ta' Novembru 2007 — Castellani vs L-UASI — Markant Handels und Service (CASTELLANI)

    (Kawża T-149/06) (1)

    (“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva CASTELLANI - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti CASTELLUM u CASTELLUCA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

    (2008/C 8/27)

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Castellani SpA (Campagna Gello, l-Italja) (rappreżentanti: A. Di Maso u M. Di Masi, avukati)

    Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni (rappreżentant: J. García Murillo, aġent)

    Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI: Markant Handels und Service GmbH (Offenburg, il-Ġermanja)

    Suġġett tal-Kawża

    Rikors lontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-22 ta' Frar 2006 (każ R 449/2005-1), li jirrigwarda proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Markant Handels und Service GmbH u Castellani SpA.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-22 ta' Frar 2006 (każ R 449/2005-1) hija annullata.

    2)

    L-UASI huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 178, 29.7.2006.


    Top