EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023DC0168

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Il-kompetittività fit-tul tal-UE: inħarsu lil hinn mill-2030

COM/2023/168 final

Brussell, 16.3.2023

COM(2023) 168 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Il-kompetittività fit-tul tal-UE: inħarsu lil hinn mill-2030


Il-kompetittività fit-tul tal-UE: inħarsu lil hinn mill-2030

In-negozji Ewropej huma l-muturi tas-soċjetà tagħna li joħolqu l-impjiegi, l-innovazzjoni u l-prosperità. Il-kompetittività u l-produttività huma kundizzjonijiet essenzjali biex in-negozji jirnexxu; ilhom fil-qalba tal-politika tal-UE għal għexieren ta’ snin.

Quddiem il-kriżijiet suċċessivi reċenti, l-UE malajr stabbiliet rispons komuni u kkoordinat, li juri li s-saħħa komuni tagħna hija akbar mis-somma tal-isforzi tal-Istati Membri kollha. It-tfixkil fil-ktajjen tal-provvista kkawżat mill-pandemija tal-COVID u l-prezzijiet tal-enerġija li dejjem qed jiżdiedu wara li r-Russja użat il-gass bħala arma, ittestjaw il-mudell Ewropew. Dawn l-isfidi ġegħluna naġġustaw politiki ekonomiċi u industrijali ppruvati sew biex inkomplu nwasslu l-prosperità u l-istabbiltà liċ-ċittadini u lin-negozji tagħna u biex inkunu l-attur ewlieni fix-xena globali. Madankollu l-ġestjoni tal-kriżijiet ma tibnix ekonomija robusta u valida għall-futur li tiżgura l-prosperità u l-influwenza globali tagħna. Il-produttività ekonomika ma tistax tinbena abbażi ta’ miżuri reattivi biss.

Issa huwa l-mument li niffukaw fuq il-kompetittività fit-tul tal-UE f’kuntest ġeopolitiku dejjem aktar diffiċli. Wasal iż-żmien li nħarsu lil hinn mill-2030, is-sena li għaliha ġew stabbiliti l-biċċa l-kbira tal-għanijiet tal-politika tal-UE.

Din il-Komunikazzjoni għandha l-għan li tipprovdi informazzjoni għad-diskussjonijiet tal-Mexxejja dwar il-kompetittività u l-produttività fit-tul tal-ekonomija tal-Ewropa. In-negozji Ewropej iridu jiddeċiedu dwar l-investimenti tagħhom għall-futur, fid-dawl ta’ inċertezzi, restrizzjonijiet fil-provvista u kompetizzjoni li mhux dejjem tkun ġusta.

L-UE tista’ tibni fuq il-punti b’saħħithom tagħha u tikseb aktar milli sempliċiment tipprova tlaħħaq u tnaqqas id-distakk fit-tkabbir u l-innovazzjoni. Qafas tal-UE li jħares ’il quddiem, definit sew u kkoordinat se jrawwem negozji b’saħħithom, kapaċi jikkompetu fis-suq globali, b’impjiegi attraenti u bl-istabbiliment ta’ standards globali. Biex l-ekonomija tal-UE taqbad it-triq tat-tkabbir sostenibbli wara l-2030, l-UE u l-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jiżguraw b’mod attiv titjib strutturali, investiment iffukat sew u miżuri regolatorji skont il-linji stabbiliti f’din il-komunikazzjoni. Issa wasal iż-żmien li naħdmu b’mod differenti, f’mument li jħoll u jorbot għall-kompetittività tal-UE fit-tul.

I.Il-kompetittività tal-UE llum

L-Unjoni Ewropea għandha ħafna biex tkun kburija. Hija waħda mit-tliet reġjuni ekonomiċi ewlenin tad-dinja, bil-kummerċ fi prodotti u servizzi mal-bqija tad-dinja li jirrappreżenta 16,2 % 1 tal-kummerċ dinji, ogħla mis-sehem tal-UE27 tal-PDG dinji: kważi 15 % 2 . Madankollu, ħarsa aktar mill-qrib turi li min-nofs is-snin 1990, it-tkabbir medju tal-produttività fl-UE kien aktar dgħajjef milli f’ekonomiji ewlenin oħra, u dan wassal għal diskrepanza dejjem akbar fil-livelli ta’ produttività. It-tibdil demografiku jkompli jżid il-pressjoni. L-analiżijiet juru li l-UE lanqas ma hija f’parità ma’ partijiet oħra tad-dinja f’xi teknoloġiji trażversali, u mhix iżżomm mal-pass tat-tliet dimensjonijiet kollha tal-innovazzjoni, tal-produzzjoni u tal-adozzjoni 3 u qed taqa’ lura fl-aħħar żviluppi teknoloġiċi li jippermettu t-tkabbir futur.

It-tranżizzjonijiet doppji ankrati fil-Patt Ekoloġiku Ewropew 4 u fid-Deċennju Diġitali 5 , jixprunaw it-tkabbir u l-modernizzazzjoni tal-ekonomija tal-UE, jiftħu opportunitajiet ġodda ta’ negozju u jgħinu biex jinkiseb vantaġġ kompetittiv fis-swieq globali. Fil-perjodu bejn l-1990 u l-2021, l-ekonomija tal-UE kibret b’aktar minn 61 % u l-emissjonijiet naqsu bi 28 %, u b’hekk it-tkabbir infatam b’mod ċar mill-emissjonijiet tas-CO2. Industrija ferm diġitalizzata se tkun kapaċi tipproduċi b’mod aktar intelliġenti, aktar effiċjenti, aktar sikur u aktar nadif. Il-produttività tal-kumpaniji li diġà jinvestu fl-innovazzjoni mmexxija mid-data u fl-analitika tad-data tikber b’madwar 5 % - 10 % aktar malajr minn dawk li ma jinvestux 6 .

Biex trawwem l-irkupru ta’ wara l-pandemija, il-Kummissjoni stabbiliet perkors biex tippromwovi l-investimenti u r-riformi. Minbarra l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, ħafna programmi tal-UE jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet doppji, pereżempju b’35 % tal-infiq kumplessiv mill-programmi kollha tal-UE ddedikati biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi. Bil-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku 7 reċenti, il-Kummissjoni ddeskriviet dak li jenħtieġ biex is-settur b’emissjonijiet żero netti jibqa’ kompetittiv fit-terminu medju u enfasizzat il-ħtieġa għal proċeduri aktar rapidi u aktar sempliċi biex in-negozji jirnexxu. Is-simplifikazzjoni amministrattiva u l-għoti ta’ permessi ssimplifikati għall-użu tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, il-materja prima kritika u l-manifattura ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti ġew żviluppati, u se jiġu eżaminati rigward l-implimentazzjoni usa’ tagħhom maż-żmien. Dan sar b’mod immirat, u mingħajr ma ġew kompromessi l-istandards għoljin ta’ sostenibbiltà.

II.Nagħtu spinta lill-kompetittività wara l-2030

Illum, hemm kunsens wiesa’ dwar il-mudell Ewropew għal tkabbir ekonomiku inklużiv, ibbażat fuq il-kompetittività sostenibbli, is-sigurtà ekonomika, il-kummerċ u l-awtonomija strateġika miftuħa u l-kompetizzjoni ġusta, bħala sors ta’ prosperità.

Il-kompetittività sostenibbli tibni fuq it-tkabbir tal-produttività, is-sostenibbiltà ambjentali, l-istabbiltà makroekonomika u l-ekwità. Is-sigurtà ekonomika hija l-kapaċità tal-ekonomija tal-UE li tiflaħ għal xokkijiet u tipproteġi l-interessi tagħha, bis-saħħa ta’ ktajjen tal-provvista reżiljenti u diversifikati u bin-negozji tagħha bi prestazzjoni tajba. L-UE timpenja ruħha li tiftaħ il-kummerċ billi ssegwi awtonomija strateġika miftuħa, filwaqt li terfa’ r-responsabbiltà tagħha fit-tiswir ta’ dinja aktar sostenibbli u aktar ġusta, u tibni l-kapaċitajiet tagħha stess biex iżżid ir-reżiljenza u tasserixxi lilha nnifisha kontra prattiki koerċittivi u inġusti.

Hemm lezzjonijiet x’nitgħallmu mill-istorja tal-Unjoni Ewropea. Il-programmi u r-riformi wisgħin fil-livell komunitarju b’dimensjoni ta’ kompetittività ċara, bħall-Politika Kummerċjali Komuni fis-snin 50, u l-Programm tas-Suq Uniku fis-snin 80, taw spinta lill-attività ekonomika u lill-produttività. Azzjoni komuni aktar b’saħħitha fil-livell tal-UE tista’ terġa’ tixpruna l-prosperità u l-produttività llum il-ġurnata. 

Hija s-sistema Ewropea tagħna ta’ drittijiet u valuri li tattira individwi u negozji lejn l-UE, ibbażata fuq mudell soċjali Ewropew b’saħħtu b’opportunitajiet indaqs għal kulħadd u ekonomija tas-suq, li ma tħalli lil ħadd jibqa’ lura. L-UE tmexxi l-biċċa l-kbira tad-dimensjonijiet tal-inklużjoni soċjali 8 , appoġġata mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Istituzzjonijiet robusti, qafas makroekonomiku stabbli li jinkludi suq tax-xogħol li jiffunzjona tajjeb, sitwazzjoni ta’ dejn sostenibbli u politika mmirata lejn prezzijiet stabbli se jkomplu jkunu l-fatturi ta’ suċċess tal-kompetittività tal-UE. L-istat tad-dritt jiggarantixxi d-drittijiet fundamentali u jappoġġa ambjent tan-negozju stabbli, prevedibbli u favorevoli għall-investiment, bi dritt garantit għal rimedju. Bl-istess mod, l-infrastruttura ta’ kwalità għolja u l-kapital uman b’forza tax-xogħol edukata u mħarrġa sew huma fost l-assi tal-UE.

Permezz tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni se tkompli tipprovdi analiżi u tipproponi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż biex jiġu indirizzati l-ostakli ewlenin għal tkabbir sostenibbli u inklużiv fl-Istati Membri, filwaqt li jiġi żgurat momentum effettiv għar-riforma biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet it-tajba biex tingħata spinta lill-kompetittività u l-produttività, inkluż fir-rigward tal-politiki fiskali u l-istabbiltà makroekonomika.

Biex trawwem il-futur tal-kompetittività tal-Ewropa, il-Kummissjoni tipproponi li taħdem fuq disa’ xpruni li jsaħħu lil xulxin b’mod reċiproku. Flimkien ma’ dawn id-disa’ xpruni u bħala t-tieni parti ta’ azzjoni, il-Kummissjoni se taħdem b’mod attiv lejn qafas regolatorju li jsaħħaħ it-tkabbir. 

1.Suq Uniku li Jiffunzjona

Is-Suq Uniku jammonta għal 23 miljun negozju li jimpjegaw kważi 128 miljun persuna u jikkontribwixxi għal żieda strutturali fil-PDG tal-UE b’madwar 9 % 9 . Dan jagħti aċċess lin-negozji għal bażi ta’ klijenti ta’ aktar minn 440 miljun persuna u huwa l-bażi għal tkabbir transfruntier u biex ikunu possibbli l-ekonomiji ta’ skala.

Il-Komunikazzjoni “Single Market at 30 (Mat-30 sena ta’ Suq Uniku) 10 tħares lejn il-kisbiet u l-potenzjal li għandu, u tindika fejn jista’ jsir aktar biex jitneħħew l-ostakli u jiġi approfondit is-Suq Uniku.

Bla dubju, is-Suq Uniku huwa l-qalba tal-kompetittività tal-UE u fil-futur se jibqa’ hekk. Is-Suq Uniku huwa dak li jagħmel l-erba’ libertajiet fundamentali tat-Trattat realtà.

Il-kundizzjonijiet ekwivalenti fis-Suq Uniku u f’livell globali jibqgħu l-prijorità. Għan-negozji, is-Suq Uniku huwa l-ixprun ewlieni tat-tkabbir, tal-produttività u tal-kompetittività. Għall-konsumaturi fid-dinja kollha s-Suq Uniku huwa sors ta’ fiduċja li l-prodotti mixtrijin fl-Unjoni huma sikuri u ta’ kwalità għolja, u maħluqa bi standards għoljin rigward il-protezzjoni tax-xogħol u tal-ambjent. Kif deskritt f’“Mat-30 sena ta’ Suq Uniku”, it-traspożizzjoni korretta u f’waqtha tal-liġi tal-UE hija ta’ importanza kritika biex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni tas-Suq Uniku tikseb l-effetti intenzjonati tagħha.

