Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TA0404

    Kawża T-404/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad- 19 ta' Novembru 2008 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (Fond ta' Koeżjoni — Ajruport internazzjonali ta' Ateni — Tnaqqis ta' għajnuna finanzjarja — Prinċipju ta' proporzjonalità)

    ĠU C 6, 10.1.2009, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.1.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 6/21


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2008 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-404/05) (1)

    (Fond ta' Koeżjoni - Ajruport internazzjonali ta' Ateni - Tnaqqis ta' għajnuna finanzjarja - Prinċipju ta' proporzjonalità)

    (2009/C 6/42)

    Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrent: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: M. Tassopoulou, aġent, assistit minn N. Korogiannakis u N. Keramidas, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Triantafyllou u A. Weimar, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 3243 finali tal-1 ta' Settembru 2005, li tnaqqas l-għajnuna mogħtija mill-Fond ta' Koeżjoni għall-proġett Nru 95/09/65/040 (ajruport internazzjonali ta' Ateni ġdid fi Spata) bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(96) 1356 finali tal-24 ta' Mejju 1996.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 22, 28.1.2006.


    Top