Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TA0018

    Kawża T-18/05: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 19 ta’ Mejju 2010 — IMI et vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Settur tal-pajpijiet tar-ram għall-plumbing — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Ksur kontinwu u f’diversi forom — Interruzzjoni tal-parteċipazzjoni — Multi — Parteċipazzjoni limitata fl-akkordju” )

    ĠU C 179, 3.7.2010, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 179/29


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2010 — IMI et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-18/05) (1)

    (“Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-pajpijiet tar-ram għall-plumbing - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ksur kontinwu u f’diversi forom - Interruzzjoni tal-parteċipazzjoni - Multi - Parteċipazzjoni limitata fl-akkordju”)

    (2010/C 179/48)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: IMI plc (Birmingham, Warwickshire, ir-Renju Unit); IMI Kynoch Ltd (Birmingham); u Yorkshire Copper Tube (Liverpool, Merseyside, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Struys u D. Arts, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier u S. Noë, aġenti)

    Suġġett

    Minn naħa waħda, talba għall-annullament tal-Artikolu 1(h) sa (j) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 2826, tat-3 ta’ Settembre 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/38.069 — (Pajpijiet tar-ram għall-plumbing), u min-naħa l-oħra, sussidjarjament, talba għal t-tnaqqis tal-multa imposta b’din id-deċiżjoni fuq ir-rikorrenti.

    Dispożittiv

    (1)

    L-Artikolu 1(h) sa (j) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 2826, tat-3 ta’ Settembru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/38.069 — Pajpijiet tar-ram għall-plumbing), huwa annullat inkwantu jirrigwarda l-perijodu mill-1 ta’ Diċembru 1994 sal-11 ta’ April 1996.

    (2)

    L-ammont tal-multa imposta in solidum fuq IMI plc, fuq IMI Kynoch Ltd u fuq Yorkshire Copper Tube fl-Artikolu 2(f) tad-Deċiżjoni C(2004) 2826 huwa ffissat bħala EUR 38.556 miljun.

    (3)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    (4)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u 40 % tal-ispejjeż sostnuti minn IMI, IMI Kynoch u Yorkshire Copper Tube.

    (5)

    IMI, IMI Kynoch u Yorkshire Copper Tube għandhom ibatu 60 % tal-ispejjeż tagħhom.


    (1)  ĠU C 69, 19.03.2005.


    Top