IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 7.12.2023
COM(2023) 769 final
2023/0447(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-benesseri tal-klieb u l-qtates u t-traċċabbiltà tagħhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52023PC0769
Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on the welfare of dogs and cats and their traceability
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-benesseri tal-klieb u l-qtates u t-traċċabbiltà tagħhom
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-benesseri tal-klieb u l-qtates u t-traċċabbiltà tagħhom
COM/2023/769 final
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 7.12.2023
COM(2023) 769 final
2023/0447(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-benesseri tal-klieb u l-qtates u t-traċċabbiltà tagħhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
Skont Ewrobarometru li sar fl-2023 1 , 44 % taċ-ċittadini tal-Unjoni huma sidien ta’ annimali tal-kumpanija u 74 % taċ-ċittadini tal-Unjoni jqisu li l-benesseri ta’ annimali tal-kumpanija għandu jkun protett aħjar milli huwa issa. 6 mill-10 Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej li rnexxew sa issa huma relatati mal-benesseri tal-annimali, li jirrifletti l-importanza li ċ-ċittadini jagħtu biex jipproteġu aħjar l-annimali inġenerali.
Fl-2021, ġie stmat li ċ-ċittadini tal-UE kellhom 72,7 miljun kelb u 83,6 miljun qattus 2 . Hemm kummerċ sostanzjali fil-klieb u l-qtates 3 , permezz ta’ stabbilimenti tat-tnissil li jbigħu l-ġriewi u l-frieħ u stabbilimenti oħrajn, b’mod partikolari ħwienet tal-annimali tad-dar li jbigħu klieb u qtates ta’ kull età. Is-santwarji għall-annimali jfornu wkoll klieb u qtates, billi jbigħu, jagħtu b’adozzjoni, inkella jpoġġu fi djar ġodda klieb u qtates salvati, li jgħixu fit-triq jew mhux mixtieqa. Għalkemm parti mid-domanda għall-klieb u l-qtates hija ssodisfata minn nissiela liċenzjati li jirrispettaw standard għoli ta’ benesseri tal-annimali, ħafna klieb u qtates kienu soġġetti għal kummerċ u trasport illegali, inkluż minn pajjiżi terzi.
Inġabret evidenza ta’ volum importanti ta’ falsifikazzjoni ta’ dokumenti, informazzjoni qarrieqa u indikazzjonijiet ta’ moviment moħbi ta’ klieb għal skopijiet kummerċjali bħala movimenti mhux kummerċjali biex jittieħed vantaġġ minn regoli ta’ kontroll anqas stretti, fl-okkażjoni tal-Azzjoni Kkoordinata tal-UE dwar il-kummerċ illegali 4 ta’ qtates u klieb li saret fl-2022 u fl-2023 5 . Matul l-azzjoni ta’ infurzar tal-UE, ġew iġġenerati 467 notifika mill-Istati Membri fl-iRASFF biex ifittxu assistenza f’każijiet li jinvolvu suspetti ta’ attivitajiet frawdolenti. Din l-Azzjoni Kkoordinata tal-UE ppermettiet l-identifikazzjoni ta’ raggruppamenti ta’ każijiet fejn l-operaturi kienu ssuspettati li jinvolvu ruħhom f’attivitajiet frawdolenti u f’diversi Stati Membri tal-UE nbdew mill-anqas 47 proċediment ġudizzjarju matul il-perjodu tal-azzjoni kkoordinata tal-UE. 45 % tan-notifiki fl-iRASFF kienu jikkonċernaw suspett ta’ attivitajiet frawdolenti fil-moviment ta’ klieb minn pajjiżi terzi. L-azzjoni kkoordinata ppermettiet li jiġu identifikati ċertifikati tas-saħħa u rapporti dwar it-titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja ffalsifikati, passaporti tal-annimali tad-dar iffalsifikati, traffiku illegali ta’ klieb u qtates mir-Russja u mill-Belarussja.
Dan it-tnissil substandard u kummerċ illegali jirriżultaw fi problemi importanti għall-benesseri, inkluża s-saħħa, għall-klieb u l-qtates ikkonċernati, u għall-benesseri tas-sid prospettiv tal-annimali tad-dar. Dan jista’ jintwera permezz ta’ problemi nnotifikati f’għadd ta’ notifiki tal-iRASFF: in-notifika ta’ ġriewi morda, bi ġriewi li ma jaslux fid-destinazzjoni peress li kellhom jiġu ewtanizzati minħabba l-parvovirus, ta’ klieb li ttestjaw b’riżultati pożittivi għall-Brucella Canis, ta’ każijiet ta’ klieb bi stress estrem, ta’ klieb b’dijarea, infezzjonijiet respiratorji, deidratazzjoni, każijiet ta’ negliġenza fl-indukrar. Xi notifiki oħrajn tal-iRASFF isemmu l-investigazzjonijiet minħabba l-krudeltà lejn l-annimali. Oħrajn semmew każijiet ta’ mutilazzjonijiet, bħall-qtugħ tal-widnejn u tad-denb tal-ġriewi.
Barra minn hekk, f’dawn l-aħħar snin, il-bejgħ tal-klieb u l-qtates qed jikber dejjem aktar permezz ta’ pjattaformi online u tal-media soċjali. Ħafna mil-listi ta’ dawn il-pjattaformi joffru annimali li ma humiex minn nissiela responsabbli iżda minn nissiela jew ħwienet tal-annimali tad-dar illegali ssuspettati jew li jinżammu f’kundizzjonijiet li huma ta’ detriment għall-benesseri tagħhom. Il-possibbiltà li l-Istati Membri jittraċċaw lura l-oriġini tal-klieb u l-qtates spiss tkun limitata minħabba li s-sistema ta’ identifikazzjoni ta’ dawk l-annimali tapplika biss meta l-annimali jkunu qed jiġu mċaqilqa bejn l-Istati Membri jew lil hinn minnhom, u barra minn hekk, ma hemm l-ebda sistema ta’ reġistrazzjoni unifikata.
Fl-2020, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni 6 dwar il-kummerċ illegali ta’ annimali tal-kumpanija fl-UE li titlob sistema armonizzata fl-UE kollha ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni obbligatorji tal-qtates u l-klieb biex jiġi miġġieled il-kummerċ illegali. Talab ukoll li l-annimali tal-kumpanija jkollhom mikroċippa mwaħħla minn veterinarju u jiġu rreġistrati f’bażi tad-data nazzjonali, u li l-protezzjoni tal-konsumaturi li jixtru annimali tal-kumpanija permezz ta’ listi online tittejjeb.
Fl-2010, il-Kunsill talab lill-Kummissjoni “biex tistudja d-differenzi bejn il-miżuri meħuda mill-Istati Membri rigward it-tnissil u l-kummerċ tal-UE tal-klieb u l-qtates u, jekk ikun xieraq, biex tħejji għażliet ta’ politika għall-armonizzazzjoni tas-suq intern” 7 . Wara dan, il-Kummissjoni ppubblikat studju 8 li identifika liġijiet nazzjonali diverġenti dwar it-tnissil tal-klieb u l-qtates fl-Unjoni, u nuqqas ta’ identifikazzjoni, reġistrazzjoni u kontroll sistematiċi tal-moviment tal-klieb u l-qtates fl-Unjoni. Identifikat ukoll problemi tal-benesseri li jirriżultaw mill-kundizzjonijiet tal-abitazzjoni kemm fl-istabbilimenti tat-tnissil kif ukoll fis-siti tal-bejgħ 9 . Fl-2022, fil-Kunsill, 20 Stat Membru 10 talbu lill-Kummissjoni biex tintroduċi leġiżlazzjoni komuni tal-UE għaż-żamma għal skopijiet kummerċjali u l-bejgħ tal-klieb, inklużi regoli armonizzati dwar it-traċċabbiltà 11 .
Ħafna Stati Membri impenjaw ruħhom ukoll li jipproteġu l-benesseri tal-qtates u tal-klieb bħala firmatarji għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tal-Annimali Domestiċi 12 .
Ma hemm l-ebda leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-benesseri tal-klieb u l-qtates. Hemm leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tal-klieb u l-qtates meta jitnisslu, jiġu fornuti u jintużaw għal skopijiet xjentifiċi 13 . Hemm ukoll xi rekwiżiti speċifiċi tal-UE għat-trasport tal-klieb u l-qtates 14 , li jimponu età minima għat-trasport tagħhom 15 . Il-leġiżlazzjoni tal-UE tkopri wkoll il-movimenti tal-klieb u l-qtates fil-kuntest tal-mard tal-annimali, b’mod partikolari r-rabja, jew meta jkunu soġġetti għal dawn ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali fil-kuntest tal-moviment, bejn l-Istati Membri u minn pajjiżi terzi 16 , jew meta jiġu mċaqilqa f’moviment hekk imsejjaħ “mhux kummerċjali” meta jkunu qed jakkumpanjaw lis-sidien tagħhom 17 .
Ma hemm l-ebda obbligu speċifiku tal-UE relatat mal-bejgħ tal-klieb u l-qtates permezz ta’ pjattaformi online, madankollu japplikaw id-dispożizzjonijiet orizzontali tar-Regolament (UE) 2022/2065 (“l-Att dwar is-Servizz Diġitali”) 18 . L-Att dwar is-Servizz Diġitali jirregola r-responsabbiltajiet tal-fornituri ta’ servizzi intermedjarji online, inklużi pjattaformi online bħall-media soċjali u l-postijiet tas-suq online, fir-rigward tal-kontenut u l-oġġetti jew is-servizzi illegali offruti mir-riċevitur tas-servizzi tagħhom. L-Att dwar is-Servizz Diġitali jistabbilixxi, b’mod partikolari, għadd ta’ obbligi ta’ diliġenza dovuta għall-pjattaformi online rilevanti għar-Regolament propost, inkluża l-introduzzjoni tal-prinċipju tat-“traċċabbiltà tal-kummerċjanti”, u l-obbligu għas-swieq online li jadattaw l-interfaċċa online tagħhom biex jippermettu lill-kummerċjanti jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni applikabbli. Barra minn hekk, l-Att dwar is-Servizz Diġitali jkopri t-tipi kollha ta’ kontenut illegali, kif iddefiniti mil-liġi nazzjonali jew tal-UE, u għalhekk kwalunkwe kontenut li jitqies illegali skont leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni se jitqies illegali skont dan ir-Regolament, u se japplikaw l-obbligi tiegħu.
Il-kummerċ tal-klieb u l-qtates jħalli qligħ kbir, u l-valur annwali stmat tal-bejgħ tal-klieb u tal-qtates fl-UE jammonta għal EUR 1,3 biljun 19 ; għalhekk huwa attraenti għall-operaturi li lesti jinvolvu ruħhom fi prattiki kummerċjali inġusti jew saħansitra illegali. Xi stabbilimenti qed iżommu l-klieb jew il-qtates f’kundizzjonijiet ħżiena ta’ benesseri, fejn iġiegħlu lill-annimali femminili jkollhom ħafna frieħ fis-sena, jittraskuraw l-annimali fl-ikel, l-abitazzjoni, is-saħħa u l-kundizzjonijiet tal-iġjene tagħhom u jbigħuhom wisq żgħar (minħabba li huwa aktar faċli li jinbiegħu u orħos li jiġu prodotti). Konsegwentement, ħafna annimali jkollhom difetti fiżiċi jew ikunu morda, u ma jkunux ittrattati kontra l-parassiti. Dawn l-annimali spiss ikollhom ukoll disturbi fl-imġiba minħabba ftim bikri jew trattament ħażin. Dawn jistgħu jiġu identifikati wkoll b’mod falz sabiex jiġi pprevenut it-traċċar tal-oriġini tagħhom.
Din is-sitwazzjoni tiġġenera wkoll kostijiet mhux mistennija u inġusti għax-xerrejja. Dawn iridu jħallsu biex jittrattaw xi mard jew itaffu d-difetti ġenetiċi. Din toħloq ukoll diffikultà emozzjonali għax-xerrejja meta jiskopru li l-annimali tagħhom ma jistgħux jibqgħu jiġu ttrattati. Ix-xerrejja jistgħu jiffaċċjaw ukoll klieb jew qtates bi problemi serji ta’ mġiba li jagħmluha diffiċli li jibqgħu jinżammu fil-familja. Fiż-żewġ każijiet, ix-xerrejja jaf jispiċċa jkollhom jirrikjedu l-ewtanażja. Barra minn hekk, din is-sitwazzjoni tiġġenera tbatija serja għall-annimali minħabba li l-annimali jiġu mitmugħa ħażin, jinżammu f’kundizzjonijiet skomdi u ħżiena għas-saħħa, u xi drabi soġġetti għal trattament ħażin minħabba nuqqas ta’ għarfien tal-persuni li jieħdu ħsieb l-annimali.
Hemm ukoll differenzi kbar bejn il-leġiżlazzjoni ta’ Stati Membri differenti, bħal dwar regoli rigward il-livell limitu bejn nissiela professjonali u mhux professjonali, l-età minima u massima tat-tnissil u l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-klieb u l-qtates, u marbuta wkoll mad-diffikultajiet biex jiġu implimentati r-regoli nazzjonali f’suq intern fejn l-annimali jiċċirkolaw liberament. Dawn id-disparitajiet, li x’aktarx jiżdiedu peress li d-dispożizzjonijiet nazzjonali qed jiġu riveduti u msaħħa f’xi Stati Membri b’pass mgħaġġel minħabba pressjoni pubblika, filwaqt li Stati Membri oħrajn għandhom dispożizzjonijiet legali limitati ħafna fil-qasam, x’aktarx joħolqu ostakli għall-kummerċ tal-qtates u l-klieb. Dan se jkun għad-detriment ta’ nissiela kummerċjali ta’ standard għoli u se jipprevenihom milli jieħdu benefiċċju minn investimenti fit-titjib tal-benesseri tal-qtates u tal-klieb.
Kull sena, għadd kbir ta’ qtates u klieb jiddaħħlu f’santwarji fl-UE kollha, jew governattivi jew proprjetà ta’ organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ 20 . Pereżempju, fil-Belġju ddaħħlu 7 642 kelb u 25 926 qattus fl-2021 21 , filwaqt li n-numri annwali Spanjoli huma saħansitra ogħla, stmati għal 100 000 kelb u 30 000 qattus annwali 22 . L-azzjoni kkoordinata tal-UE msemmija hawn fuq dwar il-klieb u l-qtates irrapportat suspetti ta’ traffikar illegali ta’ klieb permezz ta’ xi wħud minn dawn is-santwarji, u xi santwarji rreklamaw klieb importati online għall-bejgħ, mingħajr il-permessi meħtieġa, u b’data żbaljata fiċ-ċertifikati tas-saħħa tal-passaporti.
Jeħtieġ li jiġu inklużi santwarji tal-annimali fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, anke jekk l-attività tagħhom titwettaq f’ambjent differenti minn nissiela kummerċjali, u li jiġu applikati ċerti rekwiżiti, irrispettivament minn jekk jagħmlux attività ekonomika jew le meta jagħtu fl-adozzjoni jew jagħtu dar ġdida lill-qtates u l-klieb, sabiex tiġi żgurata l-effettività tar-regoli u l-infurzabbiltà tagħhom, b’mod partikolari biex tiġi pprevenuta d-distorsjoni tas-suq minn prattiki li jistgħu jikkostitwixxu kompetizzjoni inġusta jew li jqarrqu bil-konsumaturi, u biex jiġi pprevenut il-kummerċ illegali tal-qtates u l-klieb.
Din il-proposta għandha l-għan li tindirizza dawn il-kwistjonijiet billi tipproponi qafas komuni bl-objettivi li ġejjin:
–L-iżgurar ta’ standards minimi komuni tal-benesseri tal-annimali għat-tnissil, għaż-żamma u għat-tqegħid fis-suq tal-klieb u l-qtates imnissla jew miżmuma fi stabbilimenti,
–It-titjib tat-traċċabbiltà tal-klieb u l-qtates imqiegħda fis-suq tal-Unjoni jew fornuti, inkluż meta offruti għall-bejgħ jew għall-adozzjoni online,
–L-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi bejn l-operaturi li jżommu u jqiegħdu fis-suq il-klieb u l-qtates fl-Unjoni kollha
–Il-promozzjoni tal-kompetenza għal dawk li jieħdu ħsieb l-annimali,
–Is-supplimentazzjoni tar-regoli eżistenti għall-importazzjoni tal-klieb u l-qtates.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika
Din il-proposta hija konsistenti mal-leġiżlazzjoni attwali tal-UE dwar it-trasport tal-annimali u dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali. Hija konsistenti wkoll mal-proposta leġiżlattiva li jiġi rivedut ir-Regolament dwar il-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport, adottat fl-istess data bħal din il-proposta.
Ir-rekwiżit għall-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tat-tnissil inklużi f’din il-proposta jibni fuq ir-rekwiżit eżistenti għar-reġistrazzjoni ta’ stabbilimenti skont il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali 23 . L-Istati Membri se jkunu jistgħu jiddependu fuq il-lista ta’ stabbilimenti rreġistrati skont il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali biex jidentifikaw dawk li jeħtieġ li jiġu spezzjonati u approvati skont din il-proposta.
Bl-istess mod, ir-rekwiżiti ta’ traċċabbiltà ta’ din il-proposta jibnu fuq ir-rekwiżiti għall-identifikazzjoni tal-klieb u l-qtates soġġetti għal movimenti transfruntieri stabbiliti fil-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali billi jespandu r-rekwiżit ta’ identifikazzjoni għall-klieb u l-qtates kollha mqiegħda fis-suq jew fornuti fl-Unjoni, u ż-żieda ta’ rekwiżit għar-reġistrazzjoni ta’ dawk il-klieb u l-qtates fil-bażijiet tad-data nazzjonali.
Il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali u r-regoli tal-Unjoni dwar il-moviment mhux kummerċjali tal-annimali tad-dar 24 jinkludu ċerti rekwiżiti dwar id-dħul tal-klieb u l-qtates fl-Unjoni. B’mod partikolari, bħala regola regolari għall-moviment fl-Unjoni, il-klieb u l-qtates iridu jiġu minn pajjiż terz elenkat mill-Unjoni abbażi ta’ garanziji tas-saħħa tal-annimali, u l-istabbiliment tal-oriġini fil-pajjiż terz irid jiġi rreġistrat. Din il-proposta tibni fuq dawn ir-rekwiżiti, billi tirrikjedi li l-pajjiżi terzi jipprovdu wkoll garanziji dwar il-kontrolli tagħhom għar-regoli dwar il-benesseri tal-annimali fuq l-istabbilimenti stabbiliti f’din il-proposta, u billi tirrikjedi li l-istabbilimenti tat-tnissil ma jkunux irreġistrati biss iżda approvati wkoll. Fir-rigward tat-traċċabbiltà, ir-regoli dwar is-saħħa tal-annimali jirrikjedu li, kemm għall-moviment kummerċjali kif ukoll għal dak mhux kummerċjali tal-klieb u tal-qtates li jidħlu fl-Unjoni, l-annimali jridu jiġu identifikati b’mikroċippa. Biex jissaħħu dawn id-dispożizzjonijiet dwar it-traċċabbiltà, din il-proposta tirrikjedi li, għall-klieb u l-qtates li jidħlu fl-Unjoni, is-sid fil-post tad-destinazzjoni jiżgura r-reġistrazzjoni tagħhom f’wieħed mill-bażijiet tad-data tal-Istati Membri. Dan se jipprovdi aktar għodod għall-kontrolli fuq dawk l-annimali.
•Konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni
Din il-proposta hija konsistenti mal-politika tal-Unjoni dwar suq uniku għas-servizzi diġitali. Pereżempju, id-dispożizzjonijiet dwar is-servizzi online ġew abbozzati b’mod li jagħmilhom kompatibbli mal-Att dwar is-Servizzi Diġitali (ir-Regolament (UE) 2022/2065).
Din il-proposta żżomm intatta l-eżenzjoni mir-responsabbiltà li tapplika għall-pjattaformi online skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2022/2065. Barra minn hekk, ma timponi l-ebda obbligu ġenerali li tiġi mmonitorjata l-informazzjoni maħżuna, u lanqas li jiġu mfittxija b’mod attiv fatti jew ċirkostanzi li jindikaw attività illegali, kif ipprojbit skont l-Artikolu 8 tal-istess Regolament. Fl-aħħar, l-obbligi tagħha jikkomplementaw, iżda ma jissostitwixxux u lanqas jikkontradixxu l-obbligi imposti skont l-Att dwar is-Servizzi Diġitali għall-pjattaformi online, inklużi dawk li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod mal-kummerċjanti. L-Att dwar is-Servizzi Diġitali jimponi sett komuni ta’ responsabbiltajiet fuq in-negozji online li jipprovdu servizzi fl-UE, inkluż fuq pjattaformi online li jagħmluha ta’ intermedjarji għall-bejgħ ta’ prodotti u servizzi. L-Att dwar is-Servizzi Diġitali jistabbilixxi obbligi ta’ “konformità mid-disinn” li jirrikjedu li l-pjattaformi jiddisinjaw u jorganizzaw l-interfaċċi online tagħhom b’mod li jippermetti li tintwera ċerta informazzjoni (iżda biss fir-rigward ta’ fornituri ta’ servizzi li jikkwalifikaw bħala “kummerċjanti”) u li jitneħħa l-elenkar illegali.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Il-bażijiet legali tal-proposta huma l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, peress li din il-proposta tikkonċerna t-tnissil, iż-żamma u l-kummerċ tal-klieb u l-qtates, li huma annimali ħajjin koperti mill-Anness I tat-Trattat, u l-objettiv tagħha huwa li tiżgura funzjonament bla xkiel tas-suq intern għall-klieb u l-qtates, li għalihom hemm nuqqas ta’ rekwiżiti komuni dwar il-benesseri tal-annimali, tevita distorsjonijiet u ostakli għall-kummerċ ta’ dawk l-annimali minħabba regoli nazzjonali diverġenti dwar il-benesseri tal-annimali, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ benesseri tal-annimali u livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, inkluż mill-kummerċ illegali.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
L-objettiv ta’ din il-proposta huwa li tirregola l-kummerċ tal-klieb u l-qtates fis-suq intern, inklużi l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, li jiġi żgurat l-iżvilupp razzjonali tas-settur u jiġu evitati ostakli għall-kummerċ u jiġi miġġieled il-kummerċ illegali tal-qtates u tal-klieb filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-benesseri tal-annimali. Dawn l-objettivi ma jistgħux jintlaħqu mill-Istati Membri li jaġixxu waħedhom u jeħtieġ li jiġu indirizzati mill-Unjoni. Azzjoni mill-Istati Membri biss tirriskja li tikkawża frammentazzjoni ulterjuri tas-suq intern. Dawn id-differenzi fil-livell ta’ protezzjoni tal-benesseri tal-annimali x’aktarx li jippersistu u jiġu aggravati b’rispons għad-domandi taċ-ċittadini, u għalhekk iwasslu għal tqassim tas-suq intern fil-qtates u l-klieb.
Pereżempju, il-projbizzjoni ta’ ċertu tip ta’ prattiki li jikkawżaw l-uġigħ (il-qtugħ tal-widnejn, il-qtugħ tad-denb) f’xi Stati Membri iżda mhux f’oħrajn jaġixxu għad-detriment ta’ kummerċjanti li jżommu livelli għoljin ta’ benesseri tal-annimali peress li ma jistgħux jibbenefikaw mill-investimenti tagħhom fi standards għoljin ta’ benesseri meta jikkummerċjalizzaw b’mod transfruntier. Dan jista’ jwassal għar-rilokazzjoni tal-produzzjoni lejn l-Istati Membri fejn ma tapplika l-ebda projbizzjoni bħal din.
L-attività tas-santwarji tal-annimali spiss titwettaq b’mod transfruntier, minħabba l-aċċessibbiltà tas-servizzi online biex jiġi rreklamat it-trasferiment tal-annimali f’dawk is-sitwazzjonijiet. Xi santwarji tal-annimali jistgħu joffru wkoll qtates u klieb għall-bejgħ. Minħabba li s-santwarji jfornu għadd ta’ annimali għas-suq li jista’ jitqies sostanzjali, hemm bżonn li jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, irrispettivament minn jekk l-attività mwettqa tistax titqies bħala attività ekonomika, minħabba li mill-anqas il-kostijiet raġonevoli jiġu rrimborżati. Għalhekk, is-santwarji tal-annimali għandhom jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni u soġġetti għal xi wħud mir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, rigward il-ħames dominji tal-benesseri tal-annimali, il-kompetenza ta’ dawk li jieħdu ħsieb l-annimali, iż-żjarat mill-veterinarji u l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali.
It-traċċabbiltà tal-klieb u tal-qtates hija essenzjali għall-ġlieda kontra l-kummerċ illegali ta’ dawn l-annimali. Attwalment huwa diffiċli li tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-klieb u tal-qtates fornuti fis-suq tal-Unjoni. Peress li l-klieb u l-qtates jistgħu jiġu kkummerċjalizzati bejn il-fruntieri fl-Unjoni u l-bażijiet tad-data nazzjonali eżistenti ma humiex interoperabbli, l-inizjattivi meħuda fil-livell nazzjonali mill-Istati Membri individwali ma jistgħux jindirizzaw id-diskrepanzi eżistenti u huwa meħtieġ intervent fil-livell tal-Unjoni. Sabiex ikunu effettivi, id-dispożizzjonijiet dwar it-traċċabbiltà għandhom japplikaw għall-klieb kollha fornuti fl-Unjoni, ikun xi jkun l-iskop maħsub.
•Proporzjonalità
Din il-proposta tistabbilixxi rekwiżiti minimi dwar il-benesseri tal-annimali għat-tnissil, għaż-żamma u għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni tal-klieb u l-qtates. Dawn ir-regoli huma essenzjali biex jipproteġu l-funzjonament tas-suq intern, u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal dak l-iskop.
B’mod partikolari, biex tiġi żgurata l-proporzjonalità, id-dispożizzjonijiet ta’ din il-proposta dwar it-tnissil u ż-żamma fi stabbilimenti ma japplikawx għal stabbilimenti żgħar ħafna. In-nissiela ta’ inqas minn ċertu għadd ta’ ġriewi u frieħ fis-sena ma humiex soġġetti għal regoli dwar kif il-klieb u l-qtates iridu jitnisslu u jinżammu, u huma meħtieġa biss li jidentifikaw u jirreġistraw il-klieb jew il-qtates qabel ma jpoġġuhom fl-Unjoni. Jittieħed approċċ simili għas-santwarji u għall-ħwienet tal-annimali tad-dar li jżommu għadd żgħir ta’ klieb jew qtates, li huma meħtieġa biss li jidentifikaw u jirreġistraw il-klieb jew il-qtates qabel ma jfornuhom fl-Unjoni. Minħabba li s-santwarji ġeneralment ma jaħdmux għall-profitti, għadd ta’ dispożizzjonijiet meħtieġa għall-istabbilimenti tat-tnissil u għall-ħwienet tal-annimali tad-dar ma humiex meħtieġa għas-santwarji – pereżempju r-rekwiżiti ddettaljati dwar l-abitazzjoni (temperatura, kwota tal-ispazju, tidwil) – sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità tar-regoli tal-Unjoni għas-santwarji.
Barra minn hekk, filwaqt li l-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jfornu l-klieb jew il-qtates fl-Unjoni huma meħtieġa jiżguraw li l-annimali jkollhom mikroċippa u jkunu rreġistrati, dan huwa meħtieġ biex tiġi żgurata l-effettività ta’ dan ir-Regolament fil-kisba tal-objettivi tiegħu, b’mod partikolari biex jiġi miġġieled il-kummerċ illegali, u huwa proporzjonat minħabba l-impatt limitat ta’ dan ir-rekwiżit fuq il-persuni fiżiċi li jfornu l-klieb jew il-qtates fis-suq tal-Unjoni (ara t-taqsima “valutazzjoni tal-impatt” hawn taħt). Il-proposta ma timponix dan l-obbligu għall-persuni fiżiċi li jfornu l-klieb jew il-qtates b’mod okkażjonali fis-suq tal-Unjoni minbarra permezz ta’ servizzi online.
Din il-proposta tippermetti lill-Istati Membri jżommu jew jadottaw regoli nazzjonali aktar stretti dwar il-kundizzjonijiet tal-abitazzjoni, il-mutilazzjonijiet, l-arrikkiment, il-programmi tal-għażla u tat-tnissil sakemm ma jipprojbixxux jew ma jfixklux it-tqegħid fis-suq fit-territorju tagħhom tal-klieb u l-qtates miżmuma fi Stat Membru ieħor minħabba li l-klieb u l-qtates ikkonċernati ma jkunux inżammu f’konformità ma’ dawk ir-regoli nazzjonali aktar stretti.
•Għażla tal-istrument
Strument propost: Regolament.
Ir-regolamentazzjoni tat-tnissil, taż-żamma u tat-tqegħid fis-suq tal-klieb u l-qtates, kif ukoll tat-traċċabbiltà tal-klieb u l-qtates imqiegħda fis-suq u fornuti, tirrikjedi operazzjonijiet u regoli tekniċi li għandhom ikunu preċiżi biex jiżguraw kundizzjonijiet ekwi xierqa għall-operaturi fis-suq intern. Il-livell meħtieġ ta’ preċiżjoni u ta’ armonizzazzjoni jista’ jinkiseb aħjar f’Regolament direttament vinkolanti, aktar milli bl-użu ta’ Direttivi.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
Mhux applikabbli peress li attwalment ma hemm l-ebda leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-benesseri tal-klieb u l-qtates.
Madankollu, il-Kontroll tal-Idoneità rigward il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-benesseri tal-annimali jiddiskuti dan id-distakk fil-leġiżlazzjoni eżistenti b’rabta mal-protezzjoni tal-klieb u tal-qtates imqiegħda fis-suq tal-Unjoni. Fil-Konsultazzjoni Pubblika li saret b’appoġġ għall-Kontroll tal-Idoneità, il-maġġoranza l-kbira tar-rispondenti qiesu li hemm nuqqas ta’ rekwiżiti speċifiċi dwar il-benesseri tal-annimali għal speċijiet speċifiċi ta’ qtates (79 %, 47 064 minn 59 286) u ta’ klieb (80 %, 47 272 minn 59 286). Dan ġie rifless ukoll fl-intervisti mal-partijiet ikkonċernati. Pereżempju, organizzazzjoni professjonali waħda (li tirrappreżenta lill-veterinarji) esprimiet li annimali tal-kumpanija huma estremament importanti għall-konsumaturi, u li hemm ħafna problemi ta’ benesseri ma’ dawk l-annimali.
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati saru permezz tal-attivitajiet tal-inizjattiva volontarja dwar il-benesseri tal-klieb u tal-qtates 25 kif ukoll sensiela ta’ laqgħat bilaterali ma’ organizzazzjonijiet ta’ nissiela tal-klieb, mal-industrija tal-ikel tal-annimali tad-dar, mas-servizzi online, mal-industrija farmaċewtika u mal-organizzazzjonijiet tal-benesseri tal-annimali.
Il-partijiet ikkonċernati qablu dwar il-problemi identifikati (in-nuqqas ta’ kundizzjonijiet ekwi, il-prattiki frawdolenti ta’ detriment għall-konsumaturi kif ukoll għall-annimali, ir-rwol tas-servizzi online u tal-media soċjali) u dwar il-ħtieġa li l-UE tistabbilixxi sett ta’ regoli komuni biex tirregola dan is-suq. B’mod partikolari, il-pjattaformi online appoġġaw reġim armonizzat għall-annimali tad-dar fil-livell tal-UE, u qiesu li dan għandu jkun opportunità biex tittejjeb il-fiduċja u l-affidabbiltà tal-kanali tal-bejgħ online.
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel adottat rapport ta’ assistenza xjentifika u teknika dwar aspetti tal-benesseri relatati mat-tnissil, it-tmigħ, l-abitazzjoni u s-saħħa tal-qtates u tal-klieb fi stabbilimenti tat-tnissil 26 . Ir-rapport tal-EFSA fih rakkomandazzjonijiet dwar it-tip ta’ abitazzjoni u eżerċizzju, dwar it-temperatura u d-dawl tal-abitazzjoni, dwar is-saħħa u l-interventi kirurġiċi li jikkawżaw l-uġigħ.
Il-Kummissjoni qieset ukoll il-konklużjonijiet tal-inizjattivi volontarji tal-Pjattaforma tal-UE dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali b’rabta mal-benesseri tal-annimali tad-dar (klieb u qtates) fil-kummerċ li fihom serje ta’ linji gwida dwar it-tnissil responsabbli tal-klieb u tal-qtates, il-movimenti kummerċjali tal-klieb u tal-qtates, is-soċjalizzazzjoni tal-ġriewi u l-frieħ, pjattaformi online li jbigħu l-klieb u linji gwida għax-xerrejja tal-klieb. Kemm l-opinjoni tal-EFSA kif ukoll il-konklużjoni tal-pjattaforma tal-UE dwar il-benesseri tal-annimali huma disponibbli għall-pubbliku fuq l-internet. Din qieset ukoll iż-żewġ rapporti prodotti għal dak l-iskop minn dik l-inizjattiva volontarja: rapport dwar rakkomandazzjonijiet rigward elementi possibbli għal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ tal-klieb u l-qtates 27 u rapport dwar rakkomandazzjonijiet rigward elementi possibbli għal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-tnissil tal-klieb u l-qtates 28 .
•Valutazzjoni tal-impatt
L-analiżi u l-evidenza ta’ sostenn kollha se jitniżżlu f’Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li se jiġi ppubblikat mhux aktar tard minn 3 xhur mill-pubblikazzjoni tal-proposta.
L-evidenza disponibbli tal-impatti tista’ tinġabar fil-qosor kif ġej:
Il-proposta hija stmata li tapplika għal madwar 24 000 u 30 000 nissiel kummerċjali tal-klieb, u bejn 8 000 u 10 000 nissiel kummerċjali tal-qtates 29 , li 20 % minnhom huma nissiela kummerċjali tal-qtates ta’ razza pura 30 . Huwa stmat li madwar 4,4 miljun ġeru u miljun ferħ tal-produzzjoni annwali tal-UE tal-klieb u l-qtates jiġu prodotti minn nissiela kummerċjali ta’ annimali mhux ta’ razza pura (li jikkorrispondu għal madwar 50 % tal-klieb u l-qtates imwielda u mnissla fl-UE kull sena).
Rekwiżiti tal-abitazzjoni
Il-benesseri tal-klieb u tal-qtates imnissla fl-UE jittejjeb bir-rekwiżiti l-ġodda billi tiġi pprovduta aktar libertà ta’ moviment f’ambjent mingħajr gaġeġ, b’żoni ta’ kumdità termali fejn jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet fiżjoloġiċi tagħhom, kif ukoll b’aktar spazju għall-attività u għall-ambjent kumpless bis-saħħa tal-aċċess għal barra/ġewwa 31 .
In-nissiela kummerċjali tal-klieb u l-qtates ta’ razza pura ma humiex mistennija jġarrbu kostijiet addizzjonali peress li normalment diġà jirrispettaw rekwiżiti tal-benesseri ugwali jew aktar stretti bħal dawk imposti mill-organizzazzjonijiet ta’ razza pura li huma membri tagħhom 32 .
Il-kawżi tad-dħul tal-klieb u tal-qtates f’santwarji jvarjaw iżda jinkludu annimali li jgħixu fit-triq u abbandunati, dawk mogħtija mis-sidien, adozzjonijiet irritornati u dawk il-frieħ u l-ġriewi li jitwieldu fis-santwarji 33 . L-għadd ta’ annimali li jgħixu fit-triq u f’santwarji huwa partikolarment għoli fil-pajjiżi tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Ewropa 34 . Bħalissa hemm nuqqas ta’ dispożizzjonijiet Ewropej dwar is-santwarji għall-annimali, u minkejja li ħafna Stati Membri għandhom ċerti miżuri nazzjonali fis-seħħ, il-kundizzjonijiet tal-benesseri tal-annimali f’ħafna santwarji Ewropej huma allarmanti 35 . B’mod speċjali l-iffollar eċċessiv fis-santwarji joħloq riskju kbir għal kundizzjonijiet ħżiena tal-benesseri tal-annimali 36 .
Rekwiżiti għat-tnissil
L-introduzzjoni ta’ età minima għat-tnissil għall-klieb u l-qtates femminili, restrizzjoni fuq ir-ritmu riproduttiv u rekwiżit għall-monitoraġġ tas-saħħa u l-benesseri tal-klieb u l-qtates femminili ta’ aktar minn ċerta età, jippermettu li tiġi rrispettata l-maturità fiżika u fiżjoloġika tal-annimali, u b’hekk jittejjeb il-benesseri tagħhom 37 , 38 . Xi Stati Membri tal-UE diġà għandhom qafas legali li jistabbilixxi età minima/massima ta’ tnissil. Oħrajn ma għandhom l-ebda rekwiżit bħal dan 39 . Għalhekk, il-proposta tikkontribwixxi għal kundizzjonijiet aktar ekwi għat-tipi kollha ta’ nissiela tal-annimali. It-tfixkil fiċ-ċikli tal-produzzjoni se jiġi evitat b’perjodu ta’ tranżizzjoni xieraq li jiżgura li l-operaturi jkollhom iż-żmien biex jadattaw għar-regoli l-ġodda u b’hekk jevitaw tfixkil fil-provvista tal-klieb u l-qtates lill-konsumaturi.
Approvazzjoni tal-istabbilimenti tat-tnissil
L-istabbilimenti tat-tnissil diġà jridu jkunu rreġistrati, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) 40 . Madankollu, ir-reġistrazzjoni ssir mingħajr spezzjoni mill-awtorità kompetenti biex tivverifika li l-istabbiliment jikkonforma mar-regoli dwar il-benesseri tal-annimali. Barra minn hekk, ċerti Stati Membri (bħall-Awstrija, il-Belġju, Franza, il-Ġermanja u l-Portugall) jirregolaw l-istabbilimenti tat-tnissil fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Xi Stati Membri japprovaw stabbilimenti tat-tnissil abbażi ta’ kriterji dwar il-benesseri tal-annimali, iżda mhux l-Istati Membri kollha, u dawk li għandhom rekwiżiti bħal dawn jużaw limiti differenti biex iqisu l-istabbilimenti tat-tnissil bħala stabbilimenti professjonali soġġetti għal rekwiżiti ta’ approvazzjoni, li ssaħħaħ il-kundizzjonijiet mhux ekwi għas-settur 41 .
Ir-rekwiżit eżistenti għar-reġistrazzjoni tal-istabbiliment tat-tnissil jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jibnu fuq ir-reġistri eżistenti u jiffaċilita l-identifikazzjoni tal-istabbilimenti li jirrikjedu approvazzjoni. Għan-nissiela tal-annimali ta’ razza pura, l-approvazzjoni x’aktarx li tkun tista’ tinkiseb faċilment (peress li normalment diġà jsegwu rekwiżiti ogħla tal-benesseri tal-annimali).
L-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-klieb u tal-qtates u bażijiet tad-data nazzjonali
L-identifikazzjoni obbligatorja (bi transponders li jinqraw elettronikament) u r-reġistrazzjoni f’bażi tad-data nazzjonali tal-klieb u l-qtates kollha qabel ma jitqiegħdu fis-suq jew jiġu fornuti jtejbu t-traċċabbiltà tal-klieb u tal-qtates (b’mod partikolari flimkien ma’ kundizzjonijiet speċifiċi meta l-klieb jew il-qtates jinbiegħu jew jiġu adottati permezz ta’ pjattaformi online 42 ). B’riżultat ta’ dan, l-awtoritajiet kompetenti se jkunu jistgħu jikkontrollaw aħjar l-identità u l-oriġini tal-klieb u l-qtates li jiġu kkummerċjalizzati u jiċċirkolaw fis-suq intern, jiskoraġġixxu l-frodi u b’hekk jikkontrollaw aħjar il-kundizzjonijiet tal-benesseri tal-annimali fl-istabbiliment tal-oriġini.
F’24 Stat Membru, din ir-reġistrazzjoni tal-klieb diġà hija obbligatorja. Fi tnejn mit-tliet Stati Membri li jifdal, din hija rregolata fi ftit mir-reġjuni tagħhom, filwaqt li Stat Membru wieħed biss ma għandu l-ebda rekwiżit bħal dan. Għalhekk, il-kost tal-miżura fil-prattika jkun limitat (għalkemm kemxejn anqas limitata għall-qtates, li għalihom l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni huma obbligatorji biss f’seba’ Stati Membri) 43 .
Il-miżura mhux se jkollha impatt fuq nissiela tal-ġriewi u l-frieħ ta’ razza pura, peress li dawn huma parti minn assoċjazzjonijiet li għandhom rekwiżiti simili f’termini ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni 44 . Għal atturi oħrajn li jqiegħdu l-klieb u l-qtates fis-suq tal-Unjoni, il-proposta jkollha impatt ekonomiku limitat: il-kost għall-operatur jew għall-fornitur għall-impjantazzjoni ta’ transponder u r-reġistrazzjoni minn veterinarju hija stmata li hija ta’ madwar EUR 50 (madankollu jeżistu disparitajiet bejn l-Istati Membri) 45 . Fl-Istati Membri fejn ir-reġistrazzjoni tal-klieb (24) u tal-qtates (7) hija diġà obbligatorja 46 , ma jkun hemm l-ebda kost addizzjonali.
L-Istati Membri kollha se jiġu affettwati mir-rekwiżit li tiġi żgurata l-interoperabbiltà tal-bażijiet tad-data nazzjonali. Dan huwa kruċjali biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà xierqa u biex is-sistemi ta’ verifika jsiru kompletament funzjonali. L-esperjenza f’xi Stati Membri u pajjiżi terzi turi li l-interoperabbiltà tista’ tinkiseb billi jiġu żviluppati interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet. Huwa previst perjodu ta’ tranżizzjoni għall-Istati Membri biex ikunu jistgħu jagħmlu dawn l-adattamenti. Bħalissa, inizjattiva privata, imsejħa Europetnet, diġà tgħaqqad bażijiet tad-data nazzjonali u reġjonali ta’ 17-il Stat Membru (għalkemm fuq bażi volontarja) 47 . Għalhekk, l-impatt ta’ dan ir-rekwiżit ikun relattivament limitat.
Bejgħ online
Huwa stmat li madwar 60 % tas-sidien tal-klieb u tal-qtates jixtru l-annimal tad-dar tagħhom permezz tal-internet. Dan jirrappreżenta madwar 4,8 miljun kelb u 1,2 miljun qattus 48 . Hemm mill-inqas 75 pjattaforma online fl-UE kollha li hija intermedjarja tal-bejgħ jew tad-donazzjoni tal-klieb u l-qtates 49 . L-offerta ta’ klieb online bħalissa hija rregolata fi tmien Stati Membri, u l-offerta ta’ qtates online bħalissa hija rregolata f’mill-inqas seba’ Stati Membri 50 . Hemm għadd ta’ diverġenzi f’dawn l-approċċi regolatorji nazzjonali. Pereżempju, fl-Awstrija, nissiela tal-annimali li huma rreġistrati biss jistgħu jirreklamaw online. Fi Brussell u fil-Fjandri, ir-reklamar online jrid jinkludi n-numru tal-approvazzjoni ta’ nissiela tal-klieb jew il-qtates meta dak li jagħmel ir-riklam ikun il-maniġer ta’ stabbiliment approvat (nissiel/bejjiegħ/santwarju). In-numru tal-mikroċippa jrid ikun fost l-informazzjoni pprovduta fir-reklamar.
Il-proposta tippermetti lill-akkwirenti tal-klieb u l-qtates jivverifikaw l-awtentiċità tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-klieb u l-qtates permezz ta’ sit web konness ma’ bażijiet tad-data nazzjonali. Il-pjattaformi online jkunu meħtieġa jadattaw l-interfaċċa tagħhom sabiex il-fornituri jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa għax-xerrejja biex jużaw is-sit web biex jivverifikaw l-awtentiċità tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-klieb u l-qtates.
Abbażi ta’ inizjattivi privati, ġew żviluppati sistemi u diġà jintużaw volontarjament minn ċerti pjattaformi online fejn il-verifika tal-awtentiċità tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-klieb u l-qtates issir qabel ma l-offerta tiġi ppubblikata fuq pjattaforma online. Barra minn hekk, ċerti Stati Membri bdew jirrikjedu l-użu ta’ sistemi ta’ verifika bħal dawn. Fi Franza, mill-1 ta’ Lulju 2023, il-pjattaformi jridu jivverifikaw li r-reklamar għall-bejgħ ta’ klieb jew qtates jipprovdi l-informazzjoni obbligatorja kollha qabel kwalunkwe pubblikazzjoni (inklużi l-identità tan-nissiel tal-annimali u l-identifikazzjoni tal-annimal) li għandha tiġi vverifikata b’mod awtomatizzat mal-bażi tad-data nazzjonali. Fl-aħħar ta’ dan il-proċess, ir-reklam ippubblikat isemmi “reklamar ivverifikat”. Fil-Ġermanja, fl-2021, il-gvern ħabbar intenzjoni li jiżviluppa rekwiżiti simili sabiex jintroduċi verifika obbligatorja tal-identità għall-kummerċ online tal-annimali tad-dar.
Sistema bħal din ittejjeb ħafna t-traċċabbiltà — u b’hekk tagħti s-setgħa lill-bejjiegħa, lill-pjattaformi online, lill-akkwirenti u lill-awtoritajiet kompetenti biex jiċċekkjaw faċilment l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ kelb jew qattus.
Dħul fl-Unjoni
Hemm dħul konsiderevoli ta’ klieb u qtates fl-Unjoni, b’diversi eluf ta’ annimali jiġu importati kull sena. Minbarra l-importazzjoni legali, il-kummerċ illegali minn barra l-UE kien qed jiżdied fis-snin reċenti, b’45 % ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità u ta’ suspett ta’ frodi identifikati fl-UE jew fil-fruntieri tagħha matul l-azzjoni kkoordinata tal-UE li tinvolvi l-klieb u l-qtates li joriġinaw direttament minn pajjiżi terzi bħas-Serbja, il-Belarussja, ir-Russja u t-Turkija 51 . Ir-regoli attwali tal-UE dwar il-movimenti tal-klieb u l-qtates, bħad-dispożizzjonijiet tar-Regolament 576/2013 u tal-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali, jeħtieġu li jiġu kkomplementati minn għodod addizzjonali biex jiġu limitati l-opportunitajiet għal dan il-kummerċ illegali.
Xi Stati Membri li huma punti ta’ dħul ta’ klieb u qtates fl-Unjoni, bħal-Latvja, osservaw nuqqas ta’ konformità ripetittiv u każijiet suspettati ta’ frodi b’kunsinni u l-użu ħażin tad-dokumenti ta’ moviment mhux kummerċjali għal skopijiet kummerċjali, u żieda fil-volum tal-klieb u l-qtates li jidħlu mir-Russja u mill-Belarussja. B’riżultat ta’ dan, xi wħud minn dawk l-Istati Membri qed iqisu miżuri nazzjonali — pereżempju l-Latvja introduċiet miżuri ta’ kontroll addizzjonali mal-importazzjoni. Madankollu, jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni fil-livell tal-UE, dan x’aktarx iwassal biex dawn il-movimenti jiġu ddevjati lejn id-dħul fl-Unjoni permezz ta’ Stati Membri oħrajn.
Barra minn hekk, hemm evidenza qawwija ta’ livell għoli ħafna ta’ tħassib taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar il-benesseri, inkluża s-saħħa, tal-klieb u tal-qtates imnissla u miżmuma fi stabbilimenti u fornuti fis-suq tal-Unjoni. Dan jista’ jidher fl-Ewrobarometru msemmi hawn fuq dwar il-benesseri tal-annimali u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew, kif ukoll fl-għadd kbir ħafna ta’ petizzjonijiet, mistoqsijiet parlamentari, ilmenti u ittri dwar dan is-suġġett li l-Kummissjoni Ewropea rċeviet miċ-ċittadini, mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u mill-parlamentari. Dan jista’ jintwera wkoll mill-għadd ta’ firem riċevuti minn kampanji organizzati minn NGOs għall-benesseri tal-annimali f’ċerti Stati Membri.
L-introduzzjoni ta’ rekwiżiti dwar il-benesseri tal-annimali fi stabbilimenti tat-tnissil, ħwienet tal-annimali tad-dar u santwarji fl-UE, mingħajr il-ħtieġa ta’ rekwiżiti ekwivalenti għall-importazzjonijiet ta’ klieb u qtates minn pajjiżi terzi, twassal għal żieda f’dawn l-importazzjonijiet minn stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li japplikaw standards baxxi ta’ benesseri. Dan, minħabba prezzijiet attraenti u nuqqas ta’ informazzjoni tal-konsumaturi tal-Unjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-benesseri fl-istabbiliment tal-oriġini. Għalhekk, l-objettiv tal-politika dwar il-benesseri tal-annimali ta’ din il-proposta ma jintlaħaqx kif suppost, u t-tħassib taċ-ċittadini tal-Unjoni ma jiġix indirizzat.
Barra minn hekk, il-miżuri previsti li huma meħtieġa wkoll għall-importazzjoni ta’ klieb u qtates (żjarat veterinarji fi stabbilimenti, stabbilimenti li għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar it-tmigħ, l-abitazzjoni, is-saħħa, il-ħtiġijiet tal-imġiba u l-mutilazzjonijiet), huma meħtieġa biex tiġi protetta s-saħħa tal-klieb u tal-qtates, kif ukoll is-saħħa pubblika.
Iċ-ċirkostanzi subottimali tal-qtates u tal-klieb tat-tnissil f’faċilitajiet kummerċjali ta’ tnissil intensiv (l-hekk imsejħa “fabbriki tal-ġriewi”) iwasslu għal użu eċċessiv ta’ annimali femminili għat-tnissil. Dan spiss iwassal għal eżawriment, kakessija, u suxxettibbiltà għall-mard infettiv, minbarra t-tnaqqis fit-tul tal-ħajja.
In-nuqqas ta’ traċċabbiltà u tilqim xieraq jirrappreżentaw riskju serju għat-trażmissjoni taż-żoonożi, bħar-rabja u l-ekkinokokkożi, u għalhekk riskji għas-saħħa pubblika fl-Unjoni. Kundizzjonijiet ħżiena ta’ tmigħ u ta’ abitazzjoni inklużi livelli baxxi ta’ iġjene, kif ukoll l-użu ta’ prattiki li jikkawżaw l-uġigħ bħall-mutilazzjonijiet, idgħajfu s-sistemi immunitarji tal-annimali u huma assoċjati ma’ użu akbar ta’ antimikrobiċi, li għandu effett fuq l-iżvilupp ta’ infezzjonijiet reżistenti għall-antibijotiċi fil-bnedmin. Miżuri insuffiċjenti biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ mġiba tal-annimali u s-soċjalizzazzjoni xierqa tal-ġriewi u tal-frieħ, jikkawżaw kwistjonijiet ta’ mġiba fil-ġriewi u fil-frieħ, li aktar tard fil-ħajja jistgħu jikkawżaw tħassib serju dwar is-sikurezza pubblika minħabba l-iżvilupp ta’ mġiba aggressiva.
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
Il-proposta teskludi nissiela tal-klieb u tal-qtates li huma żgħar u ħwienet tal-annimali tad-dar u santwarji żgħar mir-rekwiżiti applikabbli għall-istabbilimenti peress li dawn ir-regoli jkunu sproporzjonati. Barra minn hekk, il-proposta tiddependi fuq għodod diġitali (b’mod partikolari l-interoperabbiltà tal-bażijiet tad-data nazzjonali tal-klieb u l-qtates) biex jintlaħaq l-objettiv ta’ politika li tiġi limitata l-frodi.
•Drittijiet fundamentali
Is-setgħa għall-Kummissjoni li tadotta atti ta’ implimentazzjoni għar-rekwiżiti tekniċi dwar il-bażijiet tad-data nazzjonali dwar il-klieb u l-qtates, u s-sistema ta’ verifika għall-pjattaformi online, tinkludi obbligi għall-Kummissjoni biex tispeċifika f’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data f’konformità mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
L-impatt fuq il-baġit tal-Unjoni huwa spjegat fid-dettall fid-dikjarazzjoni finanzjarja u jista’ jinġabar fil-qosor kif ġej:
Il-proposta se tirrikjedi riżorsi umani addizzjonali għall-ġestjoni tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-iżvilupp ta’ bażijiet tad-data interoperabbli għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-klieb u l-qtates (3 FTE).
B’mod parallel, huwa stmat li huwa meħtieġ baġit operazzjonali ta’ EUR 1,5 miljun għall-iżvilupp u l-operat inizjali tas-sistema ta’ verifika tal-awtentiċità ta’ din l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni għall-offerti permezz ta’ Pjattaformi online u l-iżgurar tal-interoperabbiltà tal-bażijiet tad-data nazzjonali u mbagħad, EUR 300 000 fis-sena għall-manutenzjoni u l-operat tagħha.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
Din il-proposta tintroduċi lista ta’ indikaturi ta’ politika, li jistgħu jiġu rrieżaminati u kompluti, u rekwiżit għall-Istati Membri biex jirrapportaw dwarhom regolarment lill-Kummissjoni, peress li dan huwa meħtieġ biex jiġi mmonitorjat u evalwat is-suċċess ta’ dan ir-Regolament. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni se tippubblika dashboard aġġornat regolarment li juri data dwar il-benesseri tal-klieb u l-qtates imqiegħda fis-suq tal-Unjoni.
Sabiex tkun tista’ tinġabar evidenza robusta wara l-perjodi ta’ tranżizzjoni ta’ 7 snin, għandu jiġi ppreżentat rapport ta’ evalwazzjoni 15-il sena wara d-dħul fis-seħħ.
•Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)
Mhux applikabbli.
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
Kapitolu I - Suġġett, ambitu u definizzjonijiet
Dan l-ambitu jkopri t-tnissil u ż-żamma tal-klieb u l-qtates fi stabbilimenti (inklużi ħwienet tal-annimali tad-dar u santwarji tal-annimali) u t-tqegħid tagħhom fis-suq jew l-offerta tagħhom għall-adozzjoni mingħajr kost. Il-proposta tkopri wkoll it-traċċabbiltà tal-klieb u tal-qtates imqiegħda fis-suq jew fornuti fl-Unjoni. Din teskludi l-klieb u l-qtates miżmuma għal skopijiet xjentifiċi.
Kapitolu II – Obbligu tal-operaturi tal-istabbilimenti
Dan il-kapitolu ma japplikax għal stabbilimenti żgħar.
Jintroduċi l-prinċipji tal-benesseri tal-annimali abbażi tal-kunċett tal-“ħames dominji”, jiġifieri l-ħtiġijiet tal-annimali f’termini ta’ nutrizzjoni, ambjent, saħħa, imġiba u stat mentali.
Dan il-kapitolu jistabbilixxi wkoll obbligu għall-operaturi li jinnotifikaw l-attivitajiet tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti kif ukoll li jinformaw lill-klijenti dwar sjieda responsabbli.
Dan il-kapitolu jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-kompetenza ta’ dawk li jieħdu ħsieb l-annimali u jirrikjedi li l-istabbilimenti jkollhom żjarat veterinarji.
Il-kapitolu mbagħad jiddefinixxi r-rekwiżiti tekniċi dwar it-tmigħ u t-tisqija, l-abitazzjoni, is-saħħa, il-ħtiġijiet tal-imġiba u l-prattiki li jikkawżaw l-uġigħ, għall-istabbilimenti tat-tnissil, għall-ħwienet tal-annimali tad-dar u għas-santwarji (madankollu għadd ta’ dispożizzjonijiet ma humiex meħtieġa għas-santwarji). Barra minn hekk, dan jirrikjedi li l-istabbilimenti tat-tnissil jiġu approvati mill-awtoritajiet kompetenti. Id-dispożizzjonijiet dwar l-abitazzjoni, is-saħħa u l-approvazzjoni ta’ stabbiliment tat-tnissil għandhom applikazzjoni ddifferita ta’ 5 snin.
Kapitolu III – Identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-klieb u l-qtates
Dan il-kapitolu jobbliga lill-istabbilimenti li jżommu lill-klieb u l-qtates u lill-fornituri tal-klieb u tal-qtates fl-Unjoni biex jidentifikaw l-annimali kkonċernati b’mikroċippa u biex jirreġistrawhom f’bażi tad-data.
Dan jirrikjedi wkoll li l-fornituri tal-klieb jew tal-qtates jipprovdu evidenza ta’ identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni. Barra minn hekk, il-pjattaformi online fejn il-klieb jew il-qtates jiġu offruti għall-forniment huma meħtieġa li jippermettu lill-fornituri jipprovdu prova tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ klieb jew qtates offruti fuq dawk il-pjattaformi. Dan jirrikjedi li l-Kummissjoni tiżgura l-iżvilupp ta’ sistema disponibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas li tivverifika l-awtentiċità tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ kelb jew qattus.
Kapitolu IV – Awtoritajiet kompetenti
Dan il-kapitolu jirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti joffru taħriġ lil dawk li jieħdu ħsieb l-annimali dwar il-benesseri tal-annimali u japprovaw programmi ta’ taħriġ dwar il-benesseri tal-annimali.
Il-kapitolu jirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu bażi tad-data għall-klieb u l-qtates identifikati b’mikroċippa.
Il-kapitolu fih ukoll obbligu għall-awtoritajiet kompetenti li jiġbru, janalizzaw u jippubblikaw data dwar il-benesseri tal-annimali, u li jirrapportawha lill-Kummissjoni kull 3 snin.
Kapitolu V – Dħul ta’ klieb u qtates fl-Unjoni
Dan il-kapitolu fih regoli dwar id-dħul ta’ klieb u qtates fl-Unjoni, imnissla u miżmuma f’konformità mal-kundizzjonijiet ta’ din il-proposta jew kundizzjonijiet ekwivalenti għalihom.
Kapitolu VI – Dispożizzjonijiet proċedurali
Dan il-kapitolu fih id-dispożizzjonijiet għas-setgħat tal-Kummissjoni li tissupplimenta u temenda l-elementi mhux essenzjali tal-annessi tar-Regolament permezz ta’ atti delegati, sabiex titqies evidenza xjentifika ġdida jew progress tekniku rilevanti għall-benesseri tal-annimali.
Kapitolu VII – Dispożizzjonijiet oħrajn
Dan il-kapitolu fih regoli dwar miżuri nazzjonali aktar stretti. L-Istati Membri jistgħu jżommu dawn ir-regoli li japplikaw meta r-Regolament jidħol fis-seħħ. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jadottaw leġiżlazzjoni ġdida li tistabbilixxi dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-abitazzjoni, l-arrikkiment, il-mutilazzjonijiet u l-istrateġiji tat-tnissil, dment li jkunu konsistenti mar-regoli rispettivi tal-Unjoni u li ma jirrestrinġux il-moviment liberu u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti nazzjonali aktar stretti.
Il-kapitolu jirrikjedi wkoll li l-Kummissjoni tippubblika rapport ta’ monitoraġġ kull 5 snin dwar il-benesseri tal-klieb u l-qtates imqiegħda fis-suq. Il-kapitolu jirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi, u li jinnotifikawhom lill-Kummissjoni.
2023/0447 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-benesseri tal-klieb u l-qtates u t-traċċabbiltà tagħhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 52 ,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 53 ,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)L-annimali ħajjin, inklużi l-qtates u l-klieb huma koperti mill-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u jifformaw parti mill-Politika Agrikola Komuni tal-Unjoni. Hemm suq għal dawn l-annimali fl-Unjoni, inkluż kummerċ transfruntier sostanzjali. Ħafna Stati Membri huma firmatarji tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tal-Annimali tad-Dar. Hemm firxa wiesgħa ta’ evidenza ta’ funzjonament subottimali tas-suq intern għall-klieb u l-qtates fl-Unjoni kif ukoll ta’ kummerċ illegali ta’ dawn l-annimali fl-Unjoni u fl-importazzjoni fl-Unjoni. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-benesseri tal-klieb u tal-qtates imnissla u miżmuma fi stabbilimenti, kif ukoll rekwiżiti msaħħa fir-rigward tat-traċċabbiltà tal-klieb u tal-qtates fornuti fl-Unjoni.
(2)In-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet dwar il-benesseri tal-Unjoni dwar it-tnissil, iż-żamma u t-tqegħid fis-suq tal-klieb u l-qtates, kif ukoll regoli nazzjonali diverġenti fejn jeżistu, spiss wasslu biex dawk l-annimali twieldu, tnisslu u nbigħu jew ġew adottati mingħajr ebda kost, f’ċirkostanzi li huma ta’ detriment għall-benesseri tagħhom. Il-kompetizzjoni bejn nissiela tal-klieb u l-qtates kummerċjali fi Stati Membri differenti ma ssirx f’kundizzjonijiet ekwi minħabba li l-kundizzjonijiet tal-benesseri tal-annimali huma wieħed mill-elementi ewlenin tal-kompetittività ta’ dawn l-operaturi u jvarjaw b’mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri. B’konsegwenza ta’ dan, il-kompetizzjoni hija distorta, speċjalment għal nissiela u dawk li jżommu l-annimali ta’ standards għoljin, li ma jistgħux jimmonetizzaw l-investimenti tagħhom fil-benesseri tal-annimali meta jikkummerċjalizzaw b’mod transfruntier minħabba li huma jiffaċċjaw operaturi li jibbenefikaw minn kundizzjonijiet tal-benesseri tal-annimali li ma jilħqux l-istandard biex jeżerċitaw il-kompetizzjoni u jnaqqsu l-prezzijiet u l-istandards.
(3)Barra minn hekk, il-konsumaturi ma humiex protetti biżżejjed peress li spiss jiffaċċjaw, meta jakkwistaw kelb jew qattus, il-konsegwenzi negattivi tal-kundizzjonijiet ħżiena tal-benesseri li fihom l-annimali jkunu tnisslu u nżammu fl-istabbilimenti, bħal problemi tas-saħħa, problemi ta’ mġiba jew difetti ġenetiċi tal-kelb jew tal-qattus mixtri jew akkwistat.
(4)Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi dwar il-benesseri tal-annimali għal stabbilimenti li huma involuti fit-tnissil, fiż-żamma u fit-tqegħid fis-suq ta’ klieb u qtates. Dan se jiżgura l-iżvilupp razzjonali tas-settur, kundizzjonijiet uniformi ta’ kompetizzjoni, u protezzjoni tal-konsumatur, filwaqt li jiżgura livell għoli ta’ benesseri tal-annimali.
(5)Matul l-aħħar 10 snin, id-domanda għall-klieb u l-qtates biex jinżammu bħala annimali tad-dar f’unitajiet domestiċi żdiedet b’mod sinifikanti. B’riżultat ta’ dan, kien hemm żieda sostanzjali fit-tnissil u fil-kummerċ fis-suq tal-Unjoni tal-klieb u l-qtates, inklużi l-bejgħ, l-adozzjonijiet u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. In-nuqqas ta’ rekwiżiti dwar il-benesseri ta’ dawn l-annimali fl-Unjoni, u d-disparitajiet bejn ir-rekwiżiti applikabbli fi Stati Membri differenti wasslu għal ammont sinifikanti ta’ kummerċ illegali ta’ klieb u qtates f’kundizzjonijiet li huma ta’ ħsara kbira għall-benesseri tagħhom.
(6)Il-kummerċ illegali tal-klieb u l-qtates żviluppa parzjalment minħabba n-nuqqas ta’ traċċabbiltà ta’ dawn l-annimali għall-ġriewi u l-frieħ oriġinali. Min-naħa l-oħra, il-prattiki kummerċjali illegali huma assoċjati mat-tbatija tal-klieb u tal-qtates soġġetti għal prattiki ta’ tnissil mhux ikkontrollati. Ma huwiex possibbli li jiġi żgurat li l-operaturi jirrispettaw l-istess standards tal-benesseri tal-annimali, u li jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi ta’ kompetizzjoni fis-suq intern fir-rigward tal-forniment tal-klieb u l-qtates mingħajr mezzi affidabbli biex l-annimali jiġu ttraċċati sal-oriġini tagħhom. Għalhekk huwa kruċjali li tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-klieb u tal-qtates permezz ta’ sistema li tidentifika u tirreġistra l-klieb u l-qtates qabel l-ewwel forniment tagħhom fl-Unjoni kif ukoll kull darba li jkun hemm bidla fis-sjieda tal-annimali.
(7)Il-kummerċ illegali tal-qtates u l-klieb minn barra l-UE qed jiżdied. Ir-regoli attwali tal-UE dwar il-movimenti tal-klieb u l-qtates fl-UE, bħad-dispożizzjonijiet tar-Regolament 576/2013 u tal-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali, ma fihomx għodod suffiċjenti biex jiġi pprevenut dan il-kummerċ illegali. Dan ifisser li huma meħtieġa regoli addizzjonali għall-ġlieda kontra l-kummerċ illegali tal-klieb u l-qtates. Ir-regoli eżistenti dwar is-saħħa tal-annimali jirrikjedu li, kemm għall-moviment kummerċjali kif ukoll għal dak mhux kummerċjali tal-klieb u tal-qtates li jidħlu fl-Unjoni, l-annimali jridu jkunu identifikati b’mikroċippa. Sabiex jissaħħu dawn id-dispożizzjonijiet dwar it-traċċabbiltà, is-sidien tal-klieb u l-qtates li jidħlu fl-Unjoni jenħtieġ li jiżguraw ir-reġistrazzjoni tagħhom f’waħda mill-bażijiet tad-data tal-Istati Membri fil-post tad-destinazzjoni. Dan se jipprevedi għal kontroll akbar fuq il-movimenti ta’ dawk l-annimali.
(8)Id-dispożizzjonijiet dwar it-traċċabbiltà ta’ din il-proposta jikkontribwixxu wkoll għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika permezz ta’ benesseri aħjar tal-annimali, saħħa aħjar tal-annimali u kontrolli aħjar fuq it-trażmissjoni possibbli tal-mard tal-annimali (li xi wħud minnhom huma ta’ natura żoonotika), dan skont approċċ ta’ Saħħa Waħda.
(9)Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 54 jirregola l-mard trażmissibbli tal-annimali bl-iskop li jiġi evitat it-tixrid ta’ dan il-mard fl-Unjoni. Is-saħħa tal-annimali hija wieħed mill-ħames dominji tal-benesseri tal-annimali, u għalhekk hija indirizzata f’dan ir-Regolament. Madankollu, dan ir-Regolament ma jindirizzax il-mard elenkat fir-Regolament (UE) 2016/429, iżda pjuttost l-istat tas-saħħa tal-klieb u l-qtates kif ifformat minn mard li ma jitteħidx (pereżempju korrimenti) jew mard mhux elenkat (pereżempju ċerti parassiti). Ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament huma għalhekk komplementari għar-Regolament (UE) 2016/429 u ma jidduplikawx jew ma jikkoinċidux mar-regoli stabbiliti f’dak ir-Regolament.
(10)Ir-Regolament (UE) 2016/429 jirrikjedi l-identifikazzjoni tal-klieb u l-qtates bi transponder iżda biss jekk ikunu soġġetti għal movimenti bejn l-Istati Membri li jidħlu fl-Unjoni. L-identifikazzjoni meħtieġa minn dak ir-Regolament ma hijiex armonizzata bis-sħiħ peress li ma tinkludix standards preċiżi rigward it-transponders. Barra minn hekk, dak ir-Regolament ma jirrikjedix li l-Istati Membri jżommu bażijiet tad-data tal-klieb u l-qtates. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu meħtieġa jistabbilixxu u jżommu bażijiet tad-data tal-klieb u l-qtates fornuti fis-suq tal-Unjoni biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà ta’ dawn l-annimali. Huwa meħtieġ ukoll li tiġi żgurata l-interoperabbiltà ta’ dawn il-bażijiet tad-data. Dan se jiffaċilita s-sejba ta’ informazzjoni dwar il-klieb u l-qtates fl-Unjoni kollha, kif ukoll jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu kontrolli uffiċjali biex jiżguraw il-konformità mar-regoli dwar il-benesseri tal-annimali.
(11)Il-forniment tal-klieb u l-qtates, kemm jekk għall-profitt kif ukoll jekk mingħajr kost, għandu impatt fuq is-suq intern. Għalhekk, sabiex jiġu evitati l-frodi, jenħtieġ li tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-annimali kollha kkummerċjalizzati fis-suq tal-Unjoni u jenħtieġ li ż-żamma tal-annimali fi stabbilimenti tat-tnissil, fi ħwienet tal-annimali tad-dar jew f’santwarji tal-annimali tkun soġġetta għal regoli dettaljati.
(12)Iż-żamma tal-klieb u l-qtates f’isem is-sidien, bħal attivitajiet ta’ alloġġ għall-annimali tad-dar, hija attività temporanja u lokali u ma għandhiex impatt sinifikanti fuq is-suq intern. Għalhekk huwa ġġustifikat li l-attivitajiet ta’ alloġġ għall-annimali tad-dar jiġu esklużi mir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament għal stabbilimenti li jżommu l-klieb u l-qtates.
(13)Id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 55 tirregola ż-żamma, it-tnissil u l-forniment ta’ annimali miżmuma għal skopijiet xjentifiċi inkluż il-klieb u l-qtates. Għalhekk, jenħtieġ li l-klieb u l-qtates maħsuba għal skopijiet xjentifiċi jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
(14)Għadd kbir ta’ klieb u qtates, għall-ewwel darba se jkunu koperti minn regoli dettaljati dwar il-benesseri li se jippermettulhom jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ta’ għajxien aħjar. Madankollu, meta jitqiesu d-diffikultajiet prattiċi f’ċerti każijiet biex jiġi ddeterminat jekk il-klieb u l-qtates humiex miżmuma bħala annimali tad-dar jew għat-tqegħid fis-suq jew għall-forniment, dan ir-Regolament jenħtieġ li jeżenta minn ċerti obbligi s-sidien tal-annimali tad-dar li jżommu għadd ta’ klieb u qtates u jipproduċu għadd ta’ ġriewi u frieħ taħt ċertu livell limitu. Inkella, dawk is-sidien tal-annimali tad-dar ikunu soġġetti għar-rekwiżiti rilevanti ta’ dan ir-Regolament, li ma jkunux proporzjonati.
(15)Ladarba jintlaħaq il-livell limitu għall-attivitajiet ta’ tnissil imsemmija fil-premessa preċedenti, kwalunkwe bini użat għall-fini ta’ tnissil ta’ annimali jkun soġġett għar-regoli għall-istabbilimenti tat-tnissil stabbiliti fil-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament, anke jekk l-attivitajiet ta’ tnissil isiru f’unitajiet domestiċi, peress li dan spiss ikun il-każ għal tipi differenti ta’ nissiela kummerċjali. Unitajiet domestiċi fejn il-klieb u l-qtates jinżammu għal skopijiet għajr ir-riproduzzjoni ma jitqisux bħala stabbilimenti tat-tnissil u ma għandhomx għalfejn jikkonformaw mal-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament.
(16)Għalkemm xi wħud mill-istabbilimenti tat-tnissil huma mmexxija minn nissiela liċenzjati skont standard tajjeb ta’ ġestjoni tal-annimali, parti importanti mill-annimali mqiegħda fis-suq tal-Unjoni tiġi minn nissiela tas-suq griż u minn nissiela substandard, li ma jiżgurawx livell suffiċjenti ta’ benesseri tal-annimali għall-klieb u l-qtates li jnisslu. Dan joħloq kompetizzjoni inġusta għal nissiela ta’ razez puri kif ukoll għal nissiela ta’ razez mhux puri li jsegwu standards għoljin ta’ benesseri tal-annimali. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ddettaljati dwar il-benesseri tal-annimali għall-operaturi tal-istabbilimenti kollha tat-tnissil.
(17)Barra minn hekk, fis-suq tal-Unjoni tipi differenti ta’ operaturi li jwettqu tipi differenti ta’ attivitajiet ifornu l-klieb u l-qtates. Minbarra nissiela kummerċjali hemm ħwienet tal-annimali tad-dar fejn il-klieb u l-qtates, li normalment ikunu twieldu u tnisslu fi stabbilimenti oħrajn, jinżammu għall-bejgħ. Il-protezzjoni ta’ dawn l-annimali tista’ tkun subottimali, u ma hemm l-ebda standard komuni ta’ benesseri li jeħtieġ li jiġi osservat f’dawn l-istabbilimenti. Għalhekk, minħabba li l-ħwienet tal-annimali tad-dar huma operaturi kummerċjali li jqiegħdu fis-suq il-klieb u l-qtates, jeħtieġ li jiġu applikati r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għal dawn l-istabbilimenti.
(18)Is-santwarji għall-annimali huma impriżi privati jew pubbliċi jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jiġbru u jżommu l-klieb u l-qtates li jgħixu fit-triq, jew l-annimali li qabel kienu proprjetà ta’ xi ħadd li jkunu ntilfu, ġew ikkonfiskati jew ġew abbandunati. Xi drabi, ir-riproduzzjoni mhux ikkontrollata tal-annimali tad-dar jew it-tnissil żejjed jirriżultaw fil-proliferazzjoni tal-klieb u l-qtates li jgħixu fit-triq u li jispiċċaw fis-santwarji. Skont l-isfond tagħhom, l-annimali li jgħixu fis-santwarji jistgħu jkunu ta’ razza pura jew imħallta u jistgħu jinkludu frieħ ta’ annimali li jkunu rriproduċew fis-santwarju. Is-santwarji jistgħu jżommu għadd kbir ta’ annimali u jbigħuhom jew joffruhom għall-adozzjoni jew għat-tqegħid mill-ġdid fi djar, xi drabi mingħajr ħlas jew bil-ħlas tal-kostijiet raġonevoli mġarrba.
(19)Minkejja d-differenzi fl-attivitajiet imwettqa minn nissiela kummerċjali u ħwienet tal-annimali tad-dar, minn naħa waħda, u santwarji għall-annimali, min-naħa l-oħra, dawn kollha jfornu l-klieb u l-qtates fis-suq tal-Unjoni u hemm ċertu ammont ta’ duplikazzjoni, speċjalment fil-livell tad-domanda. Meta jfittxu kelb jew qattus, il-konsumaturi jagħmlu għażliet bejn ix-xiri ta’ annimal mingħand nissiel (jew direttament jew permezz ta’ ħanut tal-annimali tad-dar jew intermedjarju) jew jadottaw wieħed minn santwarju. L-akkwist ta’ klieb jew qtates direttament minn sidien ta’ annimali tad-dar huwa marġinali. Fattur importanti wieħed fl-għażla ta’ kelb jew qattus huwa l-problemi possibbli ta’ mġiba jew problemi oħrajn li l-annimal jista’ juri minħabba li jkun inżamm f’kundizzjonijiet ħżiena ta’ benesseri u li jistgħu jnaqqsu l-adegwatezza tiegħu biex jinżamm bħala annimal tad-dar, irrispettivament minn jekk l-annimal ikunx inżamm fi stabbiliment tat-tnissil kummerċjali, f’ħanut tal-annimali tad-dar jew f’santwarju. Barra minn hekk, minħabba li l-kummerċ isir ukoll minn intermedjarji u l-aktar online, il-konsumaturi jistgħu ma jkunux konxji qabel ma jakkwistaw kelb jew qattus jekk l-annimal joriġinax minn santwarju, nissiel jew ħanut tal-annimali tad-dar. Hemm evidenza li l-għadd ta’ annimali fornuti lis-suq tal-Unjoni minn santwarji huwa sinifikanti, b’mod partikolari għall-qtates. Hemm ukoll evidenza li l-annimali jiġu fornuti minn santwarji f’xi Stati Membri lil sidien prospettivi tal-annimali tad-dar fi Stati Membri oħrajn, b’mod partikolari għall-klieb. Sabiex jiġi żgurat l-ilħuq tal-objettiv ta’ dan ir-Regolament li jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern tal-klieb u l-qtates, u l-iżvilupp razzjonali tas-settur filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ benesseri tal-annimali, jeħtieġ li jiġu applikati xi wħud mir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għal santwarji li jżommu ċertu għadd minimu ta’ annimali, irrispettivament minn jekk ibigħux annimali bi ħlas jew ifornux biss annimali mingħajr ħlas jew b’rimborż ta’ kostijiet raġonevoli. Madankollu, għal raġunijiet ta’ proporzjonalità u minħabba li l-attivitajiet tas-santwarji jvarjaw minn dawk ta’ operaturi oħrajn u jistgħu jissodisfaw funzjoni ta’ interess pubbliku, uħud biss mir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw għas-santwarji, li jikkonċernaw, b’mod partikolari, l-għadd u l-kompetenza tal-persuni li jieħdu ħsieb l-annimali, l-abitazzjoni, it-tmigħ u t-tisqija, il-ħtiġijiet ta’ mġiba u prattiki li jikkawżaw l-uġigħ, u żjarat konsultattivi minn veterinarju.
(20)Barra minn hekk, minħabba l-għadd sinifikanti ta’ annimali fornuti fl-Unjoni minn santwarji, u l-ħtieġa li jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tat-traċċabbiltà u l-prevenzjoni tal-kummerċ illegali, jenħtieġ li s-santwarji jkunu soġġetti wkoll għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-klieb u l-qtates, irrispettivament minn jekk l-attività tagħhom tistax titqies bħala ekonomika fin-natura tagħha jew le.
(21)Peress li dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar il-benesseri tal-annimali għall-klieb u l-qtates, dan jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 56 u jenħtieġ li japplikaw id-definizzjonijiet korrispondenti tal-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li tapplika d-definizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti stabbilita f’dak ir-Regolament, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mar-regoli applikabbli dwar il-kontrolli uffiċjali li jikkonċernaw is-saħħa u l-benesseri tal-annimali.
(22)Il-kunċett tal-“ħames dominji” (nutrizzjoni, ambjent fiżiku, saħħa, interazzjonijiet fl-imġiba u stat mentali) ġie żviluppat permezz ta’ evidenza xjentifika biex jiddeskrivi d-dimensjonijiet differenti tal-benesseri tal-annimali. Dan ma jiffokax biss fuq in-nuqqas ta’ esperjenzi negattivi għall-annimal iżda jinkludi wkoll esperjenzi pożittivi. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun ibbażat fuq il-kunċett tal-“ħames dominji”.
(23)Sabiex jiġi żgurat l-infurzar xieraq ta’ dan ir-Regolament, huwa essenzjali li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jidentifikaw l-istabbilimenti soġġetti għall-kontrolli uffiċjali tagħhom. Għalhekk jeħtieġ li l-operaturi li jżommu l-klieb u l-qtates fi stabbilimenti jinnotifikaw l-attivitajiet tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti.
(24)Persunal imħarreġ sew u bil-ħiliet huwa essenzjali għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-benesseri tal-annimali. Il-kompetenzi fil-benesseri tal-annimali jirrikjedu għarfien tax-xejriet u l-ħtiġijiet bażiċi tal-imġiba tal-ispeċi kkonċernata. Dawk li jieħdu ħsieb l-annimali jenħtieġ li jkollhom il-kompetenzi fil-benesseri tal-annimali rilevanti għall-kompiti tagħhom u l-annimali li jimmaniġġaw, sabiex jiġi evitat li jikkawżaw uġigħ, tbatija u sofferenza lill-klieb u l-qtates.
(25)Minħabba l-fatt li l-benesseri tal-annimali jinkludi s-saħħa tal-annimali, il-veterinarji jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jipprovdu pariri lill-operaturi bl-għan li tittejjeb is-sitwazzjoni tal-benesseri tal-annimali fl-istabbilimenti. Jenħtieġ li l-veterinarji jkollhom rwol attiv fis-sensibilizzazzjoni dwar l-interrelazzjoni bejn is-saħħa u l-benesseri ta’ dawk l-annimali. Għalhekk, l-istabbilimenti li jżommu l-klieb u l-qtates jenħtieġ li jirċievu żjara regolari dwar il-benesseri tal-annimali minn veterinarju.
(26)Ċerti strateġiji tat-tnissil jistgħu jwasslu għal problemi ta’ benesseri għall-klieb u l-qtates. Bl-għażla ta’ ċerti karatteristiċi ġenetiċi għal raġunijiet estetiċi jew għal raġunijiet oħrajn ta’ kummerċjalizzazzjoni, jistgħu jinħolqu wkoll karatteristiċi mhux mixtieqa minn perspettiva ta’ benesseri tal-annimali u jiġu mgħoddija lil ġenerazzjonijiet futuri. Għalhekk, l-operaturi jenħtieġ li jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-istrateġiji tat-tnissil tagħhom ma jwasslux għal konsegwenzi negattivi bħal dawn għall-benesseri tal-klieb u l-qtates.
(27)L-evidenza xjentifika turi li t-tgħammir ta’ annimali tal-istess demm għandu impatti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa u l-benesseri tal-annimali. Għalhekk, it-tgħammir ta’ klieb u qtates tal-istess demm inkluż it-tgħammir tal-ewwel grad u tat-tieni grad jenħtieġ li jkun ipprojbit, peress li dan iżid l-inċidenza ta’ disturbi li jintirtu u jikkomprometti l-funzjoni tas-sistema immunitarja, li t-tnejn li huma jħallu impatt avvers fuq is-saħħa u l-benesseri tal-klieb u tal-qtates.
(28)L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ipprovdiet assistenza teknika u xjentifika dwar diversi mistoqsijiet rigward l-abitazzjoni, is-saħħa u l-proċeduri li jikkawżaw uġigħ rilevanti għall-klieb u l-qtates miżmuma fi stabbilimenti tat-tnissil 57 . Dan ir-Regolament iqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Awtorità dwar it-tip ta’ abitazzjoni u eżerċizzju, dwar it-temperatura tal-abitazzjoni u d-dawl, dwar is-saħħa u l-interventi kirurġiċi li jikkawżaw uġigħ.
(29)L-evidenza xjentifika tenfasizza l-importanza tal-ikel, tat-tisqija, tal-abitazzjoni, tas-saħħa, tal-ħtiġijiet tal-imġiba u tal-prevenzjoni ta’ prattiki li jikkawżaw uġigħ għall-benesseri tal-klieb u tal-qtates. Għalhekk huwa essenzjali li dawk iż-żoni tat-tnissil tal-klieb u l-qtates jiġu rregolamentati fid-dettall.
(30)L-evidenza xjentifika hija ċara dwar il-ħtieġa li l-klieb u l-qtates ikollhom biżżejjed spazju biex jesprimu l-imġiba naturali tagħhom u jkollhom interazzjonijiet soċjali normali. Dan ma huwiex possibbli meta l-annimali jinżammu f’konfinament u fil-gaġeġ. Għalhekk, jenħtieġ li ż-żamma tal-klieb u tal-qtates fil-gaġeġ tiġi pprojbita.
(31)L-irbit għal perjodi twal jenħtieġ li jkun ipprojbit, peress li jista’ jqajjem tħassib sinifikanti dwar il-benesseri tal-annimali. Dan jista’ jkun assoċjat ma’ prevalenza akbar ta’ disturbi fil-moviment, ma’ nuqqas ta’ kapaċità li jimteddu jew joqogħdu bilqiegħda b’mod komdu u li jkollhom mġiba normali.
(32)Huwa ta’ importanza kbira li jiġi pprovdut biżżejjed spazju għall-klieb u l-qtates biex jesprimu l-imġiba innata. Għall-istess raġuni, l-użu ta’ kontenituri jenħtieġ li jkun limitat għal ċirkostanzi eċċezzjonali, bħall-iżolament ta’ annimali aggressivi jew it-trasport lejn veterinarju. L-abitazzjoni għall-klieb u l-qtates jenħtieġ li tipprovdi wkoll aċċess mhux ristrett għad-dawl naturali, ikkomplementat fejn meħtieġ mid-dawl artifiċjali, sabiex jiġi ffaċilitat ir-ritmu ċirkadjan xieraq tal-annimali. Jenħtieġ li jiġi pprovdut aċċess sikur ta’ kuljum għal barra lill-klieb sabiex tiġi indirizzata l-ħtieġa tagħhom li jagħmlu eżerċizzju, jissoċjalizzaw u jesprimu mġiba oħra innata.
(33)Sabiex jiġu evitati kumplikazzjonijiet fit-tqala u jiġi kompromess il-benesseri tagħhom, il-klieb u l-qtates femminili jenħtieġ li jitgħammru biss wara li jilħqu maturità skelettrika kif ukoll sesswali. Sabiex ikunu jistgħu jirkupraw fiżikament mit-tqala u t-treddigħ, il-klieb u l-qtates femminili jenħtieġ li jiġu riammessi biss għar-riproduzzjoni wara perjodu ta’ żmien suffiċjenti. Madankollu, biex jiġu pprevenuti ċerti kundizzjonijiet riproduttivi patoloġiċi fil-klieb u fil-qtates femminili, bħal pjometrija, jenħtieġ li jkunu permessi sa tliet tqaliet konsekuttivi, segwiti minn perjodu ta’ rkupru adegwat. Ir-riproduzzjoni jenħtieġ li tieqaf gradwalment fil-klieb u l-qtates femminili li jidħlu għal età akbar.
(34)Il-bidla fil-prattiki rigward iċ-ċiklu ta’ riproduzzjoni meħtieġ minn dan ir-Regolament tista’ f’xi każijiet, ikollha impatt fuq il-livell ta’ dħul tan-nissiela tal-klieb u l-qtates minħabba l-għadd dejjem jonqos ta’ ġriewi u frieħ prodotti fis-sena. Għalhekk jeħtieġ li n-nissiela jingħataw żmien addizzjonali biex jadattaw il-mudell tan-negozju tagħhom.
(35)Il-klieb u l-qtates miżmuma bħala annimali tad-dar ma għandhom joħolqu l-ebda theddida għas-sikurezza tal-bniedem. Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ aggressjoni lejn il-bnedmin, il-klieb u l-qtates li twieldu fi stabbilimenti tat-tnissil jenħtieġ li jkunu ssoċjalizzati kif xieraq ma’ annimali tal-istess speċi, jekk possibbli, ma’ annimali oħrajn, u mal-bnedmin. Dawn jenħtieġ li jinżammu f’ambjent stimulanti u mhux ta’ theddida mgħammar b’arrikkiment li jipprovdilhom opportunitajiet biex jilagħbu u jesprimu mġiba innata oħra. Is-separazzjoni tal-klieb u l-qtates minn ommijiethom aktar kmieni mill-ftim naturali tista’ tikkawża stress tas-separazzjoni serju f’dawn l-annimali u għalhekk jenħtieġ li tiġi pprojbita.
(36)Il-proċeduri bl-iskop li tinbidel id-dehra jew li tiġi pprevenuta ċerta mġiba tal-qtates u tal-klieb, bħall-qtugħ tal-widnejn, il-qtugħ tad-denb, it-tneħħija tad-dwiefer u t-tneħħija tal-kordi vokali, għandhom impatt negattiv serju fuq il-benesseri tal-qtates u tal-klieb. Dawn il-proċeduri jikkawżaw uġigħ u jipprevjenu lill-qtates u lill-klieb milli jesprimu mġiba innata. Għal din ir-raġuni, dawn jenħtieġ li jkunu permessi biss jekk jitwettqu minn veterinarju u meta jkun meħtieġ biss għal raġunijiet mediċi.
(37)Il-kundizzjonijiet fl-istabbilimenti tat-tnissil huma partikolarment kritiċi biex jiġi żgurat li l-klieb u l-qtates jinżammu u jiġu ttrattati kif suppost qabel ma jitqiegħdu fis-suq. Għalhekk huwa importanti li dawk l-istabbilimenti jiġu approvati mill-awtoritajiet kompetenti u jkunu soġġetti għal spezzjoni minn qabel fuq il-post qabel l-approvazzjoni tagħhom. Huwa importanti wkoll li lista ta’ dawk l-istabbilimenti approvati tkun disponibbli għall-pubbliku biex tippermetti lix-xerrejja potenzjali jivverifikaw l-istatus tal-fornituri tagħhom. Peress li l-istabbilimenti kollha għandhom żmien estiż għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti dwar l-abitazzjoni u s-saħħa, huwa neċessarju li l-obbligu tal-istabbilimenti tat-tnissil li jiksbu approvazzjoni jibda japplika fl-istess data bħar-rekwiżiti għall-abitazzjoni u s-saħħa.
(38)Xi operaturi li jqiegħdu fis-suq il-klieb u l-qtates, jew is-santwarji li jfornu l-klieb u l-qtates, iħeġġu lill-klijenti potenzjali jixtru bi kwalunkwe kost billi jużaw argumenti emozzjonali, mingħajr ma jsemmu lis-sid potenzjali l-konsegwenzi tas-sjieda ta’ annimal tad-dar. Operaturi jew santwarji oħrajn jenfasizzaw ir-responsabbiltà marbuta mas-sjieda tal-annimali tad-dar u dan għandu l-effett li jillimita l-kapaċità tagħhom li jbigħu l-annimali. Din id-diskrepanza fl-attitudnijiet tal-operaturi għandha t-tendenza li tagħti vantaġġ lill-operaturi inqas responsabbli, li twassal għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni minkejja l-importanza għall-benesseri tal-annimali u għall-ordni pubbliku li jinformaw lill-klijenti dwar ir-responsabbiltà tagħhom meta jixtru kelb jew qattus. Għalhekk huwa ġġustifikat li l-fornituri kollha tal-klieb u l-qtates fis-suq tal-Unjoni għall-użu bħala annimali tad-dar ikunu meħtieġa jinformaw lis-sidien futuri dwar ir-responsabbiltà tagħhom. Barra minn hekk, fejn il-forniment ta’ kelb jew qattus jiġi ffaċilitat permezz ta’ mezzi online, jenħtieġ li twissija xierqa takkumpanja r-reklamar online biex twassal b’mod effiċjenti l-messaġġ ta’ sjieda responsabbli.
(39)It-traffikar illegali u l-prattiki frawdolenti fir-rigward tal-bejgħ jew tat-trasferiment ta’ klieb u qtates għall-adozzjoni huma ffaċilitati min-nuqqas ta’ traċċabbiltà minħabba n-nuqqas ta’ rekwiżiti ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni għal dawk l-annimali. Barra minn hekk, jistgħu jidhru prattiki frawdolenti meta s-sistemi għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-klieb u l-qtates ma jkunux armonizzati jew ma jkunux jistgħu jitħaddmu faċilment minħabba li s-sistemi tekniċi ma jkunux interoperabbli. Għalhekk huwa essenzjali li jiġu armonizzati l-istandards għall-mezzi ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni u li jiġi żgurat li l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-klieb u l-qtates jitlestew qabel ma l-annimal jiġi fornut fl-Unjoni għall-ewwel darba. Il-fornituri tal-klieb u l-qtates jenħtieġ li jipprovdu evidenza ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni f’waħda mill-bażijiet tad-data stabbiliti mill-Istati Membri għal dan l-għan, qabel l-ewwel tqegħid fis-suq tal-annimal fl-Unjoni. Sussegwentement, f’kull bidla fis-sjieda jew fir-responsabbiltà għall-annimal, il-fornitur irid jipprovdi prova tal-identifikazzjoni u tar-reġistrazzjoni tal-annimal f’waħda mill-bażijiet tad-data. F’ġieħ il-proporzjonalità, il-persuni fiżiċi li jfornu l-klieb u l-qtates kultant b’mezzi oħrajn minbarra l-pjattaformi online jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal dan l-obbligu.
(40)Il-fornituri tal-klieb u tal-qtates jenħtieġ li mhux biss jipprovdu evidenza ta’ identifikazzjoni, li turi dokument li jirreferi għall-kodiċi tat-transponder impjantat fl-annimal, iżda anke evidenza tar-reġistrazzjoni ta’ dak l-annimal f’bażi tad-data uffiċjali. Dan jippermetti li l-informazzjoni ewlenija dwar l-annimal tgħaddi għand is-sid il-ġdid u jiżgura t-traċċabbiltà.
(41)Peress li l-biċċa l-kbira tal-klieb u l-qtates attwalment jiġu offruti għall-bejgħ jew għad-donazzjoni permezz ta’ listi mqiegħda fuq pjattaformi online, jenħtieġ li l-fornituri ta’ pjattaformi online jaġixxu b’diliġenza meta jagħmluha ta’ intermedjarji tal-aċċess għall-klieb u l-qtates. Għalhekk, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2022/2065, jenħtieġ li l-pjattaformi online jkunu meħtieġa jadattaw il-modalitajiet tal-listi tagħhom għall-klieb u l-qtates sabiex il-fornituri jipprovdu provi tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-klieb u l-qtates maħsuba għall-bejgħ jew għad-donazzjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura l-iżvilupp ta’ sistema disponibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas li tippermetti li tiġi vverifikata l-awtentiċità tal-identifikazzjoni u tar-reġistrazzjoni ta’ kelb jew qattus. Din il-miżura għandha l-għan li tiġġieled aħjar il-frodi billi ttejjeb it-traċċabbiltà tal-klieb u tal-qtates fornuti fl-Unjoni għall-oriġini tagħhom, tippermetti kontrolli aħjar mill-awtoritajiet kompetenti u fl-aħħar mill-aħħar ittejjeb il-benesseri ta’ dawn l-annimali. Dan jenħtieġ li ma jammontax għal obbligu għall-pjattaformi online li jimmonitorjaw b’mod ġenerali l-listi offruti permezz tal-pjattaforma tagħhom, u lanqas għal obbligu ġenerali ta’ tiftix tal-fatti mmirat lejn il-valutazzjoni tal-akkuratezza tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni qabel il-pubblikazzjoni tal-offerta.
(42)Peress li l-livell ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-benesseri tal-annimali ta’ dawk li jieħdu ħsieb l-annimali għandu impatt dirett fuq il-benesseri tal-klieb u tal-qtates indukrati minnhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li jkun disponibbli taħriġ suffiċjenti kemm f’termini ta’ kwantità kif ukoll ta’ kwalità biex dawk li jieħdu ħsieb l-annimali jkunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ taħriġ stabbiliti f’dan ir-Regolament.
(43)Sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-klieb u tal-qtates, l-annimali jenħtieġ li ma jiġux immarkati biss b’identifikatur uniku fil-forma ta’ transponder, iżda l-identifikazzjoni tagħhom jenħtieġ li tiġi rreġistrata wkoll f’bażi tad-data. Għalhekk, l-Istati Membri li għad ma għandhomx bażijiet tad-data nazzjonali għall-klieb u l-qtates jenħtieġ li jistabbilixxu dawn il-bażijiet tad-data sabiex l-identifikazzjoni tkun tista’ tkun affidabbli u vverifikata. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà fl-Unjoni, dawn il-bażijiet tad-data nazzjonali jenħtieġ li jkunu interoperabbli, u b’hekk l-awtoritajiet kompetenti u l-partijiet ikkonċernati rilevanti jkunu jistgħu jivverifikaw l-awtentiċità tal-identifikazzjoni.
(44)Sabiex jiġi evalwat il-progress tal-kundizzjonijiet tal-benesseri tal-annimali li fihom il-klieb u l-qtates jinżammu fi stabbilimenti u tat-traċċabbiltà tagħhom, jeħtieġ li l-Istati Membri jiġbru, jirrapportaw u janalizzaw indikaturi ewlenin tal-politika, li jenħtieġ li jiġu armonizzati skont dan ir-Regolament biex tiġi żgurata l-komparabbiltà tagħhom fil-livell tal-Unjoni, u jippermettu monitoraġġ mill-Unjoni tal-progress fil-kisba tal-objettivi ta’ politika ta’ dan ir-Regolament.
(45)Il-klieb u l-qtates importati fl-Unjoni setgħu tnisslu jew inżammu f’pajjiżi terzi f’kundizzjonijiet li huma ta’ detriment għall-benesseri tagħhom. Barra minn hekk, filwaqt li jitqies it-tħassib partikolari taċ-ċittadini tal-Unjoni għall-benesseri tal-klieb u l-qtates, kif ukoll ir-riskji għas-saħħa tal-annimali u għas-saħħa pubblika assoċjati ma’ kundizzjonijiet ħżiena ta’ benesseri fl-istabbiliment tal-oriġini speċjalizzati fit-tnissil tal-klieb u tal-qtates, huwa importanti li l-klieb u l-qtates importati minn pajjiżi terzi jikkonformaw mar-regoli fir-rigward tal-benesseri tagħhom li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament, u joffru l-istess garanziji fir-rigward tat-traċċabbiltà tagħhom. Minħabba li dan se jirrikjedi bidliet minn operaturi ta’ pajjiżi terzi involuti fl-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ klieb u qtates, jeħtieġ li jiġi previst perjodu tranżizzjonali tal-istess tul ta’ żmien bħal dak applikabbli għall-operaturi tal-Unjoni.
(46)Id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-premessa preċedenti jenħtieġ li jiġu inforzati permezz ta’ lista ta’ pajjiżi terzi approvati għall-forniment tal-klieb u l-qtates lill-Unjoni abbażi ta’ valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-affidabbiltà tal-kontrolli uffiċjali tagħhom biex jinforzaw ir-regoli dwar il-benesseri tal-annimali meħtieġa skont dan ir-Regolament, jew regoli ekwivalenti, fi stabbilimenti fit-territorju tagħhom li jfornu jew li beħsiebhom ifornu l-klieb u l-qtates lill-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita lista ta’ stabbilimenti li jnisslu u jżommu l-klieb u l-qtates f’dawk il-pajjiżi terzi, u li jitħallew jesportaw dawk l-annimali lejn l-Unjoni, biex jiġu żgurati t-traċċabbiltà u l-kontrolli fil-Postijiet ta’ Kontroll fuq il-Fruntiera tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, billi ssegwi approċċ ibbażat fuq ir-riskju, twettaq awditi tal-affidabbiltà tas-sistema ta’ kontroll uffiċjali ta’ pajjiżi terzi approvata skont dan ir-Regolament kif ukoll ta’ dawk li jitolbu li jiġu approvati skont dan ir-Regolament.
(47)Skont ir-Regolament (UE) 2016/429, lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għall-fini tad-dħul fl-Unjoni ta’ klieb u qtates hija stabbilita għall-fini tal-ġestjoni tar-riskju tal-introduzzjoni ta’ mard trażmissibbli tal-annimali fl-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-lista ta’ pajjiżi terzi msemmija fil-premessa preċedenti tkun limitata għal pajjiżi terzi awtorizzati skont ir-Regolament (UE) 2016/429 u li jipprovdu garanziji xierqa tal-kapaċità tal-awtorità kompetenti tagħhom li jikkontrollaw u jiżguraw il-konformità tal-istabbilimenti tat-tnissil u li jżommu l-klieb u l-qtates għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni bir-rekwiżiti dwar il-benesseri tal-annimali stabbiliti f’dan ir-Regolament.
(48)Sabiex jitqiesu l-progress tekniku u l-iżviluppi xjentifiċi, u l-impatti soċjali, ekonomiċi u ambjentali tagħhom, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini tal-emendar tal-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament sabiex l-istrateġiji tat-tnissil ma jirriżultawx f’ġenotipi li għandhom effetti detrimentali fuq is-saħħa jew il-benesseri tal-klieb u l-qtates.
(49)Sabiex jiġu stabbiliti kriterji minimi li għandhom jiġu vvalutati matul iż-żjarat tal-benesseri tal-annimali, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini li jiġi ssupplimentat l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament.
(50)Sabiex jitqiesu l-progress tekniku u l-iżviluppi xjentifiċi, u l-impatti soċjali, ekonomiċi u ambjentali tagħhom, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini li jiġu emendati l-Annessi ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tar-rekwiżiti għat-tnissil, iż-żamma u l-identifikazzjoni tal-klieb u l-qtates kif ukoll indikaturi għall-monitoraġġ tal-objettivi ta’ politika ta’ dan ir-Regolament.
(51)Huwa importanti b’mod partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma tagħha ta’ tħejjija, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 58 . B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.
(52)Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ġejjin ta’ dan ir-Regolament:
–l-Artikolu 9(3) biex jiġi armonizzat il-kontenut tal-edukazzjoni, tat-taħriġ jew tal-esperjenza professjonali għal dawk li jieħdu ħsieb l-annimali;
–l-Artikolu 17(5) biex jispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-fornituri bħala prova tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-klieb u l-qtates, kemm f’każijiet fejn dawn jiġu offruti permezz ta’ pjattaformi online kif ukoll b’mezzi oħrajn;
–l-Artikolu 17(7) biex jiġu speċifikati ċerti aspetti tas-sistema li twettaq iċċekkjar awtomatizzat tal-awtentiċità tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-klieb u l-qtates;
–l-Artikolu 19(3) biex jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-bażijiet tad-data msemmija fil-paragrafu 1 u r-rekwiżiti li jikkonċernaw l-interoperabbiltà tal-bażijiet tad-data;
–l-Artikolu 20(3) biex tiġi stabbilita metodoloġija armonizzata għall-kejl tad-data miġbura fl-Anness III u l-mudell għar-rapport tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar dik id-data;
–l-Artikolu 21(5) biex tiġi stabbilita proċedura għar-rikonoxximent mill-Unjoni ta’ ekwivalenza tal-kundizzjonijiet li taħthom il-klieb u l-qtates jitnisslu u jinżammu fi stabbilimenti f’pajjiż terz li jkollu l-ħsieb li jesporta l-annimali lejn l-Unjoni, bid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament rigward l-istabbilimenti.
Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 59 .
(53)Hemm attitudnijiet differenti taċ-ċittadini fir-rigward tal-benesseri tal-klieb u tal-qtates u xi Stati Membri diġà adottaw sett komprensiv ta’ regoli f’dan ir-rigward. Għalhekk jeħtieġ li l-Istati Membri jitħallew ikollhom regoli nazzjonali aktar stretti mmirati lejn protezzjoni aktar estensiva tal-annimali minn dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-Istati Membri jenħtieġ li jkompli jkollhom ukoll il-possibbiltà li jadottaw regoli nazzjonali aktar stretti f’ċerti oqsma dment li dawk ir-regoli ma jaffettwawx il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.
(54)L-Istati Membri jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe regola nazzjonali simili. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiġbed l-attenzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn dwar dawn ir-regoli. Meta r-regoli nazzjonali jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jenħtieġ li dawn jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni f’konformità ma’ dik id-Direttiva.
(55)Huwa essenzjali li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tkun soġġetta għal monitoraġġ u evalwazzjoni regolari sabiex tkun tista’ tiġi aġġustata biex jinkisbu l-impatti mistennija. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun fih obbligu għall-Kummissjoni li twettaq monitoraġġ dwar il-benesseri tal-klieb u tal-qtates fl-Unjoni u li twettaq evalwazzjoni li għandha tiġi ppreżentata lil istituzzjonijiet oħrajn tal-Unjoni.
(56)Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni sħiħa ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li jiġu implimentati. Dawk il-penali jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
(57)Peress li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu stabbiliti regoli armonizzati minimi li jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-suq intern filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ benesseri tal-klieb u l-qtates u t-traċċabbiltà tagħhom ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda minflok, minħabba l-effetti tagħhom, jistgħu jintlaħqu aħjar mill-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti minimi:
(a)għall-benesseri tal-klieb u tal-qtates imnissla jew miżmuma fi stabbilimenti jew imqiegħda fis-suq tal-Unjoni;
(b)għat-traċċabbiltà tal-klieb u tal-qtates imqiegħda fis-suq tal-Unjoni jew fornuti fl-Unjoni.
Artikolu 2
Kamp ta’ Applikazzjoni
1.Dan ir-Regolament għandu japplika għat-tnissil, għaż-żamma u għat-tqegħid fis-suq tal-klieb u l-qtates, kif ukoll għall-forniment tagħhom fl-Unjoni.
2.Dan ir-Regolament ma għandux japplika għat-tnissil, għaż-żamma, għat-tqegħid fis-suq jew għall-forniment ta’ klieb jew qtates maħsuba għal skopijiet xjentifiċi.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1.“kelb” tfisser annimal tal-ispeċi Canis lupus familiaris;
2.“qattus” tfisser annimal tal-ispeċi Felis silvestris catus;
3.“benesseri tal-klieb u tal-qtates” tfisser l-istat fiżiku u mentali ta’ kelb jew ta’ qattus fir-rigward tal-kundizzjonijiet li fihom ikun twieled, jgħix u jmut;
4.“żamma” tfisser kwalunkwe attività li matulha annimal jinżamm jew jiġi ttrattat fi stabbiliment;
5.“tqegħid fis-suq” tfisser iż-żamma ta’ klieb u qtates għall-fini ta’ bejgħ, offerta għall-bejgħ, distribuzzjoni jew kwalunkwe forma oħra ta’ trasferiment ta’ sjieda jew responsabbiltà għall-annimal, li huwa bi ħlas jew mill-inqas rimborż tal-kostijiet imġarrba, inkluż ir-reklamar tal-annimali għall-finijiet ta’ hawn fuq;
6.“forniment” tfisser it-trasferiment tas-sjieda jew tar-responsabbiltà għall-klieb jew għall-qtates permezz ta’ kwalunkwe mezz jew forma, kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk le, esklużi l-provvisti okkażjonali minn persuni fiżiċi ta’ klieb jew qtates b’mezzi oħrajn għajr permezz tal-intermedjazzjoni ta’ pjattaforma online;
7.“pjattaformi online” tfisser pjattaforma online, kif iddefinita fl-Artikolu 3, il-punt (i) tar-Regolament (UE) 2022/2065, li tagħmilha ta’ intermedjarju għat-tqegħid fis-suq jew għall-forniment tal-klieb u l-qtates;
8.“elenkar” tfisser il-pubblikazzjoni, fuq pjattaforma online, ta’ reklam għall-forniment ta’ kelb jew qattus;
9.“kelba” tfisser kelb femminili minn meta tiġi mgħammra jew inseminata għall-ewwel darba sa ma jinfatam l-aħħar ġeru li tipproduċi matul ħajjitha;
10.“qattusa” tfisser qattus femminili mill-mument li tiġi mgħammra jew inseminata għall-ewwel darba sa ma jinfatam l-aħħar ferħ li tipproduċi matul ħajjitha;
11.“stabbilimenti” tfisser stabbilimenti tat-tnissil, santwarji tal-annimali u ħwienet tal-annimali tad-dar;
12.“stabbilimenti tat-tnissil” tfisser kwalunkwe bini jew struttura, fejn il-klieb u l-qtates jinżammu għal finijiet ta’ riproduzzjoni bl-għan li l-wild tagħhom jitqiegħed fis-suq, inklużi unitajiet domestiċi;
13.“ħwienet tal-annimali tad-dar” tfisser kwalunkwe bini jew struttura fejn il-klieb u l-qtates jinżammu għall-bejgħ bħala annimali tad-dar, mingħajr ma jkunu twieldu hemmhekk;
14.“santwarji tal-annimali” tfisser kwalunkwe bini jew struttura, minbarra l-unitajiet domestiċi, imħaddma minn persuna fiżika jew ġuridika, fejn jinżammu klieb u qtates mhux mixtieqa, abbandunati, li qabel kienu jgħixu fit-triq, mitlufa jew ikkonfiskati għall-fini ta’ forniment, kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk mingħajr ebda kost;
15.“operatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, minbarra dawk responsabbli għas-santwarji, li tnissel, iżżomm, tikkummerċjalizza jew tqiegħed fis-suq klieb u qtates taħt il-kontroll tagħha, inkluż għal perjodu ta’ żmien limitat;
16.“fornitur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tforni kelb jew qattus, inklużi persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għas-santwarji;
17.“awtoritajiet kompetenti” tfisser awtoritajiet kompetenti kif iddefinit fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2017/625;
18.“strateġija ta’ tnissil” tfisser sett ta’ azzjonijiet sistematiċi, inkluż ir-reġistrar, l-għażla, it-tnissil u l-iskambju ta’ klieb u qtates għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom, iddisinjati u implimentati biex jippreservaw jew itejbu l-karatteristiċi fenotipiċi u/jew ġenotipiċi mixtieqa fil-popolazzjoni tat-tnissil fil-mira;
19.“mutilazzjoni” tfisser intervent, inkluż intervent kirurġiku, imwettaq għal raġunijiet għajr għal finijiet terapewtiċi jew dijanjostiċi, li jirriżulta fi ħsara jew telf ta’ parti sensittiva tal-ġisem jew fil-bidla tal-istruttura tal-għadam;
20.“tbatija” tfisser stat fiżiku jew mentali mhux pjaċevoli u mhux mixtieq, li huwa r-riżultat li annimal jiġi espost għal stimuli noċivi jew in-nuqqas ta’ stimuli pożittivi importanti;
21.“abitazzjoni” tfisser bini jew spazju ta’ barra delimitat fi stabbilimenti fejn jinżammu l-klieb u l-qtates;
22.“post fejn jinżammu l-klieb” tfisser struttura fiżika li jkun fiha kompartiment magħluq individwali wieħed jew aktar bħala abitazzjoni għall-klieb;
23.“post fejn jinżammu l-qtates” tfisser struttura fiżika li fiha kompartiment magħluq individwali wieħed jew aktar bħala abitazzjoni għall-qtates;
24.“persuna li tieħu ħsieb l-annimali” tfisser persuna li tieħu ħsieb il-klieb u l-qtates imnissla jew miżmuma fi stabbiliment;
25.“arrikkiment” tfisser materjal jew struttura fl-ambjent tal-annimal, b’karatteristika okkupazzjonali jew nutrizzjonali li kapaċi tipprovoka u tissodisfa l-kurżità u l-imġiba tal-aptit, jew motivazzjoni fiżika;
26.“irbit” tfisser l-irbit ta’ annimal ma’ punt ta’ ankrar biex jinżamm f’żona mixtieqa;
27.“kontenitur” tfisser kwalunkwe ċestun, kaxxa, reċipjent jew struttura riġida oħra użata biex jiġu ristretti l-klieb u l-qtates;
28.“annimal tad-dar” tfisser kelb jew qattus maħsub biex jinżamm f’unità domestika għat-tgawdija privata u għall-kumpanija;
29.“sjieda responsabbli” tfisser l-impenn ta’ sid ta’ kelb jew qattus jew sid futur ta’ kelb jew qattus, li jwettaq diversi dmirijiet iffokati fuq is-sodisfazzjon tal-ħtiġijiet ta’ mġiba, ambjentali u fiżiċi tal-kelb jew tal-qattus, u li jipprevjeni r-riskji li l-kelb jew il-qattus jista’ joħloq għall-komunità, għal annimali oħrajn jew għall-ambjent.
KAPITOLU II
OBBLIGI GĦALL-OPERATURI TAL-ISTABBILIMENTI
Artikolu 4
Eżenzjonijiet mill-obbligi stabbiliti f’dan il-Kapitolu
Dan il-kapitolu ma għandux japplika għal:
–stabbilimenti tat-tnissil li jżommu sa tliet klieb jew qtates femminili u li b’kollox jipproduċu żewġ ġriewi/frieħ jew inqas għal kull stabbiliment f’sena kalendarja;
–ħwienet tal-annimali tad-dar li fi kwalunkwe ħin ikollhom tliet klieb jew inqas jew sitt qtates jew inqas;
–santwarji li fi kwalunkwe ħin ikollhom 10 klieb jew inqas jew 20 qattus jew inqas.
Artikolu 5
Prinċipji ġenerali tal-benesseri
L-operaturi u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għas-santwarji għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin fir-rigward tal-klieb u l-qtates imnissla jew miżmuma fl-istabbiliment tagħhom:
(a)il-klieb u l-qtates jiġu pprovduti b’ilma u b’ikel ta’ kwalità u ta’ kwantità li jippermettu li jkollhom nutrizzjoni u idratazzjoni tajba.
(b)il-klieb u l-qtates jinżammu f’ambjent fiżiku tajjeb li jkun komdu, speċjalment f’termini ta’ spazju, temperatura u faċilità tal-moviment.
(c)il-klieb u l-qtates jinżammu sikuri, nodfa u f’saħħithom billi jiġu pprevenuti l-mard, l-indebolimenti funzjonali, il-korrimenti u l-uġigħ, b’mod partikolari minħabba l-ġestjoni, il-prattiki tal-immaniġġar jew il-mutilazzjonijiet.
(d)il-klieb u l-qtates jinżammu f’ambjent li jippermettilhom jesprimu mġiba soċjali mhux ta’ ħsara, imġiba speċifika għall-ispeċi, kif ukoll relazzjoni pożittiva mal-bnedmin.
(e)il-klieb u l-qtates jinżammu b’mod li jottimizza l-istat mentali tagħhom billi jipprevjeni jew inaqqas l-esperjenzi negattivi tagħhom fil-ħin u fl-intensità, kif ukoll billi jimmassimizza l-opportunitajiet għal esperjenzi pożittivi fil-ħin u fl-intensità fid-dominji differenti msemmija fil-paragrafi (a) sa (d).
Artikolu 6
Rekwiżiti ġenerali tal-benesseri għall-klieb u l-qtates
1.L-operaturi u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għas-santwarji għandhom ikunu responsabbli għall-benesseri tal-klieb u tal-qtates miżmuma taħt il-kontroll tagħhom u għall-minimizzazzjoni ta’ kwalunkwe riskju għall-benesseri tagħhom.
2.L-operaturi u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għas-santwarji għandhom jiżguraw li l-klieb u l-qtates jiġu ttrattati minn għadd xieraq ta’ persuni li jieħdu ħsieb l-annimali li jkollhom il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa skont l-Artikolu 9.
3.L-operaturi tal-istabbilimenti tat-tnissil għandhom jiżguraw li l-istrateġiji tat-tnissil ma jirriżultawx f’ġenotipi u f’fenotipi li jkollhom effetti ta’ detriment fuq il-benesseri tal-klieb u l-qtates, jew tad-dixxendenti tagħhom.
Fil-ġestjoni tar-riproduzzjoni tal-klieb u l-qtates mill-operaturi, it-tgħammir bejn il-ġenituri u l-ulied, jew bejn in-nanniet u n-neputijiet, għandu jkun ipprojbit.
Dan il-paragrafu ma għandux jipprekludi l-għażla u t-tnissil ta’ klieb u qtates brakiċefaliċi sakemm il-programmi tal-għażla jew tat-tnissil jimminimizzaw il-konsegwenzi negattivi fuq il-benesseri ta’ karatteristiċi brakiċefaliċi.
4.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 23 li jemendaw dan l-artikolu fir-rigward tal-kriterji speċifiċi li l-operaturi għandhom jissodisfaw meta jiddisinjaw strateġiji tat-tnissil biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3, filwaqt li jitqiesu l-opinjonijiet xjentifiċi tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel kif ukoll l-impatti soċjali, ekonomiċi u ambjentali.
Artikolu 7
L-obbligu li jiġu nnotifikati t-tnissil jew iż-żamma tal-klieb u l-qtates fi stabbilimenti
L-operaturi u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għas-santwarji għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-attività tagħhom, billi jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:
(a)l-identità, l-isem u l-indirizz tal-operatur;
(b)il-post tal-istabbiliment;
(c)it-tip ta’ stabbiliment: stabbiliment tat-tnissil, ħanut tal-annimali tad-dar jew santwarju;
(d)l-ispeċi u r-razza, fejn rilevanti, tal-annimali miżmuma fl-istabbiliment;
(e)l-għadd massimu ta’ annimali li jistgħu jinżammu fl-istabbiliment;
Artikolu 8
Obbligu ta’ għoti ta’ informazzjoni dwar sjieda responsabbli
1. Meta l-operaturi u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għas-santwarji jqiegħdu fis-suq jew ifornu l-klieb jew il-qtates għall-finijiet li dawn jinżammu bħala annimali tad-dar, dawn għandhom jipprovdu lill-akkwirent tal-annimal tad-dar l-informazzjoni meħtieġa biex ikun jista’ jiżgura l-benesseri tal-annimal, inkluża informazzjoni dwar sjieda responsabbli.
2. Meta l-forniment tal-klieb u l-qtates jiġi rreklamat permezz ta’ mezzi online, il-lista għandha turi, b’karattri viżibbli b’mod ċar u b’tipa grassa, it-twissija li ġejja:
“Annimal mhuwiex ġugarell. Ix-xiri jew l-adozzjoni ta’ annimal hija deċiżjoni li tibdel il-ħajja. Bħala sid ta’ annimal, inti obbligat tiżgura li l-ħtiġijiet kollha għas-saħħa u l-benesseri tiegħu jiġu ssodisfati f’kull ħin.”
Artikolu 9
Kompetenzi tal-benesseri tal-annimali ta’ dawk li jieħdu ħsieb l-annimali
1. Dawk li jieħdu ħsieb l-annimali għandu jkollhom il-kompetenzi li ġejjin fir-rigward tal-klieb u l-qtates li jkunu qed jimmaniġġaw:
(a)il-fehim tal-imġiba bijoloġika tagħhom u tal-ħtiġijiet fiżjoloġiċi u etoloġiċi tagħhom;
(b)il-kapaċità li jirrikonoxxu l-espressjonijiet tagħhom inkluż kwalunkwe sinjal ta’ tbatija u li jidentifikaw il-miżuri xierqa ta’ mitigazzjoni li għandhom jittieħdu f’każijiet bħal dawn;
(c)il-kapaċità li japplikaw prattiki tajbin ta’ ġestjoni tal-annimali, li jużaw u jieħdu ħsieb it-tagħmir użat għall-ispeċi indukrati minnhom u li jimminimizzaw kwalunkwe riskju għall-benesseri tal-annimali;
(d)l-għarfien tal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.
2.Il-kompetenzi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkisbu permezz tal-edukazzjoni, tat-taħriġ jew tal-esperjenza professjonali. L-edukazzjoni, it-taħriġ jew l-esperjenza professjonali għandhom jiġu ddokumentati.
3.Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi rekwiżiti minimi dwar il-kontenut tal-edukazzjoni, tat-taħriġ jew tal-esperjenza professjonali msemmija fil-paragrafu 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24.
Artikolu 10
Żjarat għall-benesseri tal-annimali
1.L-operaturi u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għas-santwarji għandhom:
(a)jiżguraw li l-istabbilimenti taħt ir-responsabbiltà tagħhom jirċievu, mill-inqas darba fis-sena, żjara minn veterinarju, bl-iskop li jagħti pariri lill-operatur jew lill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għas-santwarju dwar miżuri biex jiġi indirizzat kwalunkwe fattur ta’ riskju għall-benesseri tal-annimali;
(b)jirreġistraw is-sejbiet taż-żjara tal-veterinarju msemmija fil-punt (a) u l-azzjonijiet ta’ segwitu tagħhom u jżommu dawk ir-rekords għal mill-inqas 6 snin, u jagħmluhom disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba.
2.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 23 li jissupplimentaw dan l-Artikolu biex tistabbilixxi kriterji minimi li għandhom jiġu vvalutati matul iż-żjarat tal-benesseri tal-annimali.
Artikolu 11
Tmigħ u tisqija
1.L-operaturi u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għas-santwarji għandhom jiżguraw li l-klieb u l-qtates jintemgħu f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness I u jistgħu, abbażi tal-parir bil-miktub ta’ veterinarju jew ta’ espert dwar in-nutrizzjoni tal-annimali, jaġġustaw il-frekwenzi tat-tmigħ previsti fil-punt 1 tal-Anness I.
2.L-operaturi u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għas-santwarji għandhom jiżguraw li l-klieb u l-qtates jintemgħu u jiġu idratati b’mod adegwat billi jipprovdu:
(a)ilma tajjeb għax-xorb, ad libitum;
(b)ikel fi kwantità u kwalità suffiċjenti biex jissodisfa l-ħtiġijiet fiżjoloġiċi, nutrizzjonali u metaboliċi u s-sens ta’ xaba tal-klieb u l-qtates, bħala parti minn dieta adattata għall-età, ir-razza, il-kategorija, il-livell ta’ attività u l-istat tas-saħħa tal-klieb u tal-qtates;
(c)ikel ħieles minn sustanzi li jistgħu jikkawżaw tbatija;
(d)ikel b’tali mod li jiġu evitati bidliet f’daqqa u tiġi żgurata sistema gastrointestinali li tiffunzjona tajjeb, b’mod partikolari matul il-fażi tal-ftim.
3.L-operaturi u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għas-santwarji għandhom jiżguraw li l-faċilitajiet tal-ikel u tax-xorb jinbnew u jiġu installati b’mod li:
(a)jipprovdu aċċess ugwali għall-klieb u l-qtates kollha, u b’hekk jimminimizzaw il-kompetizzjoni bejniethom, jevitaw imġiba agonistika, b’mod partikolari fejn il-klieb u l-qtates ma jkollhomx aċċess ad libitum għall-ikel;
(b)jimminimizzaw it-tixrid u jipprevjenu l-kontaminazzjoni tal-ikel u tal-ilma b’sustanzi li jagħmlu l-ħsara;
(c)jipprevjenu korriment, għarqa jew ħsara oħra lill-klieb u lill-qtates;
(d)jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati faċilment biex jiġi pprevenut il-mard.
Artikolu 12
Abitazzjoni
1.L-operaturi għandhom jiżguraw li l-klieb u l-qtates jiġu pprovduti b’abitazzjoni f’konformità mal-punt 2 tal-Anness I.
2.L-operaturi u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għas-santwarji għandhom jiżguraw li:
(a)l-istabbilimenti fejn jinżammu l-annimali u t-tagħmir użat fihom ikunu xierqa għat-tipi u għall-għadd ta’ klieb u qtates miżmuma f’dawn l-istabbilimenti, u jippermettu l-aċċess meħtieġ u spezzjoni bir-reqqa tal-klieb u l-qtates kollha;
(b)il-komponenti kollha tal-bini tal-istabbiliment, inklużi l-pavimentar, is-saqaf u d-diviżjonijiet tal-ispazju, kif ukoll it-tagħmir użat għall-klieb u l-qtates, jinbnew u jinżammu kif suppost, u jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati faċilment biex jiġi żgurat li ma joħolqu l-ebda riskju għall-benesseri tal-annimali;
(c)fejn l-annimali jinżammu fi stabbilimenti tat-tnissil jew fi ħwienet tal-annimali tad-dar, iċ-ċirkolazzjoni tal-arja, il-livelli tat-trab, it-temperatura, l-umdità relattiva tal-arja u l-konċentrazzjonijiet tal-gass jinżammu f’limiti li ma humiex ta’ ħsara għall-klieb u għall-qtates u li l-ventilazzjoni hija suffiċjenti biex tiġi evitata sħana żejda u, fejn meħtieġ, flimkien mas-sistemi tat-tisħin, biex titneħħa l-indewwa eċċessiva;
(d)il-klieb u l-qtates għandhom biżżejjed spazju biex ikunu jistgħu jiċċaqilqu b’mod ħieles u biex jesprimu mġiba speċifika għall-ispeċi skont il-ħtiġijiet tagħhom, bi spazju suffiċjenti għall-materjal u l-istrutturi ta’ arrikkiment, possibbiltà għall-annimali li jissoċjalizzaw u jirtiraw, u postijiet ta’ mistrieħ nodfa;
(e)il-klieb u l-qtates miżmuma barra huma protetti minn kundizzjonijiet klimatiċi negattivi, inklużi stress termali, ħruq mix-xemx u infjammazzjoni tal-ġilda bil-ksieħ.
3.Iż-żamma tal-klieb jew tal-qtates f’kontenituri għandha tkun ipprojbita.
Il-kontenituri jistgħu jintużaw biss għat-trasport u għall-iżolament temporanju tal-klieb u l-qtates individwali dment li jiġi evitat l-istress minħabba temperaturi estremi.
4.Iż-żamma tal-klieb esklużivament ġewwa għandha tkun ipprojbita. Il-klieb miżmuma ġewwa għandu jkollhom aċċess ta’ kuljum għal żona fuq barra li tippermetti l-eżerċizzju u s-soċjalizzazzjoni. Barra minn hekk, meta l-klieb jinżammu f’postijiet fejn jinżammu l-klieb, l-operaturi għandhom jiddisinjaw u jibnu kompartimenti magħluqa individwali biex jippermettu lill-klieb ikollhom aċċess liberu għal spazju ta’ barra b’konfinament u spazju ta’ ġewwa jew għal kamra individwali.
5.Meta l-qtates jinżammu f’postijiet fejn jinżammu l-qtates, l-operaturi għandhom jiddisinjaw u jibnu kompartimenti magħluqa individwali biex jippermettu lill-qtates jiċċaqilqu liberament u jesprimu l-imġiba naturali tagħhom.
6.L-operaturi għandhom jiżguraw li żona termonewtrali xierqa għall-qtates jew għall-klieb tinżamm f’żoni ta’ ġewwa fejn qed jinżammu.
7.L-operaturi għandhom jiżguraw li l-klieb u l-qtates ikollhom aċċess għad-dawl naturali f’kull ħin. Fejn meħtieġ, minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi u l-pożizzjoni ġeografika ta’ Stat Membru, l-operaturi għandhom jipprovdu tidwil artifiċjali.
8.Dan l-Artikolu japplika minn [5 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Artikolu 13
Saħħa
1.L-operaturi għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri biex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa tal-klieb u tal-qtates f’konformità mal-punt 3 tal-Anness 1.
2.L-operaturi u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għas-santwarji għandhom jiżguraw li:
(a)il-klieb u l-qtates taħt ir-responsabbiltà tagħhom jiġu spezzjonati minn persuni li jieħdu ħsieb l-annimali mill-inqas darba kuljum;
(b)il-klieb jew il-qtates b’sinjali ta’ mard, korriment jew benesseri kompromess mod ieħor jiġu ttrasferiti, fejn meħtieġ, mingħajr dewmien żejjed lejn żona separata, jiġu ttrattati minn veterinarju, fejn xieraq, u jinżammu hemm sakemm jirkupraw bis-sħiħ, jew inkella jiġu ewtanizzati mingħajr dewmien żejjed;
(c)l-ewtanażja ta’ kelb jew ta’ qattus issir biss minn veterinarju.
(d)miżuri li jinkludu mediċina veterinarja huma fis-seħħ għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ parassiti esterni u interni, inklużi trattamenti veterinarji preventivi għall-prevenzjoni ta’ mard komuni li x’aktarx ikunu esposti għalih il-klieb jew il-qtates b’kunsiderazzjoni xierqa għas-sitwazzjoni epidemjoloġika;
(e)il-materjali ta’ arrikkiment ma jippreżentaw l-ebda riskju ta’ korriment jew kontaminazzjoni bijoloġika jew kimika jew kwalunkwe riskju ieħor għas-saħħa.
3.L-operaturi għandhom jiżguraw li:
(a)il-klieb u l-qtates femminili jiġu mgħammra biss jekk ikollhom età minima f’konformità mal-Anness I, il-punti 3.1 u 3.2, it-tkabbir skelettriku tagħhom ikun lest u jkunu ħielsa minn mard jew kundizzjonijiet fiżiċi li jistgħu jħallu impatt negattiv fuq it-tqala u l-benesseri tagħhom;
(b)it-tqaliet tal-klieb u l-qtates femminili li jagħtu ġriewi jew frieħ isegwu frekwenza massima;
(c)il-qtates femminili li qed ireddgħu ma jiġux mgħammra jew inseminati;
(d)kwalunkwe kelba ta’ 8 snin jew aktar u kwalunkwe qattusa ta’ 6 snin jew aktar għandha, qabel ma tintuża għat-tnissil, tgħaddi minn eżami fiżiku minn veterinarju, biex jiġi kkonfermat bil-miktub li t-tqala tagħha mhux se toħloq xi riskju għall-benesseri tagħha, inkluża s-saħħa tagħha.
(e)il-klieb u l-qtates femminili adulti li ma għadhomx jintużaw għar-riproduzzjoni, inkluż bħala riżultat tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, ma jinqatlux jew ma jiġux abbandunati. L-operaturi għandhom ikomplu jiżguraw il-benesseri ta’ dawk l-annimali f’konformità mar-Regolament.
L-operatur għandu jżomm il-konferma bil-miktub imsemmija fil-punt (d) għal perjodu ta’ mill-inqas 3 snin wara l-mewt tal-kelba jew tal-qattusa.
4.Dan l-Artikolu għandu japplika minn [5 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Artikolu 14
Ħtiġijiet ta’ mġiba
1.L-operaturi u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għas-santwarji għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ mġiba tal-qtates u tal-klieb f’konformità mal-punt 4 tal-Anness I.
2.Iż-żamma tal-klieb u tal-qtates f’żoni li jirrestrinġu l-movimenti naturali tagħhom għandha tkun ipprojbita, ħlief għat-twettiq tal-proċeduri jew tat-trattamenti li ġejjin:
(a)eżamijiet fiżiċi, inkluża l-identifikazzjoni tal-annimali;
(b)immarkar tal-annimali għal skopijiet ta’ identifikazzjoni;
(c)ġbir ta’ kampjuni u tilqim;
(d)proċeduri għal skopijiet iġjeniċi, tas-saħħa jew riproduttivi;
(e)trattament mediku.
3.L-irbit fil-bini tal-istabbiliment għal aktar minn siegħa għandu jkun ipprojbit, ħlief għad-durata ta’ trattament mediku.
4.L-operaturi u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għas-santwarji għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ kundizzjonijiet li jippermettu lill-annimali jesprimu mġiba soċjali mhux dannuża, imġiba speċifika għall-ispeċi u l-possibbiltà li jesperjenzaw emozzjonijiet pożittivi.
5.L-operaturi ta’ stabbilimenti tat-tnissil għandhom jiżguraw li tkun fis-seħħ strateġija xierqa biex l-annimali jissoċjalizzaw mal-bnedmin, u fejn possibbli, ma’ annimali oħrajn.
Artikolu 15
Prattiki li jikkawżaw l-uġigħ
1.Għandhom jiġu pprojbiti l-mutilazzjonijiet, inkluż il-qtugħ tal-widnejn, il-qtugħ tad-denb, l-amputazzjoni parzjali jew sħiħa tas-swaba’ u t-tneħħija ta’ kordi jew kurvaturi vokali, sakemm ma jitwettqux minħabba indikazzjoni medika bl-iskop uniku li tittejjeb is-saħħa tal-klieb u tal-qtates. F’każ bħal dan, il-proċedura għandha titwettaq biss minn veterinarju taħt anesteżija u analġeżija fit-tul.
2.Il-kastrazzjoni maskili u femminili għandha tkun permessa biss jekk titwettaq minn veterinarju taħt anesteżija u analġeżija fit-tul.
3.Il-prattiki ta’ trattament li ġejjin għandhom ikunu pprojbiti:
(a)l-irbit kontinwu ta’ partijiet tal-ġisem;
(b)id-daqqiet ta’ sieq, is-swat, it-tiġbid, it-twaddib, it-tgħaffiġ tal-annimali;
(c)l-esponiment tal-klieb u tal-qtates għal kurrent elettriku;
(d)l-użu fit-tul ta’ sarimi, sakemm ma jkunux meħtieġa għal raġunijiet ta’ saħħa jew ta’ benesseri, f’liema każ id-durata għandha tkun limitata għall-perjodu minimu meħtieġ.
(e)l-irfigħ tal-klieb jew il-qtates mir-riġlejn, mir-ras, mid-denb u mill-pil.
Artikolu 16
Approvazzjoni tal-istabbilimenti tat-tnissil
1.Minn [5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-operaturi għandhom jiksbu l-approvazzjoni tal-istabbiliment tat-tnissil tagħhom mill-awtorità kompetenti qabel ma jbigħu l-klieb u l-qtates li twieldu fl-istabbiliment tagħhom.
2.L-awtorità kompetenti għandha tagħti ċertifikat ta’ approvazzjoni għal stabbiliment tat-tnissil, dment li, qabel spezzjoni fuq il-post tkun ikkonfermat li l-istabbiliment jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
3.L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu lista tal-istabbilimenti tat-tnissil approvati u jagħmluha disponibbli għall-pubbliku.
KAPITOLU III
IDENTIFIKAZZJONI U REĠISTRAZZJONI TAL-KLIEB U L-QTATES
Artikolu 17
Identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-klieb u l-qtates
1.Minn [3 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ], il-klieb u l-qtates kollha miżmuma fi stabbilimenti għall-forniment fl-Unjoni, inklużi l-klieb u l-qtates adulti miżmuma fi stabbilimenti tat-tnissil, il-klieb u l-qtates miżmuma fis-santwarji, u l-klieb u l-qtates fornuti minn persuni fiżiċi, għandhom jiġu mmarkati għall-identifikazzjoni permezz ta’ transponder taħt il-ġilda li jkun fih mikroċippa, f’konformità mal-Anness II. L-operaturi tal-istabbilimenti għandhom jiżguraw li l-klieb u l-qtates li twieldu fl-istabbilimenti tagħhom ikunu mmarkati għall-identifikazzjoni sad-data tal-provvista tagħhom fl-Unjoni jew mhux aktar tard minn 3 xhur wara t-twelid tal-annimal. L-impjantazzjoni tat-transponder għandha ssir minn veterinarju jew taħt ir-responsabbiltà ta’ veterinarju.
2.Minn [3 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ], il-klieb u l-qtates identifikati f’konformità mal-paragrafu 1 għandhom jiġu rreġistrati mill-veterinarju, jew minn assistent taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju, f’bażi tad-data nazzjonali msemmija fl-Artikolu 19. Għall-klieb u l-qtates miżmuma fi stabbilimenti tat-tnissil, ir-reġistrazzjoni għandha ssir f’isem is-sid tal-istabbiliment tat-tnissil responsabbli għall-kelb jew għall-qattus. Għall-klieb u l-qtates miżmuma fis-santwarji, ir-reġistrazzjoni għandha ssir f’isem il-persuna responsabbli għas-santwarju. Għall-persuni fiżiċi li għandhom l-intenzjoni li jfornu kelb jew qattus fl-Unjoni, ir-reġistrazzjoni għandha ssir f’isem dik il-persuna. Kwalunkwe sid sussegwenti tal-kelb jew tal-qattus, jew persuna responsabbli għalih, għandha tiżgura li l-bidla fis-sjieda jew fir-responsabbiltà tiġi rreġistrata fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 19.
3.Minn [3 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ], qabel ma jforni kelb jew qattus fl-Unjoni, il-fornitur għandu jipprovdi lill-akkwirent tal-annimal:
(a)prova tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimal f’konformità mal-paragrafi 1 u 2;
(b)l-informazzjoni li ġejja dwar il-kelb jew il-qattus:
(i)l-ispeċi tiegħu,
(ii)is-sess tiegħu,
(iii)id-data u l-pajjiż tat-twelid tiegħu, u
(iv)fejn rilevanti, ir-razza tiegħu.
L-akkwirenti għandhom ikunu jistgħu jivverifikaw l-awtentiċità tal-identifikazzjoni u tar-reġistrazzjoni tal-annimali fornuti permezz tas-sistema msemmija fil-paragrafu 7.
4.Minn [5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ], il-fornituri ta’ pjattaformi online għandhom jiżguraw li l-interfaċċa online tagħhom tkun iddisinjata u organizzata b’mod li tippermetti lill-fornituri tal-klieb u l-qtates jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont il-paragrafu 3, f’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2022/2065, u għandhom jinformaw lill-akkwirenti, b’mod viżibbli, bil-possibbiltà li jivverifikaw l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimal permezz ta’ weblink għas-sistema msemmija fil-paragrafu 6.
Il-fornitur tal-klieb u l-qtates għandu jkun l-uniku wieħed responsabbli għall-akkuratezza tal-informazzjoni pprovduta permezz tal-interfaċċa tal-pjattaforma online. Xejn f’dan il-paragrafu ma għandu jiġi interpretat bħala li jimponi obbligu ta’ monitoraġġ ġenerali fuq il-fornitur tal-pjattaforma online skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2022/2065.
5.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-fornituri bħala prova tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimal f’konformità mal-paragrafu 3(a), kemm f’każijiet fejn il-klieb u l-qtates jiġu offruti permezz ta’ pjattaformi online kif ukoll b’mezzi oħrajn. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24.
6.Minn [3 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ], il-Kummissjoni għandha tiżgura li sistema li twettaq iċċekkjar awtomatizzat tal-awtentiċità tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-klieb jew tal-qtates fornuti, bl-użu tal-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 19, tkun disponibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas. Il-Kummissjoni tista’ tafda l-iżvilupp, il-manutenzjoni u t-tħaddim ta’ din is-sistema lil entità indipendenti. Is-sistema għandha tissodisfa l-kriterji li ġejjin:
–verifika affidabbli tal-awtentiċità tal-identifikazzjoni u tar-reġistrazzjoni tal-kelb jew tal-qattus bl-użu tal-bażijiet tad-data nazzjonali msemmija fl-Artikolu 19;
–il-konformità mal-protezzjoni tad-data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 60 u mar-Regolament (UE) 2016/679 61
7.Sa [3 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ], il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw l-aspetti li ġejjin tas-sistema msemmija fil-paragrafu 6:
–il-funzjonalitajiet ewlenin tas-sistema;
–ir-rekwiżiti tekniċi, elettroniċi u kriptografiċi għas-sistema.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24.
KAPITOLU IV
AWTORITAJIET KOMPETENTI
Artikolu 18
Taħriġ
Għall-finijiet tal-Artikolu 9, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw l-awtorità kompetenti responsabbli:
(a)għall-iżgurar li jkunu disponibbli korsijiet ta’ taħriġ għal dawk li jieħdu ħsieb l-annimali;
(b)għall-approvazzjoni tal-kontenut tal-korsijiet imsemmija fil-punt (a).
Artikolu 19
Bażijiet tad-data tal-klieb u l-qtates
1.Minn [3 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu u jżommu bażi tad-data għar-reġistrazzjoni tal-klieb u l-qtates b’mikroċippa.
2.Minn [5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bażijiet tad-data tagħhom kif imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu interoperabbli mal-istess bażijiet tad-data ta’ Stati Membri oħrajn sabiex l-identifikazzjoni ta’ kelb jew qattus tkun tista’ tiġi awtentikata u ttraċċata fl-Unjoni kollha.
3.Sa [id-data tal-applikazzjoni], il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi rekwiżiti fuq il-bażijiet tad-data kif imsemmi fil-paragrafu 1 dwar:
(a)il-kontenut tagħhom;
(b)l-interoperabbiltà tagħhom bejn l-Istati Membri;
(c)il-funzjonalità tagħhom biex jipprovdu prova tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ kelb jew qattus, kif imsemmi fl-Artikolu 17(3), il-punt (a).
(d)ir-reġistru fejn l-Istati Membri jiddikjaraw il-bażijiet tad-data tagħhom, u l-parametri meħtieġa biex dawk il-bażijiet tad-data jiġu konnessi ma’ xulxin skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt (b);
(e)l-aċċess li għandu jingħata għas-sistema msemmija fl-Artikolu 17(6) għall-fini li tiġi kkonfermata l-awtentiċità tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-klieb u l-qtates;
(f)id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2018/1725 u r-Regolament (UE) 2016/679.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24.
Artikolu 20
Ġbir ta’ data dwar il-benesseri u r-rapportar tal-annimali
1.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru, janalizzaw u jippubblikaw id-data stabbilita fl-Anness III:
2.L-awtoritajiet kompetenti għandhom ifasslu u jittrażmettu lill-Kummissjoni rapport, f’forma li tista’ tinqara minn magna, dwar id-data msemmija fil-paragrafu 1, sal-31 ta’ Awwissu kull 3 snin minn [6 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ], li jiġbor fil-qosor id-data miġbura fis-sena preċedenti.
3.Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi metodoloġija armonizzata għall-ġbir tad-data msemmija fil-paragrafu 1 u tistabbilixxi l-mudell għar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24.
KAPITOLU V
DĦUL TAL-KLIEB U L-QTATES FL-UNJONI
Artikolu 21
Dħul tal-klieb u l-qtates fl-Unjoni
1.Minn [5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-klieb u l-qtates jistgħu jiddaħħlu fl-Unjoni biss għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni jekk ikunu nżammu f’konformità ma’ xi wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)il-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament;
(b)il-kundizzjonijiet rikonoxxuti mill-Unjoni bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti b’dan ir-Regolament; jew
(c)fejn applikabbli, ir-rekwiżiti li jinsabu fi ftehim speċifiku bejn l-Unjoni u l-pajjiż esportatur.
2.Minn [5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-klieb u l-qtates jistgħu jiddaħħlu fl-Unjoni biss għat-tqegħid fis-suq jew għall-forniment dment li jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju u stabbiliment elenkat f’konformità mal-Artikoli 126 u 127 tar-Regolament (UE) 2017/625.
3.Minn [data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament + 5 snin], iċ-ċertifikat uffiċjali li jakkumpanja l-klieb u l-qtates li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi u territorji terzi għandu jkun fih attestazzjoni li tiċċertifika l-konformità mal-paragrafi 1 u li tikkonferma li l-klieb u l-qtates joriġinaw minn stabbiliment elenkat f’konformità mal-paragrafu 2.
4.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 u l-Artikolu 74(1) tar-Regolament (UE) 2020/692 62 , il-klieb u l-qtates li jidħlu fl-Unjoni għandhom jiġu identifikati b’mikroċippa kif imsemmi fl-Artikolu 17(1) u li tippermetti t-traċċabbiltà.
F’każ li l-klieb jew il-qtates li jidħlu fl-Unjoni jkunu għadhom ma humiex irreġistrati f’bażi tad-data ta’ Stat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 19(1), ladarba jaslu fil-post tad-destinazzjoni tagħhom, is-sid jew il-persuna responsabbli għall-annimal għandha tiżgura r-reġistrazzjoni tiegħu f’wieħed mill-bażijiet tad-data tal-Istati Membri fi żmien 48 siegħa mill-wasla.
5.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li tistabbilixxi proċedura għar-rikonoxximent mill-Unjoni ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti skont il-paragrafu 1, il-punt (b). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI
Artikolu 22
Emenda għall-Annessi
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 23 li jemendaw l-Annessi ta’ dan ir-Regolament biex jitqies il-progress xjentifiku u tekniku, inklużi, meta rilevanti, opinjonijiet xjentifiċi tal-EFSA, u ta’ impatti soċjali, ekonomiċi u ambjentali, fir-rigward:
(a)tal-frekwenzi tat-tmigħ u l-proċess tal-ftim;
(b)tal-firxiet tat-temperatura;
(c)tal-parametri tat-tidwil;
(d)tad-disinn tal-post fejn jinżammu l-klieb u l-qtates;
(e)tad-disinn tat-tagħmir tat-tmigħ u tat-tisqija;
(f)tal-allokazzjoni ta’ spazju għal kategoriji differenti ta’ klieb u qtates;
(g)tal-frekwenza tat-tqaliet;
(h)tal-età minima tal-klieb u l-qtates femminili għall-bidu tat-tnissil;
(i)tas-soċjalizzazzjoni, tal-arrikkiment u ta’ miżuri oħrajn biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ mġiba tal-klieb u l-qtates;
(j)tar-rekwiżiti għat-transponders użati biex jiġu mmarkati l-klieb u l-qtates;
(k)tad-data li għandha tinġabar għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-politiki.
Kwalunkwe żieda fir-rekwiżiti fl-Annessi għandha tkun ibbażata fuq evidenza xjentifika jew teknika aġġornata, b’mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet speċifiċi meħtieġa biex jiġi żgurat il-benesseri tal-klieb u l-qtates koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Fejn rilevanti, dawk l-atti delegati għandhom jipprevedu perjodi ta’ tranżizzjoni suffiċjenti biex jippermettu lill-operaturi affettwati jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda.
Artikolu 23
Eżerċizzju tad-delega
1.Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(4), fl-Artikolu 10(2) u fl-Artikolu 22 għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(4), l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 22 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti ddeżinjati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(4), l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 22 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 24
Proċedura ta’ Kumitat
1.Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf stabbilit bl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Fejn il-Kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, u għandu japplika l-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
KAPITOLU VI
MIŻURI NAZZJONALI AKTAR STRETTI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 25
Miżuri nazzjonali aktar stretti
1.Dan ir-Regolament ma għandux jipprevjeni lill-Istati Membri milli jżommu regoli nazzjonali aktar stretti mmirati lejn protezzjoni aktar estensiva tal-benesseri tal-klieb u l-qtates u fis-seħħ fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, dment li dawk ir-regoli ma jkunux inkonsistenti ma’ dan ir-Regolament u ma jfixklux il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Qabel [id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar dawn ir-regoli nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tiġbed l-attenzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn dwar dawn.
2.Dan ir-Regolament ma għandux jipprevjeni lill-Istati Membri milli jadottaw miżuri nazzjonali aktar stretti mmirati biex jiżguraw protezzjoni aktar estensiva tal-benesseri tal-klieb u l-qtates miżmuma fi stabbilimenti fit-territorju ta’ Stat Membru dwar il-kwistjonijiet dwar il-benesseri tal-annimali li ġejjin:
(a)il-kundizzjonijiet tal-abitazzjoni;
(b)il-mutilazzjonijiet;
(c)l-arrikkiment;
(d)il-programmi tal-għażla u tat-tnissil, inkluża l-età minima u massima għat-tnissil.
L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar dawn ir-regoli nazzjonali qabel l-adozzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tiġbed l-attenzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn dwar dawn.
3.Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu permessi biss dment li ma jkunux inkonsistenti ma’ dan ir-Regolament u ma jfixklux il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.
4.L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq fit-territorju tagħhom ta’ klieb u qtates miżmuma fi Stat Membru ieħor minħabba li l-klieb u l-qtates ikkonċernati ma jkunux inżammu f’konformità mar-regoli nazzjonali aktar stretti tagħhom dwar il-benesseri tal-annimali.
Artikolu 26
Rapportar u evalwazzjoni
1.Abbażi tar-rapporti riċevuti f’konformità mal-Artikolu 20 u informazzjoni rilevanti addizzjonali, il-Kummissjoni għandha tippubblika, sa [7 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u minn dakinhar kull 5 snin, rapport ta’ monitoraġġ dwar il-benesseri tal-klieb u tal-qtates imqiegħda fis-suq fl-Unjoni.
2.Sa [15-il sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluża valutazzjoni ta’ età massima possibbli għat-tnissil ta’ klieb u qtates, u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
3.Għall-finijiet tar-rapportar imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija ta’ dawk ir-rapporti.
Artikolu 27
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.
Artikolu 28
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika minn [sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.Objettiv(i) ġenerali
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Regolament dwar il-benesseri tal-klieb u l-qtates u t-traċċabbiltà tagħhom
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
Intestatura 1: Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali
1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:
X azzjoni ġdida
azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 63
l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.Objettiv(i) ġenerali
Il-proposta għandha l-għan li toħloq qafas komuni għall-benesseri tal-klieb u l-qtates miżmuma fi stabbilimenti u fornuti fl-Unjoni bl-għan li tipprevjeni t-tbatija serja tal-annimali, il-prattiki kummerċjali inġusti, inkluża l-frodi, u tipproteġi lill-klijenti.
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
Objettiv speċifiku Nru
1. L-iżgurar ta’ standards komuni tal-benesseri tal-annimali għat-tnissil, għaż-żamma u għat-tqegħid fis-suq jew għall-forniment tal-klieb u l-qtates.
2. It-titjib tat-traċċabbiltà tal-klieb u tal-qtates imqiegħda fis-suq tal-Unjoni jew fornuti.
3. Il-promozzjoni tal-kompetenza għal dawk li jieħdu ħsieb l-annimali.
4. It-tisħiħ tal-protezzjoni tal-konsumatur.
5. Is-supplimentazzjoni tar-regoli eżistenti għall-importazzjonijiet tal-klieb u l-qtates.
1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
Objettiv speċifiku Nru 1
Kundizzjonijiet aħjar tal-għajxien għall-klieb u l-qtates miżmuma fi stabbilimenti.
Objettiv speċifiku Nru 2
Tnaqqis tar-riskju ta’ kummerċ illegali tal-klieb u l-qtates.
Objettiv speċifiku Nru 3
Trattament aħjar tal-klieb u l-qtates.
Objettiv speċifiku Nru 4
Għarfien aħjar għall-klijenti meta jixtru l-klieb jew il-qtates.
Objettiv speċifiku Nru 5
Tnaqqis tar-riskju ta’ importazzjoni illegali tal-klieb u l-qtates.
1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
Objettiv speċifiku Nru 1
Għadd ta’ klieb u qtates irreġistrati fi stabbilimenti tat-tnissil approvati.
Objettiv speċifiku Nru 2
Għadd ta’ klieb u qtates irreġistrati f’bażijiet tad-data nazzjonali li huma interoperabbli fil-livell tal-UE.
Objettiv speċifiku Nru 3
Għadd ta’ persuni li jieħdu ħsieb l-annimali soġġetti għal taħriġ nazzjonali fis-sena.
Objettiv speċifiku Nru 4
Għadd ta’ verifiki awtomatizzati tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-klieb u l-qtates meta jiġu fornuti online.
Objettiv speċifiku Nru 5
Għadd ta’ każijiet ta’ kummerċ illegali minn pajjiżi terzi rrapportati fl-iRASFF.
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
Il-proposta għandha l-għan li tistabbilixxi rekwiżiti għan-nutrizzjoni, l-abitazzjoni, il-ġestjoni u kontra prattiki li jikkawżaw li jikkawżaw l-uġigħ għall-klieb u l-qtates miżmuma fi stabbilimenti. Barra minn hekk, se tintroduċi kundizzjonijiet aktar stretti ta’ traċċabbiltà tal-klieb u tal-qtates u regoli aktar stretti dwar l-importazzjoni ta’ dawk l-annimali.
Jekk ir-Regolament jiġi adottat fl-2024, dan jista’ jiġi implimentat mill-2025. Il-ħtieġa għal riżorsi finanzjarji mbagħad tibda mid-data li fiha jidħol fis-seħħ ir-Regolament (tmiem l-2024 jew l-2025).
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante)
Illum ma hemm l-ebda leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-benesseri tal-klieb u l-qtates filwaqt li s-sitwazzjoni fl-Istati Membri hija estremament varjabbli u mhux uniformi, kemm f’termini ta’ standards tal-benesseri kif ukoll ta’ traċċabbiltà. Fin-nuqqas ta’ qafas komuni, l-azzjoni individwali tal-Istati Membri għandha effett limitat u ma tistax tindirizza kwistjonijiet ewlenin filwaqt li l-klieb u l-qtates jiġu kkummerċjalizzati liberament fl-UE. Barra minn hekk, fin-nuqqas ta’ regoli komuni dwar it-traċċabbiltà, il-kummerċ illegali minn pajjiżi terzi huwa ffaċilitat.
Valur miżjud tal-Unjoni li mistenni jkun iġġenerat (ex post)
Il-proposta tistabbilixxi rekwiżiti komuni dwar l-istandards tal-benesseri tal-annimali għaż-żamma tal-klieb u l-qtates u dwar it-traċċabbiltà tagħhom. Dan l-approċċ se joħloq kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi kollha tal-UE involuti, inkluż fl-Istati Membri fejn illum ma teżisti l-ebda leġiżlazzjoni dwar il-benesseri tal-annimali. Barra minn hekk, il-klijenti tal-UE se jkunu protetti aħjar mix-xiri ta’ klieb u qtates li ma humiex f’saħħithom fiżikament u mentalment u li għandhom xi disturb ieħor minħabba li qabel ġew ittrattati ħażin.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
Ir-Regolament huwa bbażat fuq diversi esperjenzi mill-Istati Membri, mill-partijiet ikkonċernati u mill-informazzjoni xjentifika.
Il-proposta tqis il-konklużjonijiet tal-inizjattivi volontarji tal-Pjattaforma tal-UE dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali b’rabta mas-saħħa u l-benesseri tal-annimali tad-dar (klieb u qtates) fil-kummerċ li fiha serje ta’ linji gwida dwar it-tnissil responsabbli tal-klieb, it-tnissil responsabbli tal-qtates, il-movimenti kummerċjali tal-klieb u tal-qtates, is-soċjalizzazzjoni tal-ġriewi u tal-frieħ, il-pjattaformi online li jbigħu l-klieb, kif ukoll linji gwida għax-xerrejja tal-klieb u rakkomandazzjonijiet għal-leġiżlazzjoni tal-benesseri tal-klieb u l-qtates miżmuma fi stabbilimenti.
Barra minn hekk, il-proposta hija bbażata fuq l-assistenza xjentifika u teknika tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel fir-rigward ta’ aspetti ta’ benesseri relatati mal-abitazzjoni u s-saħħa tal-qtates u l-klieb fi stabbilimenti kummerċjali tat-tnissil. Dan ir-rapport tal-EFSA fih rakkomandazzjonijiet dwar it-tip ta’ abitazzjoni u eżerċizzju, dwar it-temperatura u d-dawl tal-abitazzjoni, dwar is-saħħa u kontra interventi kirurġiċi li jikkawżaw l-uġigħ.
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
Ir-Regolament għandu jkun parti mil-Linja tal-Ikel tal-Programm tas-Suq Uniku u se jaħdem f’sinerġija mal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa li tippromwovi soluzzjonijiet diġitali għal tweġiba għall-ħtiġijiet tan-nies għal ekonomija ġusta u kompetittiva.
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
Il-kostijiet se jiġu appoġġati mill-Programm tas-Suq Uniku – Taqsima tal-Ikel minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament jikkontribwixxu għal wieħed mill-objettivi ewlenin tal-programm, jiġifieri jikkontribwixxu għall-miri tal-UE “mill-Għalqa sal-Platt” għat-titjib tal-benesseri tal-annimali.
1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
durata limitata
– fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS
– Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.
durata mhux limitata
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu mill-2025 sal-2027,
–segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i) 64
Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
– mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
– mill-aġenziji eżekuttivi
Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:
– lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;
– lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
– lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;
– lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;
– lill-korpi tal-liġi pubblika;
– lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;
– lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;
– lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
–Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.
Kummenti
[…]
[…]
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
Il-proposta tirrikjedi li l-Istati Membri jirrapportaw data lill-Kummissjoni kull 3 snin għal finijiet ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
F’konformità mad-dikjarazzjoni ta’ governanza tal-Kummissjoni Ewropea, id-DĠ Saħħa u Sikurezza Alimentari (SANTE) iwettaq l-operazzjonijiet tiegħu f’konformità mal-liġijiet u r-Regolamenti applikabbli, filwaqt li jaħdem b’mod miftuħ u trasparenti u jissodisfa l-livell għoli mistenni ta’ standards professjonali u etiċi.
L-azzjonijiet li jimmiraw li jtejbu l-benesseri tal-klieb u l-qtates fi stabbilimenti se jiġu implimentati permezz ta’ ġestjoni diretta, bl-użu tal-modi ta’ implimentazzjoni offruti mir-Regolament Finanzjarju, l-aktar b’għotjiet u bl-akkwist. Il-ġestjoni diretta tippermetti li jiġu stabbiliti ftehimiet ta’ għotja/kuntratti mal-benefiċjarji/kuntratturi li huma involuti direttament fl-attivitajiet li jaqdu l-politiki tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tiżgura monitoraġġ dirett tal-eżitu tal-azzjonijiet iffinanzjati. Il-modalitajiet tal-pagament tal-azzjonijiet iffinanzjati se jiġu adattati għar-riskji li jikkonċernaw it-tranżazzjonijiet finanzjarji.
Sabiex jiġu żgurati l-effettività, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-kontrolli tal-Kummissjoni, l-istrateġija ta’ kontroll tkun orjentata lejn bilanċ bejn il-kontrolli ex ante u ex post u tiffoka fuq tliet stadji ewlenin ta’ implimentazzjoni tal-għotjiet/kuntratti, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju:
–L-għażla tal-proposti/offerti li jaqblu mal-objettivi politiċi tar-Regolament;
–Il-kontrolli operazzjonali, ta’ monitoraġġ u ex ante li jkopru l-implimentazzjoni tal-proġett, l-akkwist pubbliku, il-prefinanzjament, il-pagamenti interim u finali, u l-ġestjoni tal-garanziji;
–Se jitwettqu wkoll kontrolli ex post fis-siti tal-benefiċjarji/tal-kuntratturi fuq kampjun ta’ tranżazzjonijiet. L-għażla ta’ dawn it-tranżazzjonijiet tikkombina valutazzjoni tar-riskju u għażla aleatorja.
Id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari (DĠ SANTE) se tkun soġġetta għall-kontrolli amministrattivi inkluż kontroll baġitarju, awditu intern, rapporti annwali mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u s-Servizz tal-Awditjar Intern, il-kwittanza annwali għall-eżekuzzjoni tal-baġit tal-UE u investigazzjonijiet possibbli mwettqa mill-OLAF biex jiżgura li r-riżorsi allokati jintużaw kif suppost.
F’konformità mal-Qafas ta’ Kontroll Intern tal-Kummissjoni 65 , id-DĠ SANTE elabora strateġija ta’ kontroll intern li tiffoka fuq il-ġestjoni finanzjarja u l-konformità tagħha mar-Regolament Finanzjarju, speċjalment fir-rigward tal-ħames objettivi ta’ kontroll 66 u l-prinċipji ewlenin ta’ kontrolli kosteffiċjenti u effettivi u miżuri kontra l-frodi. L-istrateġija hija dokument li qed jevolvi li jiġi aġġornat regolarment u hija adottata mill-Bord ta’ Ġestjoni tad-DĠ SANTE.
Id-Direttur inkarigat mill-Ġestjoni tar-Riskju u l-Kontroll Intern (RMIC) tad-DĠ SANTE huwa responsabbli għall-koordinazzjoni tal-abbozzar, l-aġġornament u l-komunikazzjoni tal-istrateġija ta’ kontroll għall-persunal kollu kkonċernat. Għal dan l-għan, id-Direttur ta’ kull sena jniedi valutazzjoni annwali tas-sistema ta’ kontroll intern li tikkontribwixxi għar-Rapport Annwali tal-Attività tad-DĠ SANTE.
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
Il-ġestjoni tar-riskju hija integrata bis-sħiħ fiċ-ċiklu ta’ ppjanar u kontroll tad-DĠ SANTE. L-aktar riskji importanti huma identifikati fl-eżerċizzju annwali tal-valutazzjoni tar-riskju. L-enfasi hija fuq l-esponiment għar-riskju residwu filwaqt li jitqiesu l-miżuri kollha li diġà ttieħdu biex jittaffa r-riskju. L-eżerċizzju jagħlaq b’diskussjonijiet fil-livell ta’ maniġment superjuri ppreseduti mid-Direttur Ġenerali. L-hekk imsejħa “riskji kritiċi” jiġu rrapportati lill-Kummissarju flimkien ma’ pjan ta’ azzjoni biex dawn jitnaqqsu għal livell aċċettabbli. Sabiex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni, kull sena jitħejja u jiġi kkomunikat rapport ta’ progress lill-Kummissarju fil-kuntest tar-rapport ta’ nofs it-terminu.
Id-DĠ SANTE integra l-ġestjoni tar-riskju fil-proċessi ta’ implimentazzjoni tal-baġit tiegħu. Ir-riskji, il-kwistjonijiet jew il-problemi potenzjali jiġu identifikati f’kull pass tal-proċess ta’ ġestjoni finanzjarja.
L-implimentazzjoni tar-Regolament il-ġdid tiffoka fuq l-attribuzzjoni ta’ kuntratti ta’ akkwist pubbliku kif ukoll ta’ għadd ta’ għotjiet għal attivitajiet u organizzazzjonijiet speċifiċi.
Il-kuntratti ta’ akkwist pubbliku se jiġu konklużi prinċipalment f’oqsma bħall-iżvilupp tal-prodotti (bħal konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati) u attivitajiet promozzjonali (sabiex tiġi appoġġata l-adozzjoni).
L-għotjiet se jingħataw prinċipalment għal attivitajiet ta’ appoġġ lill-Kummissjoni fl-iżvilupp tal-prodott).
Ir-riskji ewlenin huma dawn li ġejjin:
• Ir-riskju li l-objettivi tar-Regolament ma jintlaħqux għalkollox minħabba użu jew kwalità insuffiċjenti/dewmien fl-implimentazzjoni tal-proġetti jew il-kuntratti magħżula;
• Ir-riskju ta’ użu ineffiċjenti jew mhux ekonomiku tal-fondi mogħtija, kemm għall-għotjiet (il-kumplessità tar-regoli ta’ finanzjament) kif ukoll għall-akkwist (għadd limitat ta’ fornituri ekonomiċi bl-għarfien speċjalizzat meħtieġ li jwassal għal possibbiltajiet insuffiċjenti sabiex jitqabblu l-offerti tal-prezzijiet f’xi setturi).
• Ir-riskju għar-reputazzjoni għall-Kummissjoni, jekk jiġu skoperti frodi jew attivitajiet kriminali; tista’ tinkiseb biss assigurazzjoni parzjali mis-sistemi ta’ kontroll intern tal-partijiet terzi minħabba l-għadd pjuttost kbir ta’ kuntratturi u benefiċjarji eteroġenji, li kull wieħed minnhom jopera s-sistema ta’ kontroll tiegħu stess.
Il-Kummissjoni stabbiliet proċeduri interni bl-għan li jkopru r-riskji identifikati hawn fuq. Il-proċeduri interni huma konformi għalkollox mar-Regolament Finanzjarju u jinkludu miżuri kontra l-frodi u kunsiderazzjonijiet tal-kostijiet u tal-benefiċċji. F’dan il-qafas, il-Kummissjoni tkompli tesplora l-possibbiltajiet sabiex ittejjeb il-ġestjoni u sabiex tikseb titjib fl-effiċjenza. Il-karatteristiċi ewlenin tal-qafas ta’ kontroll huma dawn li ġejjin:
Kontrolli qabel u matul l-implimentazzjoni tal-proġetti:
• Se tiġi stabbilita sistema xierqa ta’ ġestjoni tal-proġetti li tiffoka fuq il-kontribuzzjonijiet tal-proġetti u tal-kuntratti lejn l-objettivi ta’ politika, li tiżgura involviment sistematiku tal-atturi kollha, li tistabbilixxi rapportar regolari tal-ġestjoni tal-proġetti kkomplementat bi żjarat fuq il-post fuq bażi ta’ każ b’każ, u li tinkludi rapporti tar-riskju lill-maniġment superjuri kif ukoll iż-żamma ta’ flessibbiltà baġitarja xierqa.
• Il-mudelli tal-ftehimiet ta’ għotjiet u tal-kuntratti ta’ servizzi użati jiġu żviluppati fi ħdan il-Kummissjoni. Dawn jipprevedu għadd ta’ dispożizzjonijiet tal-kontroll fosthom ċertifikati tal-awditjar, garanziji finanzjarji, awditjar fuq il-post u spezzjonijiet mill-OLAF. Ir-regoli li jirregolaw l-eliġibbiltà tal-kostijiet qegħdin jiġu ssimplifikati, pereżempju bl-użu ta’ kostijiet unitarji, somom f’daqqa, kontribuzzjonijiet li ma humiex marbuta mal-kostijiet u possibbiltajiet oħrajn offruti mir-Regolament Finanzjarju. Dan se jnaqqas il-kost tal-kontrolli u jagħmel enfasi fuq iċċekkjar u kontrolli f’żoni b’riskju għoli.
• Il-persunal kollu jiffirma l-kodiċi ta’ mġiba amministrattiva tajba. Il-persunal involut fil-proċedura tal-għażla jew fil-ġestjoni tal-ftehimiet/kuntratti ta’ għotjiet jiffirma (wkoll) dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ kunflitt ta’ interess. Il-persunal jitħarreġ regolarment u juża networks għall-iskambju tal-aħjar prattiki.
• L-implimentazzjoni teknika ta’ proġett tiġi ċċekkjata f’intervalli regolari fl-uffiċċju abbażi ta’ rapporti ta’ progress tekniċi tal-kuntratturi u tal-benefiċjarji, u dan apparti li jiġu previsti abbażi tal-każijiet individwali laqgħat tal-kuntratturi/benefiċjarji u żjarat fuq il-post.
Kontrolli fl-aħħar tal-proġett: L-awditi ex post isiru fuq kampjun ta’ tranżazzjonijiet sabiex jivverifikaw fuq il-post l-eliġibbiltà tad-dikjarazzjonijiet tal-kostijiet. L-għan ta’ dawn il-kontrolli huwa li jevitaw, jidentifikaw u jikkoreġu żbalji materjali relatati mal-legalità u mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet finanzjarji. Bl-għan li jinkiseb impatt ta’ kontroll għoli, l-għażla tal-benefiċjarji li jridu jiġu awditjati tipprevedi li ssir taħlita ta’ għażla fuq il-bażi tar-riskju u kampjunar aleatorju, u li tingħata attenzjoni lill-aspetti operazzjonali kull meta dan ikun possibbli matul l-awditjar fuq il-post.
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)
L-istrateġiji ta’ kontroll intern tal-Kummissjoni u tad-DĠ SANTE jqisu l-fatturi ewlenin tal-kost, u l-isforzi li diġà ttieħdu matul diversi snin sabiex jitnaqqas il-kost tal-kontrolli, mingħajr ma tiġi kompromessa l-effettività tal-kontrolli. Is-sistemi ta’ kontroll eżistenti urew li kapaċi jipprevjenu u/jew jidentifikaw żbalji u/jew irregolaritajiet, u fil-każ ta’ żbalji jew irregolaritajiet, li kapaċi jikkoreġuhom.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.
L-Artikolu 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jirrikjedi li l-UE u l-Istati Membri tagħha jiġġieldu l-frodi u kull attività illegali oħra li tista’ taffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE. Skont l-Artikolu 317 tat-TFUE u l-Artikolu 36 tar-Regolament Finanzjarju 67 , il-Kummissjoni tal-UE timplimenta l-baġit tal-UE, f’konformità ma’ prinċipji sodi ta’ ġestjoni finanzjarja, bl-applikazzjoni ta’ kontroll intern effettiv u effiċjenti 68 , li jinkludi l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, il-korrezzjoni u s-segwitu tal-frodi u l-irregolaritajiet.
Fir-rigward tal-attivitajiet tagħha b’ġestjoni diretta u indiretta, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa sabiex tiżgura li jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, kontra l-korruzzjoni u kontra kull attività illegali oħra, b’iċċekkjar effettiv u, jekk jiġu skoperti xi irregolaritajiet, bl-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u, fejn ikun xieraq, b’penali effettivi, proporzjonali u deterrenti. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni adottat strateġija kontra l-frodi, l-aħħar aġġornament ta’ April 2019 (COM(2019) 196) bil-Pjan ta’ Azzjoni rivedut ta’ Lulju 2023 (COM(2023) 405). Id-DĠ u l-aġenziji eżekuttivi żviluppaw u implimentaw l-istrateġiji tagħhom stess ta’ kontra l-frodi abbażi tal-metodoloġija li pprovda l-OLAF. B’mod ġenerali, dawn jiġu aġġornati kull 3 snin u l-implimentazzjoni tagħhom tiġi mmonitorjata u rrapportata lill-maniġment fuq bażi regolari. Id-DĠ SANTE żviluppa u implimenta l-istrateġija tiegħu stess kontra l-frodi mill-2013, abbażi tal-metodoloġija li pprovda l-OLAF. Din tiġi aġġornata kull 3 snin. L-aktar strateġija reċenti kontra l-frodi tad-DĠ SANTE, li tkopri s-snin 2021 sal-2024, ġiet adottata mill-Bord tat-Tmexxija fit-8 ta’ Novembru 2021 wara rieżami bejn il-pari organizzat mill-OLAF. L-implimentazzjoni tagħha qed tiġi mmonitorjata u rrapportata lill-maniġment darbtejn fis-sena.
Għall-implimentazzjoni tal-baġit taħt ġestjoni diretta, il-Kummissjoni timplimenta wkoll serje ta’ miżuri bħal:
- deċiżjonijet, ftehimiet u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tar-Regolament jintitolaw espressament lill-Kummissjoni, inkluż lill-OLAF, u lill-Qorti tal-Awdituri sabiex iwettqu awditi, iċċekkjar u spezzjonijiet fuq il-post u sabiex jirkupraw l-ammonti mħallsin bi żball u, fejn xieraq, jimponu sanzjonijiet amministrattivi;
- waqt il-fażi ta’ valutazzjoni ta’ sejħa għal proposti/offerti, l-applikanti u l-offerenti jiġu ċċekkjati skont il-kriterji ta’ esklużjoni ppubblikati abbażi tad-dikjarazzjonijiet u tas-Sistema ta’ Identifikazzjoni Bikrija u ta’ Esklużjoni (EDES);
- ir-regoli li jirregolaw l-eliġibbiltà tal-kostijiet se jiġu ssimplifikati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju;
- se jingħata taħriġ regolari u sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet relatati ma’ frodi u ma’ irregolaritajiet lill-persunal kollu involut fil-ġestjoni tal-kuntratti kif ukoll lill-awdituri u lill-kontrolluri li jivverifikaw id-dikjarazzjonijiet tal-benefiċjarji fuq il-post.
Il-proċess tal-bini tal-assigurazzjoni tal-Uffiċjal Awtorizzanti b’Delega (AOD) huwa bbażat fuq il-kapaċità tas-sistemi ta’ kontroll fis-seħħ biex jiġu identifikati nuqqasijiet sinifikanti u/jew ripetittivi. Is-sistemi ta’ kontroll huma magħmula minn elementi differenti: is-superviżjoni u l-verifika tal-operazzjonijiet, il-verifiki ex ante, il-kontrolli ex post u l-awditi tas-Servizz tal-Awditjar Intern u tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, kif ukoll l-awditi tas-saħħa u tal-ikel imwettqa mid-DĠ SANTE fl-Istati Membri tal-UE u f’pajjiżi terzi. L-atturi kollha involuti għandhom rwol essenzjali fil-prevenzjoni u d-detezzjoni tal-frodi.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
·Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali |
Linja baġitarja |
Tip ta’
|
Kontribuzzjoni |
|||
|
Numru
|
Diff./Mhux diff. 69 |
mill-pajjiżi tal-EFTA 70 |
mill-pajjiżi kandidati 71 |
minn pajjiżi terzi |
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju |
|
|
03.02.06 – Kontribut għal livell għoli ta’ saħħa u benesseri tal-bnedmin, tal-annimali u tal-pjanti |
Diff. |
LE |
LE |
LE |
LE |
|
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
– Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
– Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
|
1 |
Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali |
|
DĠ: SANTE 72 |
|
Sena |
Sena |
Sena |
TOTAL |
|
|
2025 |
2026 |
2027 et seqq. |
||||
|
Approprjazzjonijiet operazzjonali |
- |
- |
- |
- |
||
|
03.02.06 Kontribut għal livell għoli ta’ saħħa u benesseri tal-bnedmin, tal-annimali u tal-pjanti |
Impenji |
(1a) |
0,500 |
0,500 |
0,500 |
1,500 |
|
Pagamenti |
(1b) |
0,200 |
0,400 |
0,900 |
1,500 |
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi |
- |
- |
- |
- |
||
|
Linja baġitarja |
- |
3 |
- |
- |
- |
- |
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet |
Impenji |
=1a+3 |
0,500 |
0,500 |
0,500 |
1,500 |
|
għad-DĠ SANTE |
Pagamenti |
=1b+3 |
0,200 |
0,400 |
0,900 |
1,500 |
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali |
Impenji |
(4) |
0,500 |
0,500 |
0,500 |
1,500 |
|
Pagamenti |
(5) |
0,200 |
0,400 |
0,900 |
1,500 |
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi |
(6) |
- |
- |
- |
- |
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet |
Impenji |
=4+ 6 |
0,500 |
0,500 |
0,500 |
1,500 |
|
skont l-INTESTATURA 1 |
||||||
|
tal-qafas finanzjarju pluriennali |
Pagamenti |
=5+ 6 |
0,200 |
0,400 |
0,900 |
1,500 |
|
□ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha) |
Impenji |
(4) |
- |
- |
- |
- |
|
Pagamenti |
(5) |
- |
- |
- |
- |
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha) |
(6) |
- |
- |
- |
- |
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji |
=4+ 6 |
0,500 |
0,500 |
0,500 |
1,500 |
|
Pagamenti |
=5+ 6 |
0,500 |
0,400 |
0,900 |
1,500 |
|
|
|
7 |
“Nefqa amministrattiva” |
Din it-taqsima jenħtieġ li timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabel kollox, trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-regoli interni għall-implimentazzjoni tat-taqsima tal-Kummissjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
- |
- |
Sena |
Sena |
Sena |
TOTAL |
|
2025 |
2026 |
2027 et seqq. |
||||
|
DĠ: <SANTE.> |
- |
|||||
|
Riżorsi umani |
0,440 |
0,449 |
0,458 |
1,346 |
||
|
Nefqa amministrattiva oħra |
0,054 |
0,054 |
0,054 |
0,162 |
||
|
TOTAL TAD-DĠ <SANTE.> |
0,494 |
0,494 |
0,503 |
0,512 |
1,508 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet |
(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti) |
- |
0,494 |
0,503 |
0,512 |
1,508 |
|
skont l-INTESTATURA 7 |
||||||
|
tal-qafas finanzjarju pluriennali |
||||||
|
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Sena |
Sena |
Sena |
TOTAL |
|
2025 |
2026 |
2027 et seqq. |
||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet |
Impenji |
0,994 |
1,003 |
1,012 |
3,008 |
|
|
skont l-INTESTATURI 1 sa 7 |
||||||
|
tal-qafas finanzjarju pluriennali |
Pagamenti |
0,694 |
0,903 |
1,412 |
3,008 |
|
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Indika l-objettivi u l-outputs |
|
|
Sena |
Sena |
Sena |
TOTAL |
|||||
|
|
2025 |
2026 |
2027 et seqq. |
||||||||
|
|
|||||||||||
|
|
Kost medju |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru totali |
Kost totali |
||
|
|
|||||||||||
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2. It-titjib tat-traċċabbiltà tal-klieb u tal-qtates imqiegħda fis-suq tal-Unjoni jew fornuti |
|
||||||||||
|
- Output |
L-iżvilupp u t-tħaddim inizjali tas-sistema ta’ verifika tal-awtentiċità ta’ din l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni għall-offerti permezz ta’ Pjattaformi online u l-iżgurar tal-interoperabbiltà tal-bażijiet tad-data nazzjonali |
|
- |
0,500 |
- |
0,500 |
- |
0,500 |
- |
1,500 |
|
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2 |
- |
0,500 |
- |
0,500 |
- |
0,500 |
- |
1,500 |
|||
|
TOTALI |
- |
0,500 |
- |
0,500 |
- |
0,500 |
- |
1,500 |
|||
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
– Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
– Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena |
Sena |
Sena |
TOTAL |
|
2025 |
2026 |
2027 et seqq. |
||
|
|
|
|
|
|
|
INTESTATURA 7 |
- |
- |
- |
|
|
tal-qafas finanzjarju pluriennali |
||||
|
Riżorsi umani |
0,440 |
0,449 |
0,458 |
1,346 |
|
Nefqa amministrattiva oħra |
0,054 |
0,054 |
0,054 |
0,162 |
|
Subtotal tal-INTESTATURA 7 |
0,494 |
0,503 |
0,512 |
1,508 |
|
tal-qafas finanzjarju pluriennali |
||||
|
|
|
|
|
|
|
Barra l-INTESTATURA 7[2] |
- |
- |
- |
- |
|
tal-qafas finanzjarju pluriennali |
||||
|
|
||||
|
Riżorsi umani |
- |
- |
- |
- |
|
Nefqiet oħrajn |
- |
- |
- |
- |
|
ta’ natura amministrattiva |
||||
|
Subtotal |
- |
- |
- |
- |
|
barra l-INTESTATURA 7 |
||||
|
tal-qafas finanzjarju pluriennali |
||||
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL |
0,494 |
0,503 |
0,512 |
1,508 |
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
– Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
– Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time
|
|
Sena
|
Sena
|
Sena 2026 |
Sena 2027 et seqq. |
|
|
20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) |
|
2 |
2 |
2 |
|
|
20 01 02 03 (Delegazzjonijiet) |
|
|
|
|
|
|
01 01 01 01 (Riċerka indiretta) |
|
|
|
|
|
|
01 01 01 11 (Riċerka diretta) |
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) |
|
|
|
|
|
|
20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”) |
|
1 |
1 |
1 |
|
|
20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet) |
|
|
|
|
|
|
XX 01 xx yy zz 10
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
|
|
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet |
|
|
|
|
|
|
01 01 01 02 (AC, END, INT – Riċerka indiretta) |
|
|
|
|
|
|
01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta) |
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) |
|
|
|
|
|
|
TOTAL |
|
3 |
3 |
3 |
|
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
|
Uffiċjali u persunal temporanju |
AD se jwettaq il-kompiti kollha li jinvolvu r-relazzjoni mal-Istati Membri, mal-partijiet ikkonċernati kif ukoll kwalunkwe tħejjija ta’ leġiżlazzjoni. |
|
Persunal estern |
AK se jwettaq kompiti li jirrikjedu għarfien espert speċifiku fl-attivitajiet diġitali. |
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta/l-inizjattiva:
– tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).
Il-EUR 1,5 miljun ta’ spejjeż operazzjonali taħt il-linja baġitarja 03.0206 fis-snin 2025 sal-2027 se jkunu koperti minn riallokazzjoni interna fi ħdan il-linja baġitarja.
– teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.
Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti proposti li għandhom jintużaw.
– teħtieġ reviżjoni tal-QFP.
Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/l-inizjattiva:
– ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi
– tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) |
Total |
|||
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament |
||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati |
||||||||
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
– Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
– Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
– fuq ir-riżorsi proprji
– fuq dħul ieħor
–indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul: |
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali |
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 74 |
||||||
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) |
||||
|
Artikolu …………. |
||||||||
Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
[…]
Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).
[…]
Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni, ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13-18.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 7.12.2023
COM(2023) 769 final
ANNESSI
tal-Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-benesseri tal-klieb u l-qtates u t-traċċabbiltà tagħhom
ANNESS I
Rekwiżiti applikabbli għall-istabbilimenti
(skont l-Artikoli 11 sa 15)
1.Tmigħ
1.1.L-operatur għandu jimplimenta l-frekwenzi tat-tmigħ li ġejjin:
(a)il-qtates u l-klieb adulti għandhom jintemgħu darbtejn kuljum;
(b)il-klieb u l-qtates tqal għandu jkollhom aċċess ad libitum għall-ikel;(c)il-ġriewi taħt it-8 ġimgħat għandhom jintemgħu mill-inqas ħames darbiet kuljum;
(d)il-frieħ tal-qtates taħt it-12-il ġimgħa għandhom jintemgħu mill-inqas erba’ darbiet kuljum.
1.2.Kull ġeru jew ferħ ta’ qattus tat-twelid għandhom jintemgħu bil-kolostru ta’ ommhom fl-ewwel jumejn ta’ ħajjithom.
1.3.Jekk ommhom tkun marida jew inkella ma tkunx tista’ titma’ lil uliedha, l-operatur għandu jipprovdi ħalib minn klieb u qtates femminili oħra fl-istess azjenda u formuli supplimentari tal-ħalib maħsuba għall-ġriewi u għall-frieħ tal-qtates bil-frekwenza tat-tmigħ skont l-istruzzjonijiet tal-produttur tal-ikel tal-annimali jew ta’ veterinarju, sakemm il-ftim jitlesta.
1.4.L-operatur għandu jiżgura li l-ġriewi u l-frieħ tal-qtates mhux miftuma kollha jkunu qed jingħataw biżżejjed ħalib biex itellgħu l-piż tal-ġisem b’mod kostanti.
1.5.Il-ftim għandu jsir billi b’mod gradwali jintemgħu ikel solidu, fi proċess mhux iqsar minn 7 ijiem u ma għandux jitlesta qabel ma l-ġriewi u l-frieħ tal-qtates jagħlqu 6 ġimgħat.
2.Akkomodazzjoni
2.1.Temperatura:
L-operaturi għandhom jiżguraw li t-temperatura tinżamm f’medda ta’:
(a)10 sa 26 °C fiż-żoni fuq ġewwa fejn jinżammu l-klieb adulti;
(b)15 sa 26 °C fiż-żoni fuq ġewwa fejn jinżammu l-qtates adulti;
(c)22 sa 28 °C fiż-żoni tat-twelid għall-ewwel 10 ijiem ta’ ħajjet il-ġriewi;
(d)18 sa 27 °C fiż-żoni tat-twelid għall-ewwel 21 jum ta’ ħajjet il-frieħ tal-qtates.
Il-meded tat-temperatura għandhom jiġu adattati kif xieraq għall-annimali ta’ razza/tip brakiċefaliċi u għall-annimali b’tipi ta’ fer estremi (razez mingħajr fer jew b’fer tqil).
2.2.Tidwil
2.2.1.Meta jkun applikabbli, it-tidwil artifiċjali għandu jiġi pprovdut għal perjodu li jkun mill-inqas ekwivalenti għall-perjodu ta’ dawl naturali li normalment ikun disponibbli bejn d-9 ta’ filgħodu u l-5 ta’ waranofsinhar.
2.2.2.Id-dawl artifiċjali għandu jkollu spettru wiesa’ jew spettru sħiħ.
2.2.3.L-illuminament għandu jkun mill-inqas 50 lux fl-għoli ta’ ras l-annimal.
2.2.4.L-annimali għandu jkollhom il-possibbiltà li joqogħdu fid-dlam għal mill-inqas 8 sigħat kuljum.
2.3.Allokazzjonijiet ta’ spazju
2.3.1Allokazzjonijiet ta’ spazju minimu għall-klieb u għall-qtates (erja aċċessibbli totali, inkluż l-ispazju fuq ġewwa u fuq barra fil-magħluq imsemmi fl-Artikolu 11(5) meta jkun rilevanti):
|
Piż tal-annimal ħaj |
Erja għal kull annimal |
Għal kull annimal adult addizzjonali jew għall-klieb u għall-qtates femminili bil-ġriewi u bil-frieħ |
Għoli minimu (Fejn imsaqqaf) |
|
Klieb u qtates ta’ inqas minn 10 kg |
4 m2 |
+ 2 m2 |
1,80 m |
|
Klieb ta’ iktar minn 10 kg u ta’ inqas minn 20 kg |
6 m2 |
+ 3 m2 |
|
|
Klieb ta’ iktar minn 20 kg u ta’ inqas minn 30 kg |
8 m2 |
+ 4 m2 |
|
|
Klieb ta’ iktar minn 30 kg |
10 m2 |
+5 m2 |
2.3.2.Iż-żona tat-twelid trid tkun prevista u ddisinjata b’tali mod li l-kelba tkun tista’ titbiegħed mill-ġriewi tagħha.
2.3.3.Jekk il-kompartimenti fil-magħluq ikunu okkupati minn iktar minn kelb jew qattus wieħed, l-operaturi jridu jiżguraw, billi jieħdu miżuri speċifiċi (eż. pannelli ta’ separazzjoni), li dawn l-annimali ma jkunux ta’ theddida għal xulxin minħabba mġiba aggressiva.
3.Saħħa
3.1.Il-qtates femminili għandhom jintużaw għat-tnissil biss jekk ikunu għalqu mill-inqas 12-il xahar;
3.2.Il-klieb femminili għandhom jintużaw għat-tnissil biss jekk ikunu għalqu mill-inqas 18-il xahar;
3.3.L-operaturi għandhom jippermettu li kull kelba jkollha sa tliet ġriewi u kull qattusa jkollha sa tliet frieħ fi żmien sentejn.
3.4.Wara li l-klieb u l-qtates ikollhom tliet tqaliet konsekuttivi li jwasslu għal ġriewi u għal frieħ fi żmien sentejn, l-operaturi għandhom jiżguraw perjodu ta’ rkupru billi għal perjodu ta’ mill-inqas sena jipprevjenu li l-klieb u l-qtates femminili jittaqqlu.
4.Ħtiġijiet marbuta mal-imġiba
4.1.L-operaturi għandhom jiżguraw li:
(a)fl-ewwel 15-il ġimgħa, il-ġriewi u l-frieħ tal-qtates ikollhom opportunitajiet regolari għal kuntatt soċjali ma’ annimali tal-istess speċi tagħhom u mal-bnedmin, u, jekk ikun possibbli, ma’ annimali oħra;
(b)meta l-qtates u l-klieb adulti jitqiegħdu f’postijiet fejn jinżammu l-qtates u l-klieb, tiġi pprovduta soċjalizzazzjoni mal-bnedmin, b’mod partikolari permezz ta’ żjarat regolari u kuntatt mal-annimali;
(c)iż-żoni fejn jinżammu l-qtates u l-klieb ikunu mgħammra bi strutturi ta’ arrikkiment u b’oġġetti aċċessibbli għall-annimali kollha, sabiex jipprovdu ambjent stimulanti, u jnaqqsu l-frustrazzjoni tal-annimali;
(d)il-ġriewi ma jkunux separati b’mod permanenti minn ommhom qabel ma jagħlqu 8 ġimgħat;
(e)il-frieħ tal-qtates ma jkunux separati b’mod permanenti minn ommhom qabel ma jagħlqu 12-il ġimgħa.
ANNESS II
Identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-klieb u tal-qtates
(skont l-Artikolu 17)
It-transponders li jintużaw għall-immarkar tal-qtates u l-klieb kif meħtieġ fl-Artikolu 16 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a)il-mikroċippa għandu jkun fiha numru ta’ identifikazzjoni individwali, mhux ripetibbli u mhux riprogrammabbli;
(b)in-numru ta’ identifikazzjoni għandu jidentifika l-pajjiż tal-oriġini tal-annimal;
(c)l-istruttura tal-kodiċi u l-kunċett tekniku tal-identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju għandhom ikunu konformi mal-istandards ISO 11784 u 11785;
(d)il-konformità mal-istandards ISO 11784 u 11785 għandha tiġi evalwata skont l-istandard ISO 24631.
ANNESS III
Ġbir tad-data
(skont l-Artikolu 20)
1.L-għadd ta’ klieb u qtates mikroċippjati kull sena kif imsemmi fl-Artikolu 17;
2.L-għadd ta’ stabbilimenti tat-tnissil approvati kull sena kif imsemmi fl-Artikolu 16.