Politika tal-kompetizzjoni b’saħħitha trid tibqa’ fil-qalba tal-isforzi tagħna. Din hija essenzjali biex isseħħ l-innovazzjoni u biex jitbaxxew il-prezzijiet għall-konsumaturi tal-UE 11 . Il-Kummissjoni bħalissa qed twettaq rieżami li jkopri aktar minn 20 sett ta’ regoli u linji gwida dwar il-kompetizzjoni fl-istrumenti kollha tagħha, filwaqt li tqis l-iżviluppi sinifikanti tas-snin li għaddew, b’mod partikolari d-diġitalizzazzjoni u l-modi ġodda ta’ kif jiġu offruti prodotti u servizzi, u biex tirrifletti n-natura dejjem aktar interkonnessa u globalizzata tal-iskambji kummerċjali. Introduċiet ukoll għodod ġodda biex tiġġieled it-theddid il-ġdid għall-kompetizzjoni. L-Att dwar is-Swieq Diġitali jiżgura li l-kumpaniji ta’ pjattaformi kbar ma jfixklux il-kompetizzjoni ġusta. Ir-Regolament dwar is-Sussidji Barranin jipproteġi l-kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-kumpaniji kollha fis-Suq Uniku billi jindirizza d-distorsjonijiet ikkawżati minn sussidji barranin. B’mod parallel, il-Kummissjoni se tkompli tuża bis-sħiħ l-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ, u l-kummerċ internazzjonali bbażat fuq ir-regoli kontra prattiki kummerċjali inġusti bħad-dumping u s-sussidji distorsivi.

It-tisħiħ tal-integrazzjoni tas-Suq Uniku, kif deskritt fil-komunikazzjoni “Mat-30 sena ta’ Suq Uniku”, jirrikjedi t-tneħħija tal-ostakli u l-konċentrazzjoni fuq xi setturi. Pereżempju, il-Kummissjoni se taħdem biex tkompli timplimenta l-prinċipju ta’ “darba biss”, inkluż permezz ta’ punti uniċi ta’ servizz, f’oqsma bħat-tassazzjoni, id-dwana, u r-rappurtar regolatorju 12 . Meta wieħed iħares ’il quddiem, hemm potenzjal sinifikanti għat-titjib u t-tlestija tas-Suq Uniku għas-servizzi.

It-twessigħ u l-approfondiment ulterjuri tas-Suq Uniku huma l-aktar miżura kosteffettiva biex tiġi żgurata l-produttività tal-UE. Il-livell ta’ integrazzjoni għall-kummerċ kemm tal-prodotti kif ukoll tas-servizzi rdoppja f’dawn l-aħħar 30 sena, iżda l-integrazzjoni fil-qasam tas-servizzi, li tammonta għal madwar 70 % tal-PDG tal-UE, għadha ferm inqas minn dik tal-prodotti.

Biex jiġi mmonitorjat dan l-ixprun, qed jiġi propost l-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni (KPI) li ġej:

KPI

Sors

Mira

L-aħħar data disponibbli

1

Integrazzjoni fis-Suq Uniku (il-kummerċ vs il-PDG)

Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku

Żieda

23,5 % għall-prodotti (2021)

6,75 % għas-servizzi (2021)

2

Defiċit ta’ konformità

Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku

0,5 %

1,3 % (2021)

2.Aċċess għal kapital u investiment privat

L-investiment privat jirrappreżenta aktar minn 85 % tal-investiment totali fl-UE 13 . L-investimenti meħtieġa biex jiġu aċċellerati t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, biex tissaħħaħ ir-reżiljenza u tingħata spinta lill-kompetittività tal-Unjoni se jkollhom jiġu primarjament mis-settur privat.  
Id-daqs u l-profondità attwali tas-swieq kapitali tal-UE mhumiex adegwati biex jappoġġaw it-tkabbir futur tal-UE. Il-kapitalizzazzjoni tas-suq tal-istokks tal-UE hija inqas min-nofs tal-Istati Uniti, bħala perċentwal tal-PDG, u inqas minn dik tal-Ġappun, taċ-Ċina u tar-Renju Unit. Madankollu, l-Ewropej ifaddlu ħafna aktar mill-Amerikani.      
L-industrija tal-kapital ta’ riskju tal-UE hija mal-20 darba iżgħar minn dik tal-Istati Uniti 14 u l-biċċa l-kbira tal-investimenti tal-kapital ta’ riskju huma kkonċentrati fi ftit Stati Membri tal-UE.

Ekonomija kompetittiva teħtieġ aċċess effiċjenti għall-finanzjament. Filwaqt li l-appoġġ pubbliku għandu rwol kruċjali bħala faċilitatur biex jiġi mobilizzat l-investiment, finanzjament privat sinifikanti huwa essenzjali fid-dawl tal-iskala kbira tal-ħtiġijiet. Għalkemm l-aċċess għall-finanzi tjieb b’mod sinifikanti fl-UE matul dawn l-aħħar snin, il-kapital ta’ riskju (b’mod partikolari għat-tkabbir u l-espansjoni tan-negozji) għadu skars.

L-approfondiment tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali huwa essenzjali biex jiġi sfruttat l-investiment privat, jiġu diversifikati s-sorsi ta’ finanzjament u jiġi allokat il-kapital b’mod effiċjenti fl-UE kollha. It-tkabbir tas-swieq kapitali u l-integrazzjoni transfruntiera tagħhom se jippermettu lill-kumpaniji jaċċessaw sorsi differenti ta’ finanzjament u opportunitajiet ta’ investiment meta jkunu qed jibdew u jespandu fl-Ewropa. Barra minn hekk, l-UE trid tegħleb il-frammentazzjoni biex tiffaċilita l-investimenti transfruntieri. Dan jirrikjedi liġijiet tal-insolvenza aktar allinjati, aċċess simplifikat għas-swieq kapitali, b’mod partikolari għall-kumpaniji ż-żgħar, involviment aktar profond tal-investituri fil-livell tal-konsumatur fis-swieq kapitali, infrastruttura tas-suq robusta, aċċess faċli għall-informazzjoni finanzjarja u superviżjoni aktar integrata.

Il-Kummissjoni tinsab lesta li tagħti l-appoġġ sħiħ tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jadottaw il-proposti tagħha malajr u jżidu l-livell ta’ ambizzjoni, issa u fil-futur. Il-proposti kollha taħt il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali jenħtieġ li jiġu adottati qabel tmiem il-mandat ta’ din il-Kummissjoni. Irridu nieħdu azzjoni issa.

It-tlestija tal-Unjoni Bankarja hija kruċjali wkoll għall-kompetittività tal-ekonomija tal-UE. B’75 % tas-self korporattiv ipprovdut mill-banek tal-UE, Unjoni Bankarja b’saħħitha hija kruċjali għall-istabbiltà finanzjarja. Il-Kummissjoni se ssegwi d-dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro biex tirrieżamina l-qafas dwar il-ġestjoni tal-kriżijiet bankarji u l-assigurazzjoni ta’ depożitu 15 . 

L-Unjoni tas-Swieq Kapitali u l-Unjoni Bankarja mhumiex politika settorjali – huma l-bażi tas-saħħa tal-ekonomija Ewropea kollha kemm hi. 

Il-qafas tat-taxxa tal-UE huwa wkoll kruċjali fl-appoġġ tat-tkabbir u l-investiment privat, b’mod partikolari bit-tneħħija tal-ostakli tat-taxxa għall-investiment transfruntier. Kif imħabbar, il-Kummissjoni se tressaq proposti għal sistema mifruxa mal-UE kollha għat-taxxa minn ras l-għajn u qafas ġdid għat-tassazzjoni fuq l-introjtu għan-negozji fl-Ewropa (BEFIT).

Il-qafas regolatorju għas-servizzi finanzjarji għadda minn bidliet sostanzjali mill-kriżi finanzjarja ’l hawn biex tiġi żgurata l-istabbiltà u biex jitrawmu s-swieq kapitali. Filwaqt li qafas stabbli jwassal għal ambjent favorevoli għan-negozju u għal ċertezza legali għall-parteċipanti fis-suq, il-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji jenħtieġ li tisfrutta l-opportunitajiet tal-innovazzjoni u l-bidliet teknoloġiċi filwaqt li tindirizza r-riskji emerġenti, f’konformità mal-istrateġiji tal-finanzi diġitali u tal-pagamenti bl-imnut 16 .

L-UE stabbiliet lilha nnifisha bħala mexxejja fil-finanzi sostenibbli internazzjonalment. Hija taħdem lejn il-konverġenza tal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà fil-livell globali, b’mod partikolari permezz tal-Pjattaforma Internazzjonali dwar il-Finanzi Sostenibbli. Il-Kummissjoni se tfittex li tissimplifika l-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ divulgazzjoni sa fejn ikun possibbli, filwaqt li żżomm l-ambizzjoni tal-UE f’termini ta’ tranżizzjoni ekoloġika u tipprovdi gwida lill-kumpaniji 17 . Għaddejja ħidma fuq il-valutazzjoni komprensiva tal-implimentazzjoni tar-Regolament dwar id-divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà tas-servizzi finanzjarji

Il-fondi pubbliċi inizjali jistgħu jixprunaw u jimmobilizzaw l-investiment privat. Il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni stabbilit taħt il-Programm Orizzont Ewropa tal-UE sa issa pprovda aktar minn 112-il negozju “centaur” 18 ġdid, u aktar minn 12-il negozju “unicorn” ġdid permezz tal-faċilitazzjoni tal-aċċess għall-finanzi u għas-servizzi ta’ konsulenza. Il-Programm InvestEU għandu l-għan li jimmobilizza aktar minn EUR 372 biljun ta’ finanzjament, prinċipalment privat, filwaqt li jiffoka fuq oqsma ta’ prijorità u l-Kummissjoni ħadmet mal-BEI u ma’ sħab oħra ta’ implimentazzjoni biex tfassal taħlita ta’ prodotti li jwieġbu għall-ħtiġijiet attwali inkluż permezz ta’ prodotti apposta tal-kapital tar-riskju f’kumpaniji li għadhom jibdew jew fi stadju ta’ tkabbir. Madankollu, dan mhux biżżejjed biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet futuri. Għalhekk il-Kummissjoni qed tivvaluta kif il-finanzjament kumplessiv għal InvestEU jista’ jiżdied, b’mod partikolari għall-perjodu li jkopri mill-2024 sal-2027. Barra minn hekk, il-Fond Ewropew għas-Sovranità futur ikollu rwol ewlieni x’jaqdi biex jattira l-investiment privat f’teknoloġiji kritiċi u emerġenti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.

Investiment privat qawwi huwa sinjal ta’ fiduċja fil-kompetittività tal-Ewropa. Il-kapital tar-riskju jikkomplementa l-finanzjament bankarju b’mudelli ta’ finanzjament aktar diversifikati għan-negozji, b’mod partikolari għall-kumpaniji innovattivi ġodda. L-UE trid iżżid l-isforzi tagħha biex toffri opportunitajiet daqs dawk offruti minn ekonomiji ewlenin oħra.

Biex jiġi mmonitorjat dan l-ixprun, qed jiġu proposti l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) li ġejjin:

KPI

Sors

Mira

L-aħħar data disponibbli

3

Investiment privat nett bħala sehem mill-PDG

Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku

Żieda

3,2 % (2021)

2,6 % (2020)

4

Investiment fil-kapital ta’ riskju

Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku

Żieda

0,48 % (2021)

0,03 % (2018)

3.Investiment pubbliku u infrastruttura

L-investiment pubbliku huwa essenzjali għall-promozzjoni tal-kompetittività permezz ta’ investiment f’oqsma bħar-riċerka u l-iżvilupp, l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa, għat-trawwim ta’ Suq Uniku konness sew u bla intoppi permezz ta’ investiment fl-infrastruttura, u biex jiġi attirat l-investiment privat. Fl-2022, l-investiment pubbliku fl-UE ammonta għal 3,2 % tal-PDG. Fl-2021, l-infiq pubbliku fuq l-edukazzjoni ammonta għal 4,8 % tal-PDG.

Il-baġits pubbliċi tal-UE flimkien mal-Istati Membri tagħha jipprovdu liċ-ċittadini b’livell għoli ta’ servizzi pubbliċi u infrastruttura. Sistemi tas-saħħa ta’ kwalità u soċjetà edukata mħejjija għall-isfidi ta’ għada huma fundamentali għar-reżiljenza tal-ekonomiji tagħna.

Il-Politika ta’ Koeżjoni hija l-kontributur ewlieni għall-investiment pubbliku fil-livell tal-UE, billi twettaq il-prijoritajiet Ewropej miftiehma b’mod komuni u billi tixpruna l-konverġenza ekonomika u r-reżiljenza. Għall-ġejjieni, il-fondi ta’ koeżjoni se jkomplu jkunu rilevanti għall-kompetittività tal-Unjoni, filwaqt li jisfruttaw il-potenzjal tar-reġjuni kollha u jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom.

Il-qafas Ewropew ta’ governanza ekonomika jenħtieġ li jiġi riformat b’mod urġenti biex ikun hemm sett ta’ regoli fiskali tal-UE li jqisu bis-sħiħ ir-realtà ekonomika u ġeopolitika ġdida. L-orjentazzjonijiet ta’ riforma tal-Kummissjoni għandhom l-għan li jiġbru flimkien l-impenji fiskali, ta’ riforma u ta’ investiment ta’ kull Stat Membru f’qafas komuni tal-UE. It-trajettorji fiskali speċifiċi għall-pajjiż kif ukoll l-investiment pubbliku ta’ prijorità u l-impenji ta’ riforma flimkien se jiggarantixxu tkabbir sostenibbli u inklużiv filwaqt li jiżguraw it-tnaqqis sostnut u gradwali tad-dejn.

’Il quddiem, se jkun essenzjali li jitkompla u jiżdied l-investiment pubbliku li jipprovdi l-infrastruttura dekarbonizzata fuq skala kbira. Żieda fil-kapaċità u l-modernizzazzjoni tal-infrastruttura tal-enerġija, tat-trasport u tal-konnettività fl-UE huma meħtieġa biex jiġi appoġġat it-tkabbir tal-industrija u biex jittieħed vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet tas-Suq Uniku.

L-immodernizzar tal-infrastruttura Ewropea tat-trasport se tippermetti servizzi ta’ mobbiltà u loġistika reżiljenti għat-tibdil fil-klima, intelliġenti, aktar sikuri u aktar effiċjenti għaċ-ċittadini u għall-intrapriżi. Il-konnettività hija kruċjali għall-koeżjoni, u aktar u aktar għall-Istati Membri fil-periferija tas-Suq Uniku. L-UE għandha wkoll tkompli taqdi rwol ewlieni biex trawwem kundizzjonijiet ekwivalenti globali fis-settur tal-avjazzjoni u dak marittimu.

Għal dawn l-infrastrutturi, kif ukoll għall-enerġija, il-proġetti transfruntieri u ta’ diversi pajjiżi huma essenzjali. Kemm l-UE kif ukoll l-Istati Membri jenħtieġ li jissimplifikaw, jaċċelleraw u jarmonizzaw id-diġitalizzazzjoni u l-proċess regolatorju għall-proġetti ta’ infrastruttura, speċjalment għall-interkonnessjonijiet u l-konġestjonijiet transfruntieri.

L-ispazju qed isir dejjem aktar faċilitatur kritiku għall-funzjonament tajjeb tal-ekonomiji tagħna, u għas-sigurtà u d-difiża. L-ispazju għandu diversi sinerġiji mas-settur tad-difiża 19 . L-isfruttament tagħhom u l-konsolidazzjoni ulterjuri tal-inizjattivi ewlenin spazjali tal-UE (Galileo, Copernicus u IRIS) jippermettu li l-UE tilħaq l-objettivi ġeopolitiċi u strateġiċi tagħha (eż. id-difiża tal-fruntieri, is-sigurtà, il-ġestjoni tal-emerġenzi, it-tnaqqis tad-dipendenzi), tagħti spinta lill-innovazzjoni, u ssaħħaħ it-tkabbir ekonomiku Ewropew.

L-akkwist pubbliku jista’ jistimula l-ktajjen tal-provvista permezz ta’ żieda fid-domanda. Użat strateġikament, b’enfasi mhux biss fuq il-prezz, jista’ jrawwem is-sigurtà tal-provvista, is-sostenibbiltà u jżid ir-reżiljenza tal-ekosistemi industrijali. L-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti 20 huwa pass f’din id-direzzjoni. Jenħtieġ ukoll li għall-SMEs ikun aktar faċli biex isiru innovattivi u sostenibbli, jew għall-konsorzji inklużi tali SMEs, biex jipparteċipaw fl-akkwist. Meta jkun possibbli, l-offerti għandhom jitfasslu b’mod li jippermetti l-parteċipazzjoni tal-SMEs, inkluż fi proġetti permezz tal-istrateġija tal-Global Gateway.

Biex jiġu pprovduti prodotti pubbliċi ta’ kwalità għolja, kif ukoll biex jiġi inċentivat l-involviment tal-investimenti privati, huma meħtieġa livelli xierqa ta’ investiment pubbliku. Finanzi pubbliċi u tkabbir sostenibbli jistgħu jiżguraw l-ispazju fiskali meħtieġ.

Biex jiġi mmonitorjat dan l-ixprun, qed jiġi propost l-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni (KPI) li ġej:

KPI

Sors

Mira

L-aħħar data disponibbli

5

Investiment pubbliku bħala sehem mill-PDG

Il-bażi tad-data AMECO

Żieda

3,2 % (2022)

4.Riċerka u Innovazzjoni

L-UE tirrappreżenta madwar kwint tal-pubblikazzjonijiet, tal-privattivi u tar-riċerka u l-innovazzjoni ferm ikkwotati fid-dinja, b’inqas minn 7 % tal-popolazzjoni tad-dinja.

Bħalissa l-UE tinvesti madwar EUR 330 biljun fis-sena fir-riċerka u l-innovazzjoni, li jikkorrispondu għal 2,26 % tal-PDG tagħha.

Fl-2021, it-tliet setturi ewlenin kienu jirrappreżentaw 73,6 % tal-investiment korporattiv fir-riċerka u l-iżvilupp fl-UE: L-industrija tal-karozzi (31,3 %), il-produtturi u s-servizzi tal-ICT (22,6 %), u l-industriji tas-saħħa (19,9 %) 21 .

Fl-2021 l-UE kellha 69 negozju “unicorn” ġdid apparagun ta’ 169 fiċ-Ċina u 470 fl-Istati Uniti 22 .

L-intensità tal-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp tal-UE żdiedet minn 1,8 % tal-PDG għal 2,3 % tal-PDG matul l-2000-2020 23 , iżda għadha taħt tal-Istati Uniti (3,5 %), tal-Ġappun (3,37 %), u tal-Korea t’Isfel (4,8 %) fl-

2021 24 .

L-Ewropa għadha qawwa xjentifika u l-koordinazzjoni tar-riċerka skont prijoritajiet komuni fl-UE tjiebet. Madankollu, meta mqabbla mal-kompetituri tagħha, l-Ewropa ma tinvestix biżżejjed fir-riċerka u l-innovazzjoni. L-investiment tal-lum fl-innovazzjoni jissarraf fil-kompetittività mtejba ta’ għada. Biex l-industrija tal-UE tibqa’ kompetittiva, jenħtieġ li żżid il-pass tal-innovazzjoni, b’mod partikolari fit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u fis-setturi li qed isawru wkoll l-ekonomija u s-soċjetà tal-futur. Il-baġits tal-UE u tal-Istati Membri għandhom disponibbli fondi sinifikanti. Madankollu, l-infiq privat fuq ir-R&Ż huwa relattivament baxx meta mqabbel mal-pari globali tal-UE. Jenħtieġ ukoll li jiġi attirat finanzjament privat fuq skala akbar. Il-kundizzjonijiet tan-negozju, minbarra li jaċċelleraw il-finanzjament, jenħtieġ li jkunu tajbin għan-negozji l-ġodda u l-SMEs innovattivi biex ikunu jistgħu jespandu u jibqgħu fl-UE. Il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni jgħaqqad l-għotjiet u l-ekwità u għandu l-għan preċiż li jipprovdi l-kundizzjonijiet it-tajba biex in-negozji l-ġodda jkunu jistgħu jespandu mingħajr ma jkollhom għalfejn jirrilokaw biex ifittxu finanzjament.

Sabiex jiżdied l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni, il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu inċentivi ġenerali bbażati fuq it-taxxa għall-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni. Is-sħubijiet pubbliċi-privati, il-miżuri ta’ appoġġ għar-RŻI inkluż permezz tal-IPCEIs huma kruċjali biex jitnaqqas ir-riskju fl-innovazzjoni.

Filwaqt li l-politika ta’ koeżjoni tappoġġja l-konverġenza ta’ reġjuni inqas żviluppati permezz tal-appoġġ għar-riċerka, għall-innovazzjoni u għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, l-UE teħtieġ li r-reġjuni kollha tagħha jeċċellaw fl-innovazzjoni. L-Aġenda Ewropea tal-Innovazzjoni l-ġdida għandha l-għan li taċċellera u ssaħħaħ l-innovazzjoni fl-UE kollha. Dan huwa partikolarment importanti fl-oqsma tal-futur, fit-teknoloġija nadifa, il-bijoteknoloġija u fid-dinja diġitali, li huma kkaratterizzati minn produttività tax-xogħol ogħla mis-setturi tradizzjonali 25 . Jenħtieġ li l-UE tisfrutta l-potenzjal ta’ dawn it-teknoloġiji filwaqt li tipprepara l-industrija tagħha biex tkun kompetittiva wara l-2030 sabiex tmexxi, u mhux biss issegwi, f’dawn l-oqsma b’potenzjal għoli ta’ tkabbir. 

It-teknoloġiji nodfa llum huma ċ-ċentru tat-tranżizzjoni ekoloġika u huma wieħed mill-aktar oqsma promettenti fejn l-UE tista’ u għandha tiżviluppa aktar il-vantaġġ komparattiv tagħha. L-UE għadha fuq quddiem nett fit-teknoloġiji nodfa u intelliġenti tal-produzzjoni u jenħtieġ li tikkapitalizza b’mod partikolari fuq il-pożizzjoni tagħha minn ta’ quddiem fiċ-ċirkolarità u fil-privattivi ekoloġiċi ta’ valur għoli. Tista’ tibni wkoll fuq il-pożizzjoni b’saħħitha tagħha fl-oqsma tal-materjali avvanzati, fit-teknoloġiji għan-newtralità klimatika fl-industriji intensivi fl-enerġija, u tittrasforma u tiżviluppa l-industriji tal-karozzi u tat-trasport.

Flimkien mat-teknoloġiji nodfa, il-bijoteknoloġija tista’ toffri soluzzjonijiet b’bażi bijoloġika ta’ valur għoli għal firxa wiesgħa ta’ użi u ta’ setturi, bħas-saħħa, u tista’ tissostitwixxi materjali rinnovabbli mkabbra domestikament b’materjali fossili jew estratti u importati. Fir-rigward tal-bijoteknoloġija blu, il-ġbir, l-ipproċessar u l-użu ta’ data dwar l-oċean u l-attivitajiet umani relatati għandhom il-potenzjal li jirbħu s-swieq globali. Bijoekonomija ċirkolari toffri potenzjal enormi biex jiġu esplorati possibbiltajiet ta’ sostituzzjoni fejn ir-riżorsi naturali huma skarsi.

Bħala l-fergħa ta’ finanzjament tal-UE, il-Grupp tal-BEI jagħti spinta lill-investiment pubbliku biex jappoġġa r-riċerka u l-iżvilupp ta’ proġetti u teknoloġiji innovattivi f’konformità mal-prijoritajiet tal-UE. Dan jgħin biex jiġu attirati investituri privati billi jipprovdi finanzjament ta’ riskju kif ukoll għarfien espert tekniku u finanzjarju għal proġetti innovattivi inkluż taħt InvestEU.

L-UE ftit li xejn għamlet progress lejn il-mira ta’ nfiq fuq ir-Riċerka u l-Iżvilupp bħala perċentwal tal-PDG, u abbażi tax-xejriet attwali mhux se tilħaq il-mira ta’ 3 % sal-2030. Se jkunu meħtieġa sforzi saħansitra akbar biex tibqa’ kompetittiva wara l-2030. Filwaqt li għadd kbir ta’ privattivi huma prova ta’ kreattività u innovazzjoni fl-UE, l-introduzzjoni fis-suq tista’ tiġi megħjuna b’laboratorji tal-ittestjar regolatorji u b’appoġġ finanzjarju. 

Biex jiġi mmonitorjat dan l-ixprun, qed jiġu proposti l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) li ġejjin:

KPI

Sors

Mira

L-aħħar data disponibbli

6

Intensità tar-R&Ż bħala % tal-PDG

Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku

>3% wara l-2030

2,26 % (2021)

7

L-għadd ta’ applikazzjonijiet għall-privattivi

Eurostat

Żieda

67 713 (2021)

65 925 (2020)

5.Enerġija

Mill-ogħla żieda fil-prezz tal-gass f’Awwissu li għadda, il-prezzijiet tal-gass bdew jonqsu u issa huma madwar 50 EUR/MWh, li jistgħu jitqabblu ma’ dawk osservati qabel il-gwerra f’Jannar 2022. Madankollu, il-prezzijiet tal-elettriku għan-negozji u l-konsumaturi fl-UE jibqgħu ogħla milli f’partijiet oħra tad-dinja, pereżempju huma d-doppju ta’ dawk fl-Istati Uniti 26 . 

Fl-2021, 21,8 % tal-konsum tal-enerġija finali gross tal-UE kien minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Fl-2022, il-kapaċità installata (353 GW) żdiedet b’16 % u ġew iffrankati madwar 11-il bcm ta’ ekwivalenti ta’ gass f’sena.

Biex iżżomm il-kompetittività tagħha, l-UE teħtieġ provvista affidabbli u sigura ta’ enerġija affordabbli u suq integrat tajjeb għall-enerġija li jkun jiflaħ għall-interruzzjonijiet. Il-prezzijiet tal-enerġija huma storikament ogħla fl-UE milli f’reġjuni oħra tad-dinja, u dan id-distakk reċentement żdied minħabba l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. Għal ċertu numru ta’ snin se jippersistu fl-UE l-prezzijiet aktar għoljin tal-enerġija apparagun ta’ xi wħud mill-kompetituri globali. Il-pjan REPowerEU 27 għandu l-għan li jżid l-indipendenza enerġetika tal-UE u li jaċċellera l-objettivi tad-dekarbonizzazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Diversi partijiet tal-leġiżlazzjoni qed jiġu nnegozjati jew reċentement ġew approvati biex tiżdied l-ambizzjoni fl-oqsma tal-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika, kif ukoll biex jiġu stabbilizzati s-swieq u biex il-konsumaturi jiġu protetti mill-prezzijiet għoljin tal-enerġija.

L-introduzzjoni b’ħeffa tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u tal-effiċjenza enerġetika huma kruċjali biex intejbu l-elementi fundamentali ekonomiċi tagħna, innaqqsu l-prezzijiet tal-enerġija, filwaqt li niżguraw l-indipendenza enerġetika tagħna. Dan se jirrikjedi investiment sinifikanti fil-ġenerazzjoni tal-enerġija, fin-networks kif ukoll fil-kapaċità industrijali f’dawn is-setturi. Ir-reviżjoni tat-Tfassil tas-Suq tal-Elettriku 28 se ttejjeb l-inċentivi għall-investimenti privati fis-sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Wara l-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku u soġġett għall-approvazzjoni mill-korpi governattivi tiegħu, il-BEI esprima r-rieda li jżid il-kontribuzzjoni tiegħu għall-Pjan REPowerEU, minn EUR 30 biljun għal EUR 45 biljun, u jista’ jimmobilizza b’kollox aktar minn EUR 150 biljun ta’ investiment għall-kapaċità tal-industrija b’emissjonijiet żero netti u għat-tnedija tagħha.

Barra minn hekk, l-elettrifikazzjoni tal-ekonomija tirrikjedi l-aġġornament tal-grilja biex l-integrazzjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u d-diġitalizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija jkunu appoġġati. Il-ħżin tal-enerġija se jkollu wkoll rwol sinifikanti biex jiġu żgurati l-flessibbiltà u s-sigurtà tal-provvista billi jiffaċilita l-integrazzjoni tal-ġenerazzjoni rinnovabbli, jappoġġa l-grilja, u jaqleb l-enerġija meta din tkun l-aktar meħtieġa. 

L-UE stabbiliet miri ambizzjużi għall-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli u issa trid tilħaqhom biex iżżid l-indipendenza enerġetika u tnaqqas progressivament id-differenza fl-ispejjeż ma’ partijiet oħra tad-dinja.

Biex jiġi mmonitorjat dan l-ixprun, qed jiġu proposti l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) li ġejjin:

KPI

Sors

Mira

L-aħħar data disponibbli

8

Is-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli

Eurostat

45 % fl-2030

21,77 % (2021)

9

Prezzijiet tal-elettriku għall-konsumaturi mhux ta’ unitajiet domestiċi

Eurostat

Tnaqqis u mbagħad stabbli

EUR 0,1604 għal kull kWh

(Semestru 1 tal-2022)

6.Ċirkolarità

L-ekonomija ċirkolari, bis-saħħa tar-rivoluzzjoni teknoloġika, hija kruċjali biex it-tkabbir ekonomiku tal-UE jinfatam mill-użu tar-riżorsi primarji. Dan jippermetti wkoll lill-Ewropa biex tkabbar il-produttività tar-riżorsi b’sa 3 % fis-sena. Dan jissarraf f’żieda fil-PDG ta’ 7 % meta mqabbel maż-żamma tal-istatus quo, b’impatti pożittivi addizzjonali fuq l-impjiegi u l-ambjent 29 . 

Fl-2021, ir-rata ta’ ċirkolarità fl-użu tal-materjali fl-UE kienet ta’ 11,7 % 30 . Skont l-istimi tal-Eurostat, is-setturi tal-ekonomija ċirkolari ammontaw għal kważi 4,3 miljun impjieg 31 u għal valur miżjud ta’ madwar EUR 299 miljun fl-2021 32 .

L-ekonomija ċirkolari toffri opportunità kbira biex jitnaqqsu d-dipendenza fuq ir-riżorsi kif ukoll il-ħela, u biex jiżdiedu l-produttività tar-riżorsi, l-impjiegi u t-tkabbir. Għandha wkoll il-potenzjal li toħloq firxa ġdida ta’ servizzi, mudelli ta’ negozju ċirkolari bi prodott bħala servizz, b’kondiviżjoni bejn il-pari, b’manifattura fuq talba u b’soluzzjonijiet diġitali. Il-politiki tal-UE dwar l-ekonomija ċirkolari jappoġġaw l-għan tal-UE li tnaqqas id-dipendenzi kummerċjali tagħha. Il-prodotti li huma mfasslin biex jissewwew, jintużaw mill-ġdid u jiġu rriċiklati, u l-kisba ta’ aktar valur mill-materjal, se jkunu kruċjali għall-ekonomija ċirkolari. Is-simbjożi industrijali, meta l-iskart u l-prodotti sekondarji fuq industrija jsiru materja prima għal oħrajn, hija qasam ieħor ta’ tkabbir industrijali sostenibbli.

Suq li jiffunzjona tajjeb għall-materjal sekondarju se jkun kruċjali fi żminijiet ta’ skarsezza tar-riżorsi. Għal dan l-għan, l-Att dwar il-Materja Prima Kritika 33 se jinċentiva r-riċiklaġġ bl-objettiv ta’ politika li 15 % tad-domanda tal-UE tiġi fornuta minn materja prima kritika riċiklata. Dan se jgħin biex jissaħħaħ il-qafas tal-iskart u taċ-ċirkolarità għal tali materjali u se jippromwovi r-riċiklaġġ effiċjenti tal-materjali biex jiġi żgurat suq sekondarju b’saħħtu.

Ir-regoli komuni applikabbli fl-UE kollha jagħmluha aktar faċli għan-negozji biex jilqgħu l-isfida. Ladarba jiġu adottati, ir-regoli tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli se jagħtu spinta lill-effiċjenza fir-riżorsi u fl-enerġija billi jżidu l-irkupru u r-riċiklaġġ ta’ materjali minn prodotti fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u se jevitaw u jimminimizzaw il-produzzjoni tal-iskart. Il-passaport diġitali tal-prodotti li jakkumpanjahom se jippermetti lill-konsumaturi u lin-negozji jaċċessaw faċilment informazzjoni ewlenija dwar l-użu tal-enerġija, id-durabbiltà tal-kontenut riċiklat, il-possibbiltà ta’ tiswija u r-riċiklabbiltà tal-prodotti fl-UE. Is-setturi b’użu intensiv ta’ materjali u riżorsi identifikati fil-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari 34 se jingħataw prijorità fl-istabbiliment ta’ regoli tal-ekodisinn li jibqgħu validi fil-futur u r-regoli futuri li jippromwovu d-dritt għat-tiswija se jappoġġaw il-kompetizzjoni fis-settur tat-tiswija.

Bi kwantitajiet dejjem akbar ta’ prodotti u materjali riċiklati, imsewwija u użati mill-ġdid, iċ-ċirkolarità se ttejjeb is-sostenibbiltà, tixpruna l-innovazzjoni, tappoġġa l-ħolqien tal-impjiegi, twassal għal kostijiet tal-input aktar baxxi għall-industrija tal-UE u tnaqqas id-dipendenzi għall-materja prima, inkluża dik kritika.

Biex jiġi mmonitorjat dan il-fattur ewlieni, qed jiġi propost il-KPI li ġej:

KPI

Sors

Mira

L-aħħar data disponibbli

10

Rata tal-użu ta’ materjal ċirkolari

Eurostat

Id-doppju sal-2030 meta mqabbel mal-2020

(Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari)

11.7 (2021)

7.Diġitalizzazzjoni

Filwaqt li jikklassifika bħala waħda mill-akbar industriji, is-suq globali tal-ICT huwa mbassar li jilħaq daqs ta’ EUR 6 triljun fl-2023 35 . Il-valur miżjud totali tas-settur tal-ICT tal-UE kien ta’ aktar minn EUR 604 biljun fl-2021, li jirrappreżenta 4,9 % tal-PDG tal-UE.

Minkejja n-natura essenzjali tal-industrija tal-ICT għall-kompetittività ta’ ħafna setturi, is-sehem tal-UE fis-suq globali tal-ICT naqas minn 21,8 % fl-2013 għal 11,3 % fl-2022. Fl-2022, 69 % biss tal-SMEs laħqu livell bażiku ta’ intensità diġitali u 8 % tal-kumpaniji użaw it-teknoloġiji tal-IA (2021) 36 ..

It-teknoloġiji diġitali għandhom impatt profond fuq il-kompetittività tal-ekonomija tal-UE kollha kemm hi, u jagħtu spinta lill-effiċjenza u l-innovazzjoni. L-adozzjoni u l-integrazzjoni tagħhom fl-ekonomija kollha se jkunu vitali għall-kompetittività u l-produttività ġenerali. Fl-istess ħin, biex iżżomm it-tmexxija industrijali, jeħtieġ li l-UE tikseb rwol ewlieni fil-“vertikali” tat-teknoloġija diġitali ewlenija, mill-intelliġenza artifiċjali sal-computing kwantistiku, il-mikroelettronika u r-realtà virtwali, u li tuża infrastrutturi diġitali, miċ-ċibersigurtà, il-5G sal-cloud computing u d-data.

Qed jiġu stabbiliti infrastrutturi diġitali sikuri, siguri u sostenibbli bejn il-fruntieri, f’oqsma bħan-networks 5G, il-konnettività satellitari u l-cloud computing. In-network futur tal-konnettività se jkun taħlita ta’ trażmissjoni u ħżin tad-data tal-kompjuter konnessi mal-irkejjen kollha tal-pjaneta bis-saħħa tal-kejbils sottomarini u n-networks satellitari tagħna. Jenħtieġ li l-UE tibda tippjana u tiżviluppa l-konnettività futura.

L-intelliġenza artifiċjali toffri ħafna possibbiltajiet ġodda biex tingħata spinta lill-kompetittività. Biex jitnaqqas id-distakk mil-laboratorju għas-suq, flimkien mal-Istati Membri, il-Kummissjoni qed tikkofinanzja l-faċilitajiet tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni għall-kumpaniji biex jittestjaw l-aħħar teknoloġiji bbażati fuq l-IA tagħhom f’ambjenti tad-dinja reali. Il-Kummissjoni se tippromwovi l-potenzjal tal-applikazzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali anki fl-amministrazzjonijiet pubbliċi.

Filwaqt li tibni fuq is-suċċess tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew 37 , l-UE se taċċellera r-riċerka u l-innovazzjoni fil-computing kwantistiku, il-komunikazzjoni u r-rilevament, li se jkollhom impatt deċiżiv u joħolqu opportunitajiet f’setturi differenti tal-applikazzjonijiet inkluż il-finanzi, il-loġistika, u l-komunikazzjoni elettronika, kif ukoll is-sigurtà u d-difiża nazzjonali. Is-semikondutturi diġà huma kritiċi għar-reżiljenza tal-industrija u se jsiru saħansitra aktar meħtieġa. L-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep 38 se jappoġġa l-kompetittività tal-ekosistema tas-semikondutturi tal-UE, iżid is-sovranità teknoloġika tal-UE u jiżgura s-sigurtà tal-provvista.

Meta wieħed iħares ’il quddiem, il-Web 4.0, fejn kollox se jkun interkonness mingħajr xkiel, se jkun rivoluzzjonarju. L-organizzazzjonijiet u n-negozji diġà qed jinvestu f’tewmin diġitali, li jipprovdu simulazzjonijiet diġitali preċiżi ta’ oġġett. Dawn se jippermettu ppjanar u tbassir aktar effiċjenti tal-ħtiġijiet, perjodi ta’ interruzzjonijiet jew prevenzjoni ta’ waqfien minħabba ħsara. Il-Kummissjoni qed tiżviluppa tewmi diġitali tad-Dinja (Destinazzjoni d-Dinja) biex timmudella u tissimula fenomeni naturali, li se jkun disponibbli f’nofs l-2024. It-tewmi diġitali tal-Oċeani huwa previst għal tmiem l-2024. Se jsegwu tewmin diġitali oħra, bħat-tewmin diġitali urban jew it-“tewmin virtwali tal-bniedem” bħala għajnuna rivoluzzjonarja għar-riċerka medika (mistennija mhux qabel l-2025).

Dinja dejjem aktar konnessa ma tiġix mingħajr riskji. Iċ-ċibersigurtà hija essenzjali għas-sigurtà u r-reżiljenza. Il-qafas leġiżlattiv tal-UE għaċ-ċibersigurtà qed jissaħħaħ, inkluż permezz tal-Att propost dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika li għandu l-għan li jipproteġi l-prodotti konnessi - dan se jistabbilixxi standards komuni għoljin, li se jkunu ta’ benefiċċju wkoll għall-industrija Ewropea taċ-ċibersigurtà globalment. Il-Kummissjoni qed tassisti wkoll lill-SMEs biex jiksbu aktar reżiljenza ċibernetika permezz taċ-ċentri tal-Innovazzjoni Diġitali. L-investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji taċ-ċibersigurtà avvanzati u l-użu tagħhom fil-livelli kollha tal-ekonomija huma neċessità u opportunità għall-industrija Ewropea taċ-ċibersigurtà.

Id-diġitalizzazzjoni hija s-sinsla tal-kompetittività futura u jridu jsiru sforzi biex l-UE tlaħħaq u tmexxi f’dan is-settur ewlieni globalment. Il-Programm ta’ Politika dwar id-Deċennju Diġitali stabbilixxa l-miri li jridu jintlaħqu sal-2030. Aħna nimmiraw li aktar minn 90 % tal-SMEs jilħqu livell bażiku ta’ intensità diġitali u mill-inqas 75 % tal-intrapriżi li jagħmlu użu minn servizzi ta’ cloud computing, big data jew teknoloġiji tal-IA 39 .

Biex jiġi mmonitorjat dan il-fattur ewlieni, qed jiġu proposti l-KPI li ġejjin:

KPI

Sors

Mira

L-aħħar data disponibbli

11

L-intensità diġitali tal-SMEs tal-Unjoni

Eurostat

90 % sal-2030

69 % (2022)

12

Adozzjoni tat-teknoloġiji diġitali mill-kumpaniji 

Eurostat

75 % sal-2030

Servizzi tal-cloud computing 

41 % (2021) 

Big data 

14,2 % (2020) 

Intelliġenza Artifiċjali 

7,9 % (2021) 

8.Edukazzjoni u ħiliet

Bit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, aktar u aktar individwi se jkollhom jiksbu ħiliet ġodda biex ilaħħqu mal-iżviluppi teknoloġiċi fl-impjiegi tagħhom stess, jew biex jiġu impjegati f’setturi oħra. Huwa għalhekk li l- Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jistabbilixxi l-mira ewlenija għal mill-inqas 60 % tal-adulti kollha biex jipparteċipaw fit-taħriġ kull sena sal-2030, żieda minn 37 % fl-2016 u għal mill-inqas 78 % tar-rata tal-impjiegi sal-istess sena.

L-indirizzar tan-nuqqas ta’ ħiliet jeħtieġ li tiġi ffaċilitata l-mobbiltà billi jkun aktar faċli li jiġu rikonoxxuti l-ħiliet u l-kwalifiki fl-Istati Membri u dawk ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

Is-sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità għolja u inklużivi tal-UE huma wieħed mill-akbar punti b’saħħithom tagħha 40 , essenzjali għall-kompetittività tal-UE. Madankollu, l-Ewropa diġà qed tiffaċċja nuqqas ta’ ħaddiema b’ħiliet speċjalizzati, anki minħabba t-tibdil demografiku. Forza tax-xogħol bil-ħiliet meħtieġa hija essenzjali għas-suċċess fit-tranżizzjonijiet doppji, u b’hekk il-kumpaniji jkunu jistgħu jespandu fis-setturi tat-tkabbir. Għalhekk, huwa imperattiv li jitrawwem mhux biss il-forniment ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ adattati għall-ħtiġijiet preżenti jew futuri, iżda wkoll ir-rikonoxximent min-negozji u l-awtoritajiet pubbliċi tal-ħiliet u l-kwalifiki miksuba, u kundizzjonijiet attraenti biżżejjed għall-ħaddiema attwali jew potenzjali biex jaħtfu dawn l-opportunitajiet biex itejbu l-ħiliet tagħhom u jipprattikawhom permezz ta’ impjiegi ta’ kwalità għolja.

L-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa 41 tal-2020 hija l-pjan direzzjonali tal-UE biex tiżgura li l-UE jkollha l-forza tax-xogħol b’ħiliet speċjalizzati li teħtieġ biex tirnexxi fil-kuntest tat-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi u tagħti spinta lill-kompetittività ekonomika u lill-impjiegi. Hija tirrikonoxxi li l-individwi jeħtieġ li kontinwament itejbu l-ħiliet iżda wkoll jitħarrġu mill-ġdid, peress li huma aktar probabbli li jbiddlu l-impjiegi u anki s-setturi matul il-karrieri tagħhom. Dan jeħtieġ aċċess għat-taħriġ, iżda wkoll servizzi ta’ gwida u validazzjoni. Id-djalogu strutturali dwar l-edukazzjoni u l-ħiliet diġitali għandu l-għan li jiżgura sett ta’ ħiliet orjentati lejn il-futur bħala pedament għall-kompetittività fit-tul.

Is-Sena Ewropea tal-Ħiliet 2023 se titfa’ dawl fuq il-ħiliet biex jgħinu lill-ħaddiema u lill-kumpaniji, b’mod partikolari l-SMEs, jindirizzaw in-nuqqas ta’ ħiliet fl-UE. Dan se jippromwovi mentalità ta’ taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet, li jgħin lin-nies jiksbu l-ħiliet it-tajba għal impjiegi ta’ kwalità.

Punti uniċi ta’ servizz fil-livell nazzjonali / reġjonali jistgħu jiffaċilitaw l-aċċess tal-individwi għas-servizzi kollha relatati mal-ħiliet. Il-Kummissjoni se tkompli tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki, filwaqt li tibni fuq għodod eżistenti, bħall-Kontijiet Individwali tal-Apprendiment.

Huma meħtieġa passi ulterjuri biex tiġi pprovduta soluzzjoni sostenibbli għan-nuqqasijiet ta’ ħiliet li jaffettwaw l-ekonomija tal-UE, filwaqt li jiġi promoss approċċ ta’ “Ħiliet l-ewwel”. Dan jista’ jkun partikolarment ta’ benefiċċju għal persuni minn gruppi żvantaġġati jew sottorappreżentati peress li dan l-approċċ jagħti valur u jirrikonoxxi l-ħiliet attwali minflok il-kwalifiki formali.

Il-mixja lejn suq uniku għall-ħiliet teħtieġ portabbiltà tal-ħiliet madwar l-UE. Il-Kummissjoni se tinkoraġġixxi l-użu sħiħ tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali, b’mod partikolari fir-rigward ta’ oqfsa ta’ taħriġ komuni u testijiet ta’ taħriġ komuni. Il-Kummissjoni se teżamina wkoll modi kif tiffaċilita l-validazzjoni u r-rikonoxximent tal-kredenzjali, inklużi l-kwalifiki barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali.

Jeħtieġ li nisfruttaw il-potenzjal tan-nisa u ż-żgħażagħ b’miżuri biex intejbu r-rata ta’ parteċipazzjoni tan-nisa fis-setturi kollha u fil-livelli kollha u biex nippromwovu l-integrazzjoni bikrija taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol. Barra minn hekk, jeħtieġ li nħeġġu opportunitajiet u parteċipazzjoni ugwali għal kulħadd, inkluż għal persuni minn sfond żvantaġġat, minoranzi u persuni b’diżabbiltà. L-inizjattiva li jmiss biex jiġi aġġornat il-Qafas ta’ Kwalità dwar it-traineeships għandha l-għan li tindirizza dan tal-aħħar. L-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta’ persuni b’livelli baxxi ta’ kisba edukattiva, u gruppi oħra sottorappreżentati se tkun ta’ benefiċċju ġenerali għas-soċjetà u tikkontribwixxi biex jiġi indirizzat it-tnaqqis attwali tal-forza tax-xogħol tal-UE. Il-migrazzjoni legali tista’ tgħin ukoll biex ittaffi l-aktar nuqqas urġenti ta’ ħaddiema u ħiliet. Din is-sena l-Kummissjoni se tippreżenta inizjattiva dwar ir-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kwalifiki taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi billi tikkombina miżuri sistemiċi fit-tul biex ittejjeb ir-rikonoxximent, ma’ azzjoni fuq perjodu qasir biex tindirizza wħud mill-aktar diskrepanzi imminenti fil-ħiliet tal-UE.

Ix-xogħol tekniku u manwali jrid jiġi vvalutat mill-ġdid u promoss, sabiex jiġu attirati aktar professjonisti biex jiżviluppaw il-karrieri tagħhom f’dawk l-oqsma. L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) jeħtieġ li jiġu inkorporati fir-riformi ekonomiċi ppjanati u fl-istrateġiji reġjonali u settorjali biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu tal-ħiliet għall-professjonijiet meħtieġa fil-futur. L-inizjattiva taċ-Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali tal-UE għandha rwol importanti, billi taħdem mill-qrib man-negozji inklużi l-SMEs, u tikkontribwixxi għall-iżvilupp reġjonali, l-intraprenditorija, l-innovazzjoni, ir-raggruppamenti industrijali, u l-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti. Il-Kummissjoni tkompli wkoll tappoġġa l-apprendistati permezz tal-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati (EAfA), li ġabret aktar minn miljun apprendistat permezz ta’ 400 wegħda ta’ impenn f’dawn l-aħħar 10 snin. B’mod aktar ġenerali, abbażi ta’ inizjattivi bħar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2020 dwar il-VET, iridu jiġu żgurati kemm il-provvista ta’ opportunitajiet edukattivi u ta’ taħriġ kif ukoll l-attraenza ta’ tali opportunitajiet ta’ tagħlim għal studenti potenzjali. Il-Kummissjoni se tkompli taħdem mill-qrib mal-Istati Membri biex tiżgura mhux biss il-kwantità ta’ taħriġ iżda wkoll il-kwalità tar-riżultati u l-adattament tagħhom għall-ħtiġijiet settorjali.

Sistemi edukattivi b’saħħithom, disponibbiltà ta’ forza tax-xogħol b’ħiliet imsejsa fuq sistema Ewropea b’opportunitajiet indaqs u impjiegi ta’ kwalità huma kruċjali biex jgħinu lin-negozji jirnexxu u jżommu l-aħjar forza tax-xogħol. Il-KPI dwar il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ se jkun disponibbli kull sentejn biex jiġi mmonitorjat kif il-ħaddiema jadattaw il-ħiliet tagħhom għar-rekwiżiti li jinbidlu. Xejra qawwija għall-KPI tal-ICT mhux biss se tippermetti li jiġi traċċat l-appoġġ diġitali fin-negozju, iżda wkoll kif in-nisa jimxu ’l quddiem f’dan il-qasam.

Biex jiġi mmonitorjat dan il-fattur ewlieni, qed jiġu proposti l-KPI li ġejjin:

KPI

Sors

Mira

L-aħħar data disponibbli

13

Il-parteċipazzjoni tal-adulti fl-edukazzjoni u t-taħriġ kull sena (nisa u rġiel)

Stħarriġ dwar l-Edukazzjoni għall-Adulti / Stħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol

60 % sal-2030

37 % (2016)

14

Rata ta’ impjieg għall-adulti

Eurostat

78 % sal-2030

73 % (2021)

15

Speċjalisti tal-ICT (nisa u rġiel)

Eurostat

20 miljun sal-2030

8,5 miljun

19,1 % nisa (2021)

9.Kummerċ u awtonomija strateġika miftuħa

Matul dawn l-aħħar deċennji, l-UE ħadet saħħa ekonomika u politika mill-fatt li hija setgħa kummerċjali, u bbenefikat mill-vantaġġi ta’ kummerċ miftuħ mhux biss f’termini ta’ prodotti, iżda wkoll ta’ servizzi u protezzjoni tal-proprjetà intellettwali. Żewġ terzi tal-importazzjonijiet tal-UE huma magħmula minn inputs intermedji, bħal materja prima, partijiet u komponenti li jikkontribwixxu għall-proċess tal-produzzjoni. Evidenza fit-tul mill-pajjiżi tal-UE turi li żieda ta’ 1 % fil-ftuħ tal-ekonomija hija assoċjata ma’ żieda ta’ 0,6 % fil-produttività tax-xogħol 42 .

Kummerċ miftuħ u diversifikat jagħmel lill-UE aktar prosperuża, kompetittiva u reżiljenti. F’ambjent ġeopolitiku li qed jinbidel, l-UE jeħtieġ li tkompli ssaħħaħ il-ktajjen tal-provvista tagħha u tnaqqas id-dipendenzi kummerċjali fuq materja prima kritika 43 , kif ukoll għal prodotti u teknoloġiji strateġiċi oħra fejn l-UE tiffaċċja dipendenzi fuq pajjiżi terzi, filwaqt li tibni sħubijiet u tisfrutta poli esterni ta’ tkabbir. Il-kummerċ ħieles, ġust u bbażat fuq ir-regoli huwa prerekwiżit għas-sigurtà u d-diversifikazzjoni tal-provvista tal-UE.

L-UE se tkompli taħdem biex tiftaħ is-swieq għall-kumpaniji tal-UE billi tapprofondixxi r-rabtiet mal-alleati u mas-sħab kummerċjali. B’mod partikolari, il-Kummissjoni se tkompli tavvanza n-network tal-UE ta’ Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles (FTAs), filwaqt li tagħmel l-aħjar użu minn dawk diġà fis-seħħ permezz ta’ implimentazzjoni u infurzar effettivi. L-UE se tkompli wkoll tinvolvi ruħha mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ inkluż dwar ir-riforma tagħha, u tippromwovi r-regoli kummerċjali multilaterali bħala l-aktar mod effettiv biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi ekonomiċi madwar id-dinja.

Jenħtieġ li l-UE tkompli tmexxi l-kooperazzjoni internazzjonali għall-benefiċċju reċiproku tal-partijiet kollha. L-UE se tkompli tibni sħubijiet, mhux biss permezz ta’ ftehimiet kummerċjali iżda wkoll permezz ta’ arranġamenti oħra li jistabbilixxu kooperazzjoni mas-sħab dwar kwistjonijiet ta’ interess reċiproku. Il-Global Gateway, l-offerta pożittiva tal-UE għas-swieq emerġenti u l-ekonomiji li qed jiżviluppaw biex jiġu promossi t-tranżizzjonijiet doppji u l-iżvilupp tal-bniedem, hija kruċjali f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, l-UE qed issegwi ftehimiet dwar ir-regoli tal-kummerċ diġitali, b’enfasi fuq is-sħab fl-Asja, filwaqt li tibni, fejn applikabbli, fuq sħubijiet diġitali 44 u b’hekk tippromwovi d-drittijiet u l-valuri tal-UE. Il-Kunsill tal-Kummerċ u t-Teknoloġija bejn l-UE u l-Indja huwa eżempju ieħor ta’ kif nistgħu nsaħħu s-sħubijiet internazzjonali tagħna mas-sħab strateġiċi. Il-materja prima kritika hija wkoll qasam fejn l-UE se tfittex li tespandi n-network ta’ sħubijiet tagħha u tikkoopera fil-qafas ta’ klabb futur tal-materja prima li jlaqqa’ flimkien pajjiżi konsumaturi u pajjiżi rikki fir-riżorsi biex jitrawwem l-investiment sostenibbli.

L-UE se tkompli wkoll tinvolvi ruħha dejjem aktar mill-qrib mal-Istati Uniti, bħala sieħeb b’valuri komuni b’saħħithom kondiviżi. L-UE u l-Istati Uniti qed jaħdmu biex jimplimentaw Inizjattiva Transatlantika ġdida għall-Kummerċ Sostenibbli biex javvanzaw l-objettivi kondiviżi għall-kisba ta’ kummerċ ekoloġiku u sostenibbli u jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn ekonomija reżiljenti u b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, b’mod ta’ appoġġ reċiproku 45 . Kif miftiehem bejn il-President Biden u l-President von der Leyen fl-10 ta’ Marzu, l-UE u l-Istati Uniti se japprofondixxu l-kooperazzjoni dwar id-diversifikazzjoni tal-ktajjen tal-provvista tal-minerali kritiċi u tal-batteriji u tas-sigurtà ekonomika.

Fl-implimentazzjoni tal-objettivi msemmija hawn fuq, l-UE u l-Istati Membri ma jistgħux jippermettu li jkunu reattivi biss iżda qed jistabbilixxu qafas ikkoordinat għas-sigurtà ekonomika li jindirizza r-riskji b’mod immirat, filwaqt li jissalvagwardja l-benefiċċji tal-kummerċ miftuħ u l-kooperazzjoni diġitali. L-UE se tagħmel ukoll użu strateġiku mill-għodod awtonomi disponibbli bħall-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ (TDI), ir-Regolament dwar is-Sussidji Barranin, l-Istrument għall-Akkwist Internazzjonali, jew l-Istrument tal-UE Kontra l-Koerċizzjoni propost.

L-aċċess reċiproku għas-suq u t-tneħħija tal-ostakli għall-kummerċ (kemm għall-prodotti kif ukoll għas-servizzi) se jġibu aktar opportunitajiet għall-kummerċ, l-investiment, l-innovazzjoni u t-tkabbir tal-produttività.

Biex jiġi mmonitorjat dan il-fattur ewlieni, qed jiġi propost il-KPI li ġej:

KPI

Sors

Mira

L-aħħar data disponibbli

16

Kummerċ mal-bqija tad-dinja (bħala sehem tal-PDG)

Eurostat

Żieda

21,5 % (2021)

20,2 % (2020)

III.Qafas regolatorju li jsaħħaħ it-tkabbir

 

Il-kwalità tal-amministrazzjoni pubblika u dik tal-qafas regolatorju huma kruċjali għall-kompetittività tal-Unjoni. L-UE saret entità li tistabbilixxi standards għoljin f’oqsma ta’ politika bħall-protezzjoni tal-konsumatur, il-kompetizzjoni, l-ambjent, u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, u tipprovdi stabbiltà u ċertezza regolatorja. Fit-tħejjija ta’ regolament ġdid, il-Kummissjoni tistrieħ fuq waħda mill-aktar sistemi avvanzati ta’ regolamentazzjoni aħjar ikklassifikati mill-OECD bħala l-aqwa. Madankollu, hemm spazju għal titjib.

Il-kontroll il-ġdid tal-kompetittività jiżgura li l-valutazzjonijiet tal-impatt tal-proposti leġiżlattivi jippreżentaw b’mod integrat l-impatti mistennija ta’ kull proposta fuq il-kompetittività tal-kostijiet u tal-prezzijiet, il-kompetittività internazzjonali u l-kapaċità għall-innovazzjoni, kif ukoll fuq il-kompetittività tal-SMEs. Biex tikkomplementah, il-Kummissjoni se taħdem fuq kif tivvaluta aħjar l-impatti kumulattivi ta’ miżuri ta’ politika differenti fil-livell tal-UE bil-ħsieb li tiġi żviluppata metodoloġija. Barra minn hekk, l-approċċ “One In, One Out” għandu l-għan li jevita piżijiet bla bżonn, fejn il-kostijiet amministrattivi, bħall-obbligi ta’ rappurtar, iċ-ċertifikazzjoni jew it-tikkettar jiġu kkumpensati fl-istess qasam ta’ politika. L-Istħarriġ tal-Piż Annwali li jmiss se juri l-ewwel riżultati promettenti f’dak ir-rigward.

L-obbligi ta’ rappurtar huma meħtieġa biex il-leġiżlazzjoni tiġi mmonitorjata u infurzata b’mod xieraq, madankollu dawn jinvolvu xi kostijiet, b’mod partikolari għall-SMEs. Aktar simplifikazzjoni tal-obbligi ta’ rappurtar u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv hija prijorità tal-Kummissjoni 46 . Sal-lum, il-kontrolli tal-idoneità 47 twettqu f’diversi oqsma ta’ politika u identifikaw il-potenzjal li jissimplifikaw ir-rekwiżiti u jnaqqsu l-ispejjeż tar-rappurtar. Il-Kummissjoni se tagħmel sforz ġdid biex tirrazzjonalizza u tissimplifika r-rekwiżiti ta’ rappurtar għall-kumpaniji u l-amministrazzjonijiet bl-ewwel proposti għal kull wieħed mill-oqsma tematiċi ekoloġiċi, diġitali u ekonomiċi qabel il-ħarifa. L-għan għandu jkun li dawn il-piżijiet jitnaqqsu b’25 %, mingħajr ma jiddgħajfu l-objettivi ta’ politika relatati. Fid-dawl tal-attività leġiżlattiva ewlenija ta’ dan il-mandat tal-Kummissjoni, dan huwa mument partikolarment xieraq biex dan ix-xogħol jiġi intensifikat. Miżuri bħal dawn għandhom il-potenzjal mhux biss li jnaqqsu l-burokrazija u jissimplifikaw l-ambjent regolatorju iżda wkoll li jilliberaw riżorsi kwalifikati, li jkunu ta’ benefiċċju għall-kompetittività tan-negozji. L-istess jista’ japplika għal suġġetti trażversali oħra, bħas-simplifikazzjoni / id-diġitalizzazzjoni tar-regoli dwar it-tikkettar.

Ir-regoli tal-UE mfassla tajjeb għandhom il-vantaġġ li jissimplifikaw il-ħajja għaċ-ċittadini u n-negozji, speċjalment l-SMEs, inkluż f’oqsma fejn jissostitwixxu t-taħlita ta’ 27 qafas nazzjonali b’sett uniku ta’ regoli. Il-Kummissjoni se tkompli tiżviluppa approċċ aktar favorevoli għall-innovazzjoni għar-regolamentazzjoni permezz ta’ użu akbar ta’ sandboxes / laboratorji tal-ittestjar regolatorji li jippermettu l-ittestjar ta’ soluzzjonijiet ġodda f’ambjent ikkontrollat għal żmien limitat. Il-Kummissjoni diġà pproponiet tali sandboxes għall-intelliġenza artifiċjali u l-industriji b’emissjonijiet żero netti u se tipproponi li tagħmel dan fis-settur farmaċewtiku. Filwaqt li tibni fuq dan, il-Kummissjoni se tikkunsidra b’mod attiv estensjoni għal oqsma / setturi oħra.

Il-Kummissjoni se tikkunsidra wkoll li tapplika kull fejn ikun possibbli mudelli regolatorji li jinċentivaw 48 aktar milli jippreskrivu, u għalhekk tnaqqas il-kostijiet tal-konformità filwaqt li tikseb l-istess riżultati. 

Il-kompetittività tiddependi fuq it-tiġdid. Il-Kummissjoni se tkompli tivvaluta regolarment il-leġiżlazzjoni tal-UE biex tara jekk din għadhiex idonea għall-iskop tagħha. F’oqsma soġġetti għal bidla teknoloġika sinifikanti, il-Kummissjoni se tesplora li tagħmel użu aħjar mill-klawżoli ta’ estinzjoni u ta’ rieżami fil-proposti leġiżlattivi tagħha biex tiżgura li r-regolamentazzjoni tibqa’ valida fil-futur. Meta l-adozzjoni f’waqtha ta’ leġiżlazzjoni ewlenija tkun meħtieġa biex tipprovdi stabbiltà u prevedibbiltà lill-atturi tas-suq u lil partijiet ikkonċernati oħra, il-Kummissjoni se tfittex impenn politiku ċar mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill bħala koleġiżlaturi.

Ladarba l-leġiżlazzjoni tiġi adottata, il-Kummissjoni se tkompli tassisti lill-Istati Membri fit-traspożizzjoni korretta, sħiħa u fil-ħin tal-liġi tal-UE. Dan id-djalogu se jitkompla. L-Istati Membri għandhom obbligu li japplikaw b’mod korrett dak li qablu dwaru bħala leġiżlaturi Ewropej, inkluż li joqogħdu lura miż-żieda li għadha frekwenti ta’ piż regolatorju jew amministrattiv lil hinn minn dak li huwa meħtieġ u t-tqegħid ta’ piżijiet bla bżonn fuq in-negozji u ċ-ċittadini meta jittrasponu d-direttivi tal-UE fil-liġi nazzjonali (l-hekk imsejħa “gold-plating”). Ħafna mill-benefiċċji prattiċi tal-armonizzazzjoni fis-Suq Uniku jistgħu jintilfu jekk l-implimentazzjoni tvarja ħafna bejn l-Istati Membri. It-traspożizzjoni teħtieġ ukoll li tkun f’waqtha, biex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ inċertezza fir-rigward tal-istat tal-liġi, speċjalment għan-negozji. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali huma mħeġġa jwettqu rieżami tal-proċessi attwali għat-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE.

Amministrazzjoni pubblika b’saħħitha hija indispensabbli għas-settur pubbliku biex ikompli jimplimenta l-politiki tal-UE. Il-Kummissjoni se tiddeskrivi diversi azzjonijiet 49 biex tapprofondixxi u ssaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva, tappoġġa lill-awtoritajiet biex itejbu s-settijiet ta’ ħiliet tal-impjegati taċ-ċivil, u tiffaċilita l-iskambju ta’ prattiki u persunal biex tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ riformi speċifiċi, l-iżvilupp ta’ inizjattivi ta’ politika jew l-introduzzjoni ta’ għodod u approċċi ġodda ta’ ġestjoni.

Dan il-KPI jirrifletti l-punt sa fejn in-negozji jipperċepixxu kemm huwa faċli li jikkonformaw mar-regolamentazzjoni tal-gvern u mar-rekwiżiti amministrattivi. Xejra ’l fuq se tirrifletti l-punt sa fejn l-UE u l-Istati Membri tagħha kollettivament jistgħu jirnexxu fl-iżgurar ta’ qafas leġiżlattiv u amministrattiv li jwassal għat-tkabbir.

Biex jiġi mmonitorjat dan il-fattur ewlieni, qed jiġi propost il-KPI li ġej:

KPI

Sors

Mira

L-aħħar data disponibbli

17

Faċilità ta’ konformità regolatorja

Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku

Żieda

3,64 (2021)

3,33 (2018)

Konklużjoni 

Fid-dawl ta’ kompetizzjoni globali b’saħħitha u kuntest ġeopolitiku ġdid, il-kompetittività qatt ma tista’ titqies bħala fatta. Jistħoqqilha attenzjoni politika fl-ogħla livell politiku. L-attenzjoni mġedda għall-kompetittività fit-tul hija li l-Unjoni Ewropea tieħu akkarigu l-attraenza u l-pożizzjoni tagħha fl-ekonomija dinjija.

L-UE tinsab f’mument ewlieni għad-deċennju li ġej u teħtieġ spinta konġunta min-negozji u minn dawk li jfasslu l-politika biex l-Ewropa titqiegħed fit-triq it-tajba lejn il-futur. In-negozji għandhom perspettivi fit-tul u jeħtieġu kundizzjonijiet ta’ qafas prevedibbli u kompetittivi għall-investimenti tagħhom. Dan huwa dak li se jiddeċiedi fejn se jseħħ it-tkabbir ekonomiku futur.

Din il-Komunikazzjoni tenfasizza l-muturi ewlenin għall-kompetittività fit-tul. Il-muturi huma interkonnessi u ma hemm l-ebda tweġiba unika għall-isfidi attwali tagħna. F’ambjent li dejjem jinbidel, dawn il-muturi se jitkejlu abbażi tal-KPI, l-objettivi, u l-oqfsa ta’ monitoraġġ li diġà ġew żviluppati fil-politiki settorjali, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku 50 , il-Programm ta’ Politika dwar id-Deċennju Diġitali, u s-Semestru Ewropew. Il-Kummissjoni biħsiebha tippreżenta l-aġġornament fuq bażi annwali fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku u l-Kompetittività. Għalhekk jistgħu jipprovdu miżura kkombinata tal-istat tal-kompetittività tal-UE għall-Kunsill Ewropew ta’ Marzu kif ukoll għall-Parlament Ewropew, sabiex jinfurmaw u jiddiskutu fil-pront dwar kwalunkwe miżura ta’ politika meħtieġa. Dawn se jgħinu wkoll biex jiggwidaw lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha ta’ kuljum u lill-koleġiżlaturi fil-finalizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni li għandha impatt fuq il-kompetittività tal-Ewropa. L-impenn tal-Istati Membri għar-riformi u l-messaġġi b’saħħithom allinjati lin-negozji appoġġati mill-investiment u l-implimentazzjoni meħtieġa se jippermettu li tinbena l-kompetittività futura fuq is-saħħa tal-Ewropa.

Sadanittant, il-Kummissjoni se tiskrinja b’mod attiv ir-regolament tagħha, tivvaluta jekk huwiex adattat għall-iskop tagħha u taħdem lejn approċċ aktar favorevoli għall-innovazzjoni għar-regolamentazzjoni. Qafas regolatorju ċar, appoġġ għall-innovazzjoni ewlenija, forza tax-xogħol b’ħiliet speċjalizzati kif ukoll rekwiżiti ta’ rappurtar imnaqqsa fejn possibbli se jippermettu ambjent tan-negozju għall-industrija tal-UE biex tikber fit-tul.

Il-Kunsill Ewropew u l-Parlament Ewropew huma mistiedna japprovaw il-prijoritajiet identifikati f’din il-Komunikazzjoni u jieħdu kont tal-progress li jkun sar fuq bażi regolari.

Anness - KPIs għall-monitoraġġ tal-kompetittività tal-industrija tal-UE

Nru

KPI

Sors

Deskrizzjoni

Mira

L-aħħar valur

Suq Uniku li Jiffunzjona

1

Integrazzjoni fis-Suq Uniku

Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku 51

Il-fluss tal-kummerċ fil-prodotti u s-servizzi fl-UE bħala sehem mill-PDG tal-UE.

Żieda

23,5 % għall-prodotti (2021)

21,5 % għall-prodotti (2020)

6,75 % għas-servizzi (2021)

6,5 % għas-servizzi (2020)

2

Defiċit ta’ konformità

Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku 52

Huwa jkejjel l-għadd ta’ direttivi trasposti li għalihom inbdew proċeduri mill-Kummissjoni ta’ ksur għal traspożizzjoni skorretta

0,5 %

1,3 % (2021)

Aċċess għal kapital u investiment privat

3

Investiment privat nett bħala sehem tal-PDG

Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku 53

L-investiment privat huwa marbut direttament mal-faċilità tal-aċċess għall-kapital privat.

Żieda

3,2 % (2021)

2,6 % (2020)

4,4 % (2019)

4

Investiment fil-kapital ta’ riskju

Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku 54

Il-progress f’dan il-qasam huwa indikatur tajjeb tal-progress fl-aċċess għall-kapital privat b’mod ġenerali. Progress reċenti, iżda baxx meta mqabbel fil-livell internazzjonali.

Żieda

0,48 % (2021)

0,03 % (2018)

L-investiment pubbliku u l-infrastruttura

5

Investiment pubbliku bħala sehem tal-PDG

Il-bażi tad-data AMECO 55

L-investiment pubbliku għandu rwol ewlieni fl-iżvilupp u ż-żamma ta’ infrastrutturi ta’ appoġġ għan-negozju bħall-enerġija, it-trasport jew il-konnettività diġitali.

Żieda

3,2 % (2022)

Riċerka u Innovazzjoni

6

Intensità tar-R&Ż bħala % tal-PDG

Eurostat 56

In-nefqa totali fuq ir-R&Ż (pubblika u privata).

>3 % lil hinn mill-2030

2,26 % (2021)

2,3 % (2020)

2,22 % (2019)

7

Għadd ta’ applikazzjonijiet għall-privattivi 57

Eurostat 58

Il-privattivi jirriflettu l-kapaċità ta’ ekonomija li tisfrutta l-għarfien u jindikaw il-vantaġġ tal-kompetittività li jista’ jinkiseb permezz tal-innovazzjoni.

Żieda

67 713 (2021)

65 925 (2020)

66 510 (2019)

Enerġija

8

Sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli

Eurostat 59

Il-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli (kif proposta għad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli).

45 % fl-2030

21,77 % (2021)

22,04 % (2020)

19,89 % (2019)

9

Prezzijiet tal-elettriku għall-konsumaturi mhux ta’ unitajiet domestiċi 60

Eurostat 61

Il-prezz tal-elettriku għall-konsumaturi industrijali jagħti indikazzjoni tajba tal-affordabbiltà tal-enerġija.

Tnaqqis u mbagħad kostanti

EUR 0,1604 għal kull kWh

(Semestru 1 2022)

EUR 0,0818

(Semestru 1 2020)

Iċ-ċirkolarità

10

Rata tal-użu ta’ materjal ċirkolari

Eurostat 62

Ir-rata tal-użu ta’ materjal ċirkolari tkejjel is-sehem tal-materjal irkuprat u li ddaħħal lura fl-ekonomija fl-użu ġenerali tal-materjali. Mira mill-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari: Irduppjar meta mqabbel mal-2020.

23,4 % sal-2030

11,7 % (2021)

11,7 % (2020)

Diġitalizzazzjoni

11

L-intensità diġitali tal-SMEs

Eurostat 63

Is-sehem tal-intrapriżi tal-UE b’mill-inqas livell bażiku ta’ intensità diġitali. Livell bażiku jinvolvi l-użu ta’ mill-inqas erbgħa minn tnax-il teknoloġija diġitali magħżula (bħall-użu ta’ kwalunkwe teknoloġija tal-IA; il-bejgħ tal- kummerċ elettroniku jammonta għal mill-inqas 1 % tal-fatturat totali; eċċ.) kif definit fid-Deċennju Diġitali.

90 % sal-2030

69 % (2022)

12

Adozzjoni tat-teknoloġiji diġitali mill-kumpaniji

Eurostat 64   65   66

Sehem tal-intrapriżi Ewropej li għamlu użu mis-servizzi tal-cloud computing, tal-Big Data u tal-Intelliġenza Artifiċjali . Mira stabbilita fid-Deċennju Diġitali.

75 % sal-2030

Servizzi tal-cloud computing

41 % (2021)

23,9 % (2018)

Big data

14,2 % (2020)

Intelliġenza Artifiċjali

7,9 % (2021)

L-edukazzjoni u l-ħiliet

13

Il-parteċipazzjoni tal-adulti fl-edukazzjoni u t-taħriġ kull sena (nisa u rġiel)

Stħarriġ dwar l-Edukazzjoni għall-Adulti / Stħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol 67

Parteċipazzjoni akbar fit-taħriġ se tindika progress tajjeb fl-iżvilupp tal-ħiliet għall-kompetittività sostenibbli (mira stabbilita fil-Miri tas-Summit ta’ Porto, il-Pilastru Soċjali).

60 % sal-2030

37,4 % (2016)  68

Abbażi tal-istħarriġ dwar l-edukazzjoni għall-adulti, li twettaq fil-passat darba kull sitt snin.

14

Rata ta’ impjieg għall-adulti

Eurostat 69

Żieda fil-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol timplika inqas nuqqas ta’ ħaddiema, filwaqt li ssaħħaħ il-kompetittività sostenibbli (il-mira stabbilita fil-Miri tas-Summit ta’ Porto, il-Pilastru Soċjali).

78 % sal-2030

73 % (2021)

15

Speċjalisti tal-ICT (nisa u rġiel)

Eurostat 70   71

Dan l-indikatur, wieħed mill-miri tad-Deċennju Diġitali, ikejjel il-progress lejn forza tax-xogħol b’dimensjoni tajba speċjalizzata fl-iżvilupp u fl-użu tat-teknoloġiji diġitali.

20 miljun sal-2030

8,5 miljun 72 (2021)

Perċentwal ta’ nisa

19,1 % (2021)

17,8 % (2019)

Il-kummerċ u l-awtonomija strateġika miftuħa

16

Kummerċ mal-bqija tad-dinja (bħala sehem tal-PDG)

Rapport Annwali dwar is-Suq Uniku 73

Il-fluss tal-kummerċ fil-prodotti u s-servizzi fil-bqija tad-dinja bħala sehem mill-PDG tal-UE.

Żieda

21,5 % (2021)

20,2 % (2020) 74

Piż regolatorju

17

Faċilità ta’ konformità regolatorja

Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku 75

Il-perċezzjoni tan-negozju billi tingħata tweġiba għall-mistoqsija: “F’pajjiżek, kemm hu faċli għall-kumpaniji li jikkonformaw mar-regolamentazzjoni tal-gvern u r-rekwiżiti amministrattivi (eż. permessi, rappurtar, leġiżlazzjoni)? (1 = Kumpless iżżejjed; 7 = Faċli ħafna)” fl-istħarriġ għall-Indiċi ta’ Kompetittività Globali tal-Forum Ekonomiku Dinji.

Żieda

3,64 (2021)

3,33 (2018)

(1)

  Il-kalkoli proprji fuq id-WB-WDI ( https://databank.worldbank.org/source/world-development-indicators )

(2)

  Gwida Statistika tad-DĠ Kummerċ - Awwissu 2022 (europa.eu)

(3)

Dawn huma l-awtomatizzazzjoni tal-livell li jmiss, il-futur tal-konnettività, l-infrastruttura distribwita, il-computing tal-ġenerazzjoni li jmiss, l-IA applikata, il-futur tal-ipprogrammar, l-arkitettura ta’ fiduċja, il-bijorivoluzzjoni. L-UE hija minn ta’ quddiem fil-produzzjoni u l-adozzjoni ta’ materjali tal-ġenerazzjoni li jmiss u fit-teknoloġija nadifa. Sors: McKinsey securing-europes-competitiveness-addressing-its-technology-gap-september-2022.pdf (mckinsey.com)

(4)

COM(2019) 640 final

(5)

COM(2021) 118 final

(6)

OECD (2015). L-innovazzjoni mmexxija mid-data: big data għat-tkabbir u l-benesseri, OECD Publishing, Pariġi.

(7)

COM(2023) 62 final

(8)

L-inugwaljanza fl-introjtu kif imkejla mill-indiċi Gini hija ta’ 30, meta mqabbla ma’ 41 fl-Istati Uniti u ma’ 39,7 fiċ-Ċina. Ix-xejriet dwar l-inugwaljanza ġenerali fl-introjtu qed juru tnaqqis kostanti fl- Indikaturi tat-tabella ta’ valutazzjoni soċjali - il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali - Eurostat (europa.eu)

(9)

  Legal obstacles in Member States to Single market rules (l-Ostakoli legali fl-Istati Membri għar-Regoli tas-Suq Uniku) , id-Dipartiment Tematiku għall-Politiki Ekonomiċi, Xjentifiċi u tal-Kwalità tal-Ħajja, id-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, il-Parlament Ewropew, Novembru 2020

(10)

Komunikazzjoni: Single Market at 30 (Mat-30 sena ta’ Suq Uniku), COM(2023)162 final.

(11)

COM(2021) 713 final

(12)

Inizjattivi bħall-punt uniku ta’ servizz tal-VAT għall-e-Kummerċ, li ilu japplika minn Lulju 2021; il-proposta għal Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (European Single Access Point, ESAP) biex jittejjeb l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni finanzjarja u dwar is-sostenibbiltà tal-entitajiet, li qed tiġi nnegozjata (COM(2021) 723 final) jew is-sistema teknika ta’ darba biss (once-only technical system, OOTS) aċċessibbli permezz tal-Portal Diġitali Uniku tal-UE.

(13)

Investiment tal-gvern estiż bħala % tal-formazzjoni grossa tal-kapital fiss totali. Il-PDG u l-infiq - Investiment skont is-settur - Data tal-OECD.

(14)

Valutazzjoni abbażi tal-flussi (2021; Sors: InvestEurope għall-UE; l-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Kapital ta’ Riskju għall-Istati Uniti).

(15)

  Dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro dwar il-futur tal-Unjoni Bankarja tas-16 ta’ Ġunju 2022 - Consilium (europa.eu)   Dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro dwar il-futur tal-Unjoni Bankarja tas-16 ta’ Ġunju 2022 - Consilium (europa.eu)

(16)

COM/2020/591 final u COM/2020/592 final. Pereżempju, il-Kummissjoni se tipproponi qafas ta’ abilitazzjoni għall-ħruġ potenzjali ta’ euro diġitali mill-Bank Ċentrali Ewropew.

(17)

Il-Kummissjoni diġà pprovdiet gwida dwar l-obbligi ta’ divulgazzjoni, pereżempju fir-rigward tat-Tassonomija, u se tipprovdi aktar gwida fir-rigward tar-Regolament dwar id-divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà tas-servizzi finanzjarji qabel nofs l-2023

(18)

It-termini “centaur” jew “unicorns” aspiranti japplikaw għal negozji ġodda li laħqu valutazzjonijiet ta’ aktar minn EUR 100 miljun. Il-unicorns huma negozji ġodda li laħqu valutazzjoni ta’ aktar minn EUR 1 biljun.

(19)

Strateġija Spazjali tal-UE għas-Sigurtà u d-Difiża JOIN(2023)9

(20)

COM(2023)161 final

(21)

Id-data mit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Investiment Industrijali fir-R&Ż.

(22)

  Il-Prestazzjoni tax-Xjenza, tar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-UE fl-2022 .

(23)

Data tal-ESTAT.

(24)

Data tal-OECD.

(25)

Pereżempju, il-produttività ta’ kumpaniji li jinvestu fl-innovazzjoni mmexxija mid-data u fl-analitika tad-data tikber b’madwar 5-10% aktar malajr minn dik ta’ kumpaniji li ma jinvestux (OECD: L-innovazzjoni mmexxija mid-data: big data għat-tkabbir u l-benesseri, 2015).

(26)

Il-prezzijiet tal-enerġija, l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (2022). Fit-tielet trimestru tal-2022, il-prezzijiet tal-elettriku għall-konsumaturi industrijali kienu ta’ 192,59 USD/MWh meta mqabbla ma’ 94,22 USD/MWh fl-Istati Uniti.

(27)

COM(2022) 230 final

(28)

COM(2023) 148 final u COM(2023) 147 final

(29)

Growth Within: A Circular Economy Vision For a Competitive Europe (Tkabbir minn Ġewwa: Viżjoni ta’ Ekonomija Ċirkolari għal Ewropa Kompetittiva); McKinsey Centre for Business and Environment u Ellen Macarthur Foundation; Ġunju 2015

(30)

  Circular economy - material flows - Statistics Explained (europa.eu) ; https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Circular_economy_-_material_flows

(31)

 Data mill- Eurostat .

(32)

 Data mill- Eurostat .

(33)

COM(2023)160.

(34)

COM(2020) 98 final. Il-Kummissjoni qed timpenja ruħha mal-partijiet ikkonċernati biex tiddefinixxi l-prijoritajiet għad-definizzjoni ta’ tali regoli dwar it-tfassil tas-suq li se jiġu rieżaminati regolarment biex iżommu l-pass mal-evoluzzjoni teknoloġika. Konsultazzjoni pubblika dwar  il-Prijoritajiet ġodda tal-prodotti għall-Ekodisinn għall-Prodotti Sostenibbli  

(35)

  Is-sehem tas-suq globali tal-ICT skont il-pajjiż għall-2022 | Statista

(36)

 Data mill-Eurostat.

(37)

Bis-saħħa tal-EuroHPC, l-UE issa qed topera tmien superkompjuters, li tnejn minnhom huma fost l-aktar 10 supercomputer b’saħħithom fid-dinja.

(38)

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2085 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa, fir-rigward tal-Impriża Konġunta dwar iċ-Ċipep. COM/2022/47 final.

(39)

Id-Deċiżjoni (UE) 2022/2481 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li tistabbilixxi l-Programm ta’ Politika tal-2030 dwar id-Deċennju Diġitali, ĠU L 323, 19.12.2022, p. 4–26.

(40)

Is-sehem tal-popolazzjoni ta’ bejn il-25 u l-34 sena li temmew b’suċċess l-istudji terzjarji żdied minn 32,2 % fl-2010 għal 41,2 % fl-2021, filwaqt li s-sehem globali ta’ dawk li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u t-taħriġ naqas b’ 3,5 punti perċentwali bejn l-2011 u l-2021 għal 9,7 %. Sors: Persuni li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u t-taħriġ - Statistika Spjegata (europa.eu)

(41)

COM/2020/274 final.

(42)

Il-Kummissjoni Ewropea, Rapport dwar il-Kompetittività Ewropea 2007.

(43)

COM(2023)165 final u COM(2023)160 final.

(44)

F’dan il-kuntest, l-UE se timpenja ruħha dwar ir-regoli tal-kummerċ diġitali mal-Korea t’Isfel u Singapore, kif ukoll se tfittex kooperazzjoni dwar il-kummerċ diġitali mas-sħab tal-ASEAN.

(45)

Wara t-tħabbira fil-Laqgħa Ministerjali tal-Kunsill tal-Kummerċ u t-Teknoloġija bejn l-UE u l-Istati Uniti f’Diċembru 2022.

(46)

Pereżempju: ir-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, li ġabar flimkien l-ippjanar tal-enerġija u tal-klima u ssimplifika l-monitoraġġ tal-progress; il-Grupp ta’ Livell Għoli għall-Piżijiet Amministrattivi tal-2007.

(47)

Pereżempju, il-Kontroll tal-Idoneità tar-Rappurtar u l-Monitoraġġ tal-Politika Ambjentali tal-UE, SWD (2017) 230, li rreveda 180 obbligu ta’ rappurtar f’60 biċċa leġiżlazzjoni.

(48)

Permezz ta’ inċentivi kummerċjali jew finanzjarji.

(49)

 Spazju Amministrattiv Ewropew fl-UE (ComPAct)

(50)

Il-qafas tal-iżvilupp sostenibbli, l-indiċi tal-ekonomiji u s-soċjetajiet diġitali, il-pilastru soċjali, it-tabella ta’ valutazzjoni tal-innovazzjoni u ħafna oħrajn jipprovdu perspettiva aktar granulari dwar l-iżviluppi relatati fl-UE.

(51)

  Integrazzjoni ta’ prodotti u servizzi| Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku (europa.eu)

(52)

  Traspożizzjoni Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku (europa.eu)

(53)

  Reżiljenza ekonomika | Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku (europa.eu)

(54)

  Aċċess għall-finanzjament Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku (europa.eu)

(55)

https://ec.europa.eu/economy_finance/ameco_dashboard

(56)

  Bażi tad-data - Xjenza, teknoloġija u innovazzjoni - Eurostat (europa.eu)

(57)

Applikazzjonijiet għall-privattivi quddiem l-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi skont il-pajjiż ta’ residenza tal-applikanti, dehra prestabbilita fis-sett tad-data tal-Eurostat

(58)

  Statistiki | Eurostat (europa.eu) Il-kodiċi tad-data online: SDG_09_40

(59)

  Statistiki | Eurostat (europa.eu) Il-kodiċi tad-data online: NRG_IND_REN

(60)

 Faxxa IC, konsum ta’ bejn 500 u 2 000 MWh, id-dehra prestabbilita fis-sett tad-data tal-Eurostat

(61)

  Statistiki | Eurostat (europa.eu) Il-kodiċi tad-data online: NRG_PC_205

(62)

  Statistiki | Eurostat (europa.eu)

(63)

Kemm huma diġitalizzati l-intrapriżi tal-UE? - Aħbarijiet tal-Eurostat dwar il-Prodotti — Eurostat (europa.eu)

(64)

  Statistiki | Eurostat (europa.eu) Il-kodiċi tad-data online: ISOC_CICCE_USE. Daqs tal-Intrapriża: 10 persuni impjegati jew aktar

(65)

  Statistiki | Eurostat (europa.eu) Il-kodiċi tad-data online: ISOC_EB_BD. Daqs tal-Intrapriża: 10 persuni impjegati jew aktar

(66)

  Statistiki | Eurostat (europa.eu) Il-kodiċi tad-data online: ISOC_EB_AI. Daqs tal-Intrapriża: 10 persuni impjegati jew aktar

(67)

Dan l-indikatur se jiġi implimentat mill-2022 ’il quddiem, b’data disponibbli kull sentejn

(68)

  CIRCABC (europa.eu)  data tad-DĠ EMPL mill-Istħarriġ dwar l-Edukazzjoni għall-Adulti, bl-esklużjoni ta’ “ggwidat fuq it-taħriġ fuq ix-xogħol”

(69)

  Statistiki | Eurostat (europa.eu) Impjieg u attività skont is-sess u l-età - data annwali. Il-kodiċi tad- data online: LFSI_EMP_A.

(70)

  Statistiki | Eurostat (europa.eu) Speċjalisti impjegati tal-ICT, perċentwal tal-impjieg totali. Il-kodiċi tad-data online: ISOC_SKS_ITSPT

(71)

  Statistiki | Eurostat (europa.eu) Speċjalisti impjegati tal-ICT skont is-sess. Il-kodiċi tad-data online: ISOC_SKS_ITSPS

(72)

Stimi. Bażi għall-kalkolu: 189,7 miljun persuna impjegati fl-2021 Impjieg - Statistiki annwali - Statistiki Spjegati (europa.eu)

(73)

  ASMR 2023.pdf (europa.eu) Figura 1

(74)

Il-kummerċ dinji fil-prodotti u s-servizzi - ħarsa ġenerali - Statistiki Spjegati (europa.eu)

(75)

  Amministrazzjoni reattiva u piż regolatorju | Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku (europa.eu)

Top