IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 9.11.2022
COM(2022) 597 final
2022/0371(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi Strument għall-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna għall-2023 (assistenza makrofinanzjarja +)
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52022PC0597
Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL establishing an Instrument for providing support to Ukraine for 2023 (macro-financial assistance +)
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Strument għall-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna għall-2023 (assistenza makrofinanzjarja +)
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Strument għall-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna għall-2023 (assistenza makrofinanzjarja +)
COM/2022/597 final
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 9.11.2022
COM(2022) 597 final
2022/0371(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi Strument għall-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna għall-2023 (assistenza makrofinanzjarja +)
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
L-eskalazzjoni reċenti tar-Russja tal-gwerra brutali ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna tikkonferma d-determinazzjoni tagħha li tikser id-drittijiet fundamentali tal-Ukrajna għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali fil-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment u li teqred il-vijabbiltà tagħha bħala Stat. Il-qlubija, il-kuraġġ u d-determinazzjoni murija mill-poplu Ukren biex jiddefendi pajjiżhom jistħoqqilhom rispett u gratitudni profondi.
F’approċċ ta’ Tim Ewropa, l-UE, l-Istati Membri tagħha u l-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej sa mill-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja mmobilizzaw EUR 19,7 biljun għar-reżiljenza ekonomika, soċjali u finanzjarja tal-Ukrajna. Dan jgħaqqad l-appoġġ mill-baġit tal-Unjoni (EUR 12,4-il biljun), inklużi l-assistenza makrofinanzjarja, is-self u l-investiment mill-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, iggarantiti bis-sħiħ jew parzjalment mill-baġit tal-UE, kif ukoll appoġġ finanzjarju ulterjuri mill-Istati Membri (EUR 7,3 biljun).
Il-baġit tal-UE, b’mod partikolari permezz tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali, ilu jipprovdi appoġġ komprensiv għar-riforma u l-investiment lill-Ukrajna mill-2014. Sa mill-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa, dan l-appoġġ ġie orjentat mill-ġdid lejn l-assistenza ta’ emerġenza u, dejjem aktar, lejn ir-riabilitazzjoni tal-infrastruttura u tad-djar nazzjonali u muniċipali danneġġati/meqruda. Huwa kruċjali li dan l-appoġġ jitkompla b’mod komplementari permezz tal-istrument tal-AMF+, inkluż permezz ta’ riformi marbuta mat-triq Ewropea tal-Ukrajna.
Barra minn hekk, il-Kunsill iddeċieda dwar miżuri ta’ assistenza biex jappoġġa lill-forzi armati Ukreni taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi, li jammontaw għal EUR 3,1 biljun, u missjoni ta’ assistenza militari b’appoġġ għall-Ukrajna b’EUR 0,1 biljun għall-ispejjeż komuni bl-għan li jitħarrġu 15 000 suldat bħala l-ewwel bidu. L-UE u l-Istati Membri tagħha taw ukoll rispons ta’ emerġenza in natura bla preċedent permezz tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili, li jikkostitwixxi l-akbar operazzjoni ta’ emerġenza mill-ħolqien tal-Mekkaniżmu, u alloka miljuni ta’ oġġetti ta’ emerġenza lejn l-Ukrajna u r-reġjun.
Il-ħsara mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja fuq l-ekonomija, iċ-ċittadini u n-negozji Ukreni hija tremenda. Fuq medda qasira ta’ żmien, il-Fond Monetarju Internazzjonali jbassar li l-ekonomija tal-Ukrajna tista’ tiċkien sa 35 % f’termini reali sal-aħħar ta’ din is-sena. L-inflazzjoni qed taċċellera u hija mistennija li tilħaq 30 % sa tmiem l-2022, minħabba skarsezzi ta’ oġġetti, sfidi loġistiċi għall-provvista u l-finanzjament tal-ħtiġijiet tal-gvern permezz tal-ħolqien monetarju.
Minħabba l-gwerra li għaddejja tar-Russja, il-ħtiġijiet ta’ finanzjament għal terminu qasir tal-Ukrajna għall-2023 huma mistennija li jkunu sinifikanti. Skont stimi reċenti mill-awtoritajiet Ukreni, f’kooperazzjoni mal-Fond Monetarju Internazzjonali, se jkun hemm diskrepanza kontinwa fil-finanzjament ta’ bejn EUR 3 biljun u EUR 4 biljun fix-xahar fl-2023. L-Ukrajna se tkompli tesperjenza ħtiġijiet għoljin ta’ finanzjament għal terminu qasir, biex iżżomm il-funzjonijiet statali essenzjali, tiżgura l-istabbiltà makroekonomika u tirriabilita l-infrastruttura kritika meqruda mill-gwerra tar-Russja. Huwa għalhekk li huwa kruċjali li l-appoġġ il-ġdid jiġi mobilizzat malajr kemm jista’ jkun.
Ix-xhur li ġejjin se jkunu deċiżivi biex jintlaħaq qbil dwar appoġġ addizzjonali. Dan l-appoġġ għal żmien qasir se jeħtieġ sforz internazzjonali kkoordinat u kooperazzjoni mill-qrib fost is-sħab internazzjonali. L-UE tinsab soda fl-appoġġ tagħha lill-Ukrajna li l-futur tagħha jinsab fl-UE. It-tkomplija tal-appoġġ lill-Ukrajna b’approċċ kollettiv organizzat hija prijorità qawwija għall-Unjoni.
L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Ukrajna fl-2022 kienet ġeneruża u effettiva. L-Unjoni impenjat EUR 7,2 biljun f’self konċessjonali ħafna, inkluż sussidju fuq il-pagamenti tar-rati tal-imgħax, bil-pakketti ta’ assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali u ta’ emerġenza tagħha, li minnhom EUR 4,2 biljun diġà ġew żborżati sa nofs Ottubru, bit-EUR 3 biljun li jifdal mistennija jaslu fl-Ukrajna sa tmiem is-sena. Madankollu, sa issa ngħatat assistenza fuq bażi ad hoc, li tkopri ftit xhur kull darba. Dan kien jeħtieġ proviżjonament sinifikanti mill-baġit tal-UE u mill-garanziji nazzjonali. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat approċċ aktar strutturali u effiċjenti għall-appoġġ tal-Unjoni lill-Ukrajna fl-2023. Din il-proposta tistabbilixxi qafas ordnat u sostenibbli għat-twassil tal-assistenza finanzjarja lill-Ukrajna, filwaqt li toffri biżżejjed flessibbiltà biex jiġi aġġustat l-appoġġ għall-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-pajjiż li qed jevolvu u tħejji t-triq għal Faċilità futura ta’ “Rikostruzzjoni tal-Ukrajna”, f’konformità mal-Komunikazzjoni tat-18 ta’ Mejju 2022 dwar “l-Għajnuna u r-Rikostruzzjoni mill-Ukrajna” 1 u l-prinċipji maqbula fil-Konferenza ta’ Lugano għar-Riforma tal-Ukrajna ta’ Lulju 2022.
Il-parametri wesgħin tal-appoġġ ta’ għajnuna u riabilitazzjoni tal-Unjoni għandhom jiġu deċiżi għall-2023 kollha fuq il-bażi ta’ qafas stabbli. Sistema unifikata u effiċjenti biex tiżgura l-aħjar kundizzjonijiet ta’ self u testendi l-aċċess għas-suq għal appoġġ ta’ self għandha vantaġġi kbar f’kuntest ta’ spejjeż u rati tal-imgħax li qed jiżdiedu.
Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tipproponi li toħloq strument biex tipprovdi appoġġ lill-Ukrajna (assistenza makrofinanzjarja+) għall-2023. L-istrument se jipprovdi għajnuna finanzjarja għal terminu qasir fil-forma ta’ self konċessjonali ħafna b’mod prevedibbli, kontinwu, ordnat u f’waqtu, jiffinanzja l-ħtiġijiet immedjati, ir-riabilitazzjoni tal-infrastruttura kritika u l-appoġġ inizjali għar-rikostruzzjoni ta’ wara l-gwerra, bil-ħsieb li jappoġġa lill-Ukrajna fi triqitha lejn l-integrazzjoni Ewropea. L-UE se tissussidja l-kostijiet tar-rata tal-imgħax tal-Ukrajna, li se jiġu ffinanzjati minn kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri fil-forma ta’ dħul assenjat estern sa tmiem l-2027. Sabiex tiġi żgurata l-kopertura tal-ispejjeż tal-imgħax matul il-ħajja tas-self, il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri lil hinn mill-2027 jenħtieġ li jiġġeddu u jkomplu bħala dħul assenjat estern sakemm ma jkunux koperti b’mezzi oħra f’oqfsa finanzjarji pluriennali futuri. Barra minn hekk, l-ammonti li jirriżultaw minn kontribuzzjonijiet volontarji addizzjonali mill-Istati Membri u kontribuzzjonijiet possibbli minn pajjiżi terzi u terzi persuni jistgħu jipprovdu appoġġ mhux ripagabbli.
Il-ħtiġijiet ta’ finanzjament li ġejjin għall-Ukrajna jeħtieġu mobilizzazzjoni u żborż b’mod kosteffettiv u aġli. Huwa ta’ importanza kbira li dan il-finanzjament jiġi organizzat b’metodu uniku ta’ finanzjament flimkien ma’ finanzjament ieħor tal-UE sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu ħtiġijiet multipli ta’ politika fl-istess ħin. Għal din ir-raġuni, huwa meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, biex tiġi stabbilita l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata, attwalment implimentata għat-teħid b’self skont id-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 2 bħala l-metodu bażi għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self.
Sabiex tiġi żgurata bażi finanzjarja soda, is-self lill-Ukrajna għandu jkun appoġġat minn garanzija mill-marġni ta’ manuvra tal-baġit tal-UE, jiġifieri l-ispazju baġitarju ’l fuq mil-limitu massimu għall-pagamenti tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) sal-limitu massimu tar-riżorsi proprji. Dan jipprovdi livell għoli ta’ protezzjoni u riassigurazzjoni lill-investituri, jevita l-proviżjonament ta’ self jew l-istabbiliment ta’ garanziji nazzjonali, mingħajr bidliet fid-daqs jew fil-limiti massimi tal-QFP. Dan jeħtieġ emenda limitata tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 3 li se tippermetti li l-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw minn assistenza finanzjarja lill-Ukrajna disponibbli għall-2023 u l-2024 jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-assistenza finanzjarja għall-Istati Membri.
L-appoġġ bl-istrument se jirrikjedi li l-Ukrajna tkompli ssaħħaħ l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, il-miżuri kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni. Għalhekk, filwaqt li titqies l-evoluzzjoni fil-prattika, l-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jkun inkwadrat minn kundizzjonijiet ta’ politika, dejjem aktar immirat lejn it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tal-Ukrajna u t-tħejjija tat-triq għal sforz ta’ rikostruzzjoni b’suċċess kif ukoll l-appoġġ għall-isforzi tal-Ukrajna fit-triq Ewropea tagħha.
Il-futur tal-Ukrajna u taċ-ċittadini tagħha jinsab tabilħaqq fl-UE. Il-Kunsill Ewropew ta status ta’ kandidat lill-Ukrajna f’Ġunju 2022. L-isforz immedjat biex tiġi sostnuta r-reżiljenza finanzjarja tal-Ukrajna kif ukoll ir-rikostruzzjoni fit-tul se jirrikjedu l-għarfien espert tal-Unjoni, f’ħidma mas-sħab internazzjonali, kif ukoll it-trasparenza u l-monitoraġġ.
•Konsistenza ma’ dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
L-istatus ta’ kandidat mogħti mill-Kunsill Ewropew fit-23 ta’ Ġunju 2022 jankra bil-qawwa lill-Ukrajna fit-triq Ewropea tagħha. Huwa għalhekk li r-rispons kollu tal-UE b’appoġġ għar-reżiljenza u l-irkupru tal-Ukrajna – inkluż permezz ta’ dan l-istrument – se jikkontribwixxi wkoll għall-fażi bikrija tal-proċess ta’ qabel l-adeżjoni tal-Ukrajna.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
L-Artikolu 212 TFUE huwa bażi ġuridika xierqa għall-programm ta’ assistenza finanzjarja mogħti mill-Unjoni lil pajjiżi terzi, li mhumiex pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp. L-aggressjoni militari kontinwa mhux provokata u mhux ġustifikata mir-Russja tirrikjedi l-għoti ta’ assistenza finanzjarja addizzjonali lill-Ukrajna f’konformità mal-objettivi u l-modalitajiet deskritti f’din il-proposta.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
Il-prinċipju tas-sussidjarjetà jiġi rispettat billi l-ħtieġa ta’ reazzjoni komuni fl-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna fuq skala adegwata ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom u jista’ jinkiseb aħjar mill-UE. Ir-raġunijiet ewlenin huma r-restrizzjonijiet ta’ kapaċità fiskali u dawk baġitarji li qed jiġu affaċċjati fil-livell nazzjonali u l-ħtieġa għal koordinazzjoni b’saħħitha tad-donaturi sabiex jiġu massimizzati l-iskala u l-effettività tal-appoġġ, filwaqt li jiġi limitat il-piż fuq il-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet tal-Ukrajna, li hija mġebbda ħafna fiċ-ċirkostanzi attwali.
•Proporzjonalità
L-appoġġ finanzjarju propost lill-Ukrajna huwa meqjus adegwat fid-daqs, fuq il-bażi tal-aħjar stimi tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ukrajna, ippreżentati mill-awtoritajiet nazzjonali u vvalutati f’kooperazzjoni mal-komunità internazzjonali, inkluż il-Fond Monetarju Internazzjonali. Tali appoġġ ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għall-iskop imfittex biex jiġi pprovdut appoġġ strutturat u prevedibbli lill-Ukrajna fl-2023 u l-finanzjament relatat tagħha.
•Għażla tal-istrument
Regolament huwa l-istrument xieraq billi jipprovdi regoli applikabbli direttament għall-appoġġ.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
Il-proposta ssegwi sensiela ta’ operazzjonijiet ta’ assistenza makrofinanzjarja pprovduti lill-Ukrajna mill-2015. Evalwazzjonijiet ex post tal-operazzjonijiet preċedenti tal-AMF lill-Ukrajna wrew li b’mod ġenerali kienu rilevanti ħafna f’termini tal-objettivi, tal-pakkett finanzjarju u tal-kundizzjonijiet ta’ politika tagħhom. B’mod partikolari, l-operazzjonijiet tal-AMF kienu kruċjali biex jappoġġaw lill-Ukrajna fl-indirizzar tal-problemi tagħha tal-bilanċ tal-pagamenti u fl-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali ewlenin biex tiġi stabbilizzata l-ekonomija u tissaħħaħ is-sostenibbiltà tal-pożizzjoni esterna tagħha. Huma ppermettew ffrankar fiskali u benefiċċji finanzjarji, u aġixxew bħala katalist għal appoġġ finanzjarju addizzjonali u l-fiduċja tal-investituri. Ġie determinat li l-kondizzjonalità marbuta mal-operazzjonijiet tal-AMF kienet komplementari għall-programmi relatati tal-FMI. Dan ħoloq effett politikament rinforzanti li kkontribwixxa għall-mobilizzazzjoni tal-awtoritajiet Ukrajni madwar riformi essenzjali, speċjalment f’oqsma ta’ politika strutturali li huma inqas koperti minn programmi internazzjonali oħra ta’ donaturi.
L-approċċ wieħed b’wieħed għall-assistenza finanzjarja lill-Ukrajna fl-2022 wera żvantaġġi sinifikanti fil-kuntest tal-gwerra, madankollu, b’mod partikolari biex jintlaħaq qbil dwar in-naħa tal-finanzjament. Dan kien jeħtieġ proviżjonament sinifikanti mill-baġit tal-UE u/jew mill-garanziji nazzjonali. Sabiex jiġi evitat li l-leġiżlaturi tal-UE u dawk nazzjonali jkollhom jirrikorru ripetutament għal kwistjonijiet ta’ appoġġ finanzjarju, il-parametri wesgħin tal-appoġġ ta’ għajnuna u riabilitazzjoni tal-Unjoni għandhom jiġu deċiżi għall-2023 kollha fuq il-bażi ta’ qafas stabbli.
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Il-proposta twettaq is-sejħiet għal appoġġ stabbli u prevedibbli tal-Unjoni lill-Ukrajna mill-komunità internazzjonali u mill-pajjiż innifsu. Fit-tħejjija ta’ din il-proposta, is-servizzi tal-Kummissjoni kkonsultaw ma’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u ma’ donaturi oħra bilaterali (inklużi l-Istati Membri) u multilaterali, b’għarfien espert sinifikanti, inkluż fir-rigward tal-ekonomija tal-Ukrajna. Il-Kummissjoni kienet ukoll f’kuntatt regolari mal-awtoritajiet tal-Ukrajna.
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
Il-proposta tibni fuq esperjenza twila ta’ 30 sena ta’ assistenza makrofinanzjarja kif ukoll fuq l-esperjenza bl-appoġġ tal-azzjoni esterna tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni bbażat din il-proposta fuq analiżi bir-reqqa, li tibni wkoll fuq l-inputs minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u istituzzjonijiet internazzjonali kompetenti oħra, tal-ħtiġijiet finanzjarji u s-sitwazzjoni makrofinanzjarja usa’ tal-Ukrajna. Dan jinkludi diskussjonijiet fuq bażi regolari tal-aħħar projezzjonijiet tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ukrajna f’fora internazzjonali, pereż. il-G7, il-Konferenza Internazzjonali ta’ Esperti dwar l-Irkupru, ir-Rikostruzzjoni u l-Modernizzazzjoni tal-Ukrajna, kif ukoll kuntatti diretti kontinwi mal-awtoritajiet Ukreni.
•Valutazzjoni tal-impatt
L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni hija strument ta’ emerġenza eċċezzjonali li għandu l-għan li jindirizza diffikultajiet severi għall-bilanċ tal-pagament f’pajjiżi terzi. B’mod aktar ġenerali, il-proposti tal-AMF tal-Kummissjoni jibnu fuq it-tagħlimiet meħuda minn evalwazzjonijiet ex post imwettqa fuq operazzjonijiet tal-passat fil-viċinat tal-UE. Dan l-istrument tal-AMF+ se jgħin biex jittaffew il-ħtiġijiet ta’ finanzjament għal terminu qasir tal-Ukrajna fl-2023 fiċ-ċirkostanzi straordinarji attwali. Ir-rekwiżiti ta’ rapportar u l-kundizzjonijiet ta’ politika marbuta miegħu għandhom l-għan li jiżguraw l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-appoġġ. Dan l-Istrument tal-AMF+ jenħtieġ li jibni fuq il-kisbiet tas-seba’ programmi tal-AMF mill-2015, inkluża l-aħħar operazzjoni tal-AMF marbuta mal-COVID-19, mal-operazzjoni ta’ emerġenza kmieni fl-2022 u dik eċċezzjonali tal-2022.
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
Il-proposta ma hijiex marbuta mal-idoneità regolatorja u s-simplifikazzjoni.
•Drittijiet fundamentali
Prekundizzjoni għall-għoti ta’ appoġġ skont l-istrument hi li l-Ukrajna tkompli tirrispetta mekkaniżmi demokratiċi effettivi u lill-istituzzjonijiet tagħha, inkluża s-sistema parlamentari b’diversi partiti u l-istat tad-dritt, u l-garanzija tar-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem.
L-impenn ta’ riforma u r-rieda politika qawwija mill-awtoritajiet Ukreni huma sinjal pożittiv, b’mod partikolari kif muri mill-Kunsill Ewropew li ta l-istatus ta’ kandidat lill-Ukrajna f’Ġunju 2022 u mit-tlestija b’suċċess imġedda tal-kundizzjonalità tal-politika strutturali marbuta mal-operazzjonijiet reċenti tal-AMF lill-Ukrajna. Mindu seħħet l-aggressjoni Russa, l-awtoritajiet tal-Ukrajna wrew grad impressjonanti ta’ reżiljenza u baqgħu impenjati li jsegwu dawn ir-riformi b’mod trasparenti u li jaħdmu lejn l-istandards tal-UE u f’konformità mal-perkors tal-pajjiż lejn integrazzjoni fl-UE.
Għal dan il-għan, il-prekundizzjoni politika għal operazzjoni ta’ AMF hija meqjusa bħala ssodisfata fil-preżent. Fl-istess ħin, l-aderenza kontinwa ma’ din il-prekundizzjoni politika se tkompli tiġi żgurata permezz ta’ kundizzjonalitajiet ta’ politika kif stabbilit fil-Memorandum ta’ Qbil futur għal dan l-istrument.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Se jiġi pprovdutpPakkett globali sa EUR 18-il biljun f’self għal perjodu ta’ 12-il xahar, li jikkorrispondi għal medja ta’ EUR 1,5 biljun fix-xahar. Dan l-ammont jiżdied mal-assistenza pprovduta permezz ta’ strumenti eżistenti.
Ammonti addizzjonali li jirriżultaw minn kontribuzzjonijiet volontarji speċifiċi mill-Istati Membri (bħala dħul assenjat estern) jintużaw għall-finijiet li ġejjin:
·Appoġġ għall-kostijiet tal-imgħax tas-self – ma jista’ jiġi stabbilit l-ebda volum fil-mira minn qabel billi dawn il-kostijiet se jiddependu fuq l-imgħax reali fuq is-self
·Appoġġ li ma jitħallasx lura għal attivitajiet koperti mill-Memorandum ta’ Qbil tal-Istrument jew
·Li għandu jiġi indirizzat lill-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali (NDICI) u/jew Għajnuna Umanitarja għal attivitajiet li jibbenefikaw minnhom l-Ukrajna.
Barra minn hekk, il-pajjiżi terzi u terzi persuni jistgħu jagħmlu disponibbli riżorsi addizzjonali għal dawk deskritti hawn fuq, bħala dħul assenjat estern biex jikkontribwixxu għall-Memorandum ta’ Qbil tal-Istrument jew biex jiġu diretti lill-NDICI u/jew l-Għajnuna Umanitarja għal attivitajiet li jibbenefikaw lill-Ukrajna.
Il-Kummissjoni biħsiebha tagħti s-self bl-Istrument b’maturitajiet twal (b’tul massimu ta’ żmien ta’ 35 snin) u mingħajr ebda ripagament tal-kapital qabel l-2033. Dan se jsir flimkien mal-ispejjeż tal-imgħax imsemmija hawn fuq li għandhom jiġu koperti.
L-iżborżi jistgħu jiġu organizzati b’mod flessibbli u rapidu bi tweġiba għall-ħtiġijiet tal-awtoritajiet Ukreni matul is-sena 2023. Dawn jistgħu jiġu previsti b’mod ġenerali, fuq bażi trimestrali sabiex jiġi minimizzat il-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet Ukreni. Rieżami f’nofs is-sena ser jieħu kont tal-evoluzzjoni tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja u l-implikazzjonijiet tagħha fuq il-ħtiġijiet ta’ finanzjament kif ukoll tar-rilevanza u l-fattibbiltà kontinwi tal-kondizzjonalità tal-politika.
Aktar dettalji dwar l-implikazzjonijiet baġitarji u r-riżorsi umani u amministrattivi meħtieġa huma pprovduti fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva mehmuża ma’ din il-proposta.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar
Jenħtieġ li l-Unjoni Ewropea tagħmel dan l-istrument tal-AMF+ disponibbli għall-Ukrajna għal ammont totali ta’ massimu ta’ EUR 18-il biljun fil-forma ta’ self aġevolanti ħafna b’mod prevedibbli, kontinwu, ordnat u f’waqtu, li jikkontribwixxi biex ikopri l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tagħha għal terminu qasir, il-finanzjament tar-riabilitazzjoni tal-infrastruttura kritika u l-appoġġ inizjali għar-rikostruzzjoni ta’ wara l-gwerra, bil-ħsieb li l-Ukrajna tiġi appoġġata fi triqitha lejn l-integrazzjoni Ewropea. L-appoġġ se jikkontribwixxi biex ikopri d-diskrepanza fil-finanzjament estern residwu tal-Ukrajna fl-2023 u huwa ppjanat li jiġi żborżat f’diversi pagamenti parzjali. L-iżborżi jkunu jiddependu wkoll fuq l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rapportar u r-riformi ta’ politika kif maqbula fil-MtQ u msemmija f’dan ir-Regolament, inkluż ir-rapport li għandu jiġi pprovdut mill-Ukrajna qabel l-iżborż ta’ kull pagament parzjali. Il-Kummissjoni se taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali biex timmonitorja l-iżviluppi rilevanti u l-applikazzjoni tar-rekwiżiti u tal-kundizzjonijiet kif miftiehem fil-MtQ. L-appoġġ ikun ġestit mill-Kummissjoni. Japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-prevenzjoni tal-frodi u ta’ irregolaritajiet oħrajn, b’mod konsistenti mar-Regolament Finanzjarju.
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni se tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni lill-Ukrajna b’dan l-istrument, inkluża evalwazzjoni. Sa mhux aktar tard minn sentejn wara tmiem il-perjodu ta’ disponibbiltà, il-Kummissjoni tibgħat rapport ta’ evalwazzjoni ex post lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta r-riżultati u l-effiċjenza tal-appoġġ komplut mill-Unjoni skont l-Istrument kif ukoll sa liema punt dan ikkontribwixxa għall-għanijiet tal-assistenza.
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
Il-Kapitolu I tar-Regolament fih id-dispożizzjonijiet ġenerali.
L-Artikolu 1 jindika x’inhu s-suġġett tar-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta’ Strument li jipprovdi l-appoġġ tal-Unjoni lill-Ukrajna.
L-Artikolu 2 jiddefinixxi l-objettiv ġenerali tal-Istrument u jelenka l-objettivi speċifiċi ewlenin tiegħu.
L-Artikolu 3 jiddeskrivi l-oqsma li taħthom jista’ jingħata appoġġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrument.
L-Artikolu 4 jagħti l-ammonti ta’ appoġġ f’termini ta’ self. Jipprevedi wkoll ammonti addizzjonali biex jiġi kopert sussidju tar-rata tal-imgħax u appoġġ possibbli li ma jitħallasx lura. Fl-aħħar nett, l-artikolu jistabbilixxi l-perjodu ta’ disponibbiltà għall-appoġġ.
L-Artikolu 5 jiddeskrivi kif l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi u terzi persuni interessati jistgħu jikkontribwixxu għall-Istrument.
It-Taqsima 2 telabora dwar il-kundizzjonijiet tal-appoġġ permezz tal-Istrument.
L-Artikolu 6 jistabbilixxi l-prekundizzjoni ġenerali għall-għoti tal-appoġġ permezz tal-Istrument.
L-Artikolu 7 jistipula li l-Kummissjoni se tikkonkludi mal-Ukrajna Memorandum ta’ Qbil u tipprovdi informazzjoni dwar il-kontenut, iż-żmien, u r-rieżami tiegħu.
L-Artikolu 8 jirreferi għar-rekwiżiti ta’ rapportar skont il-Memorandum ta’ Qbil.
It-Taqsima 3 tagħti dispożizzjonijiet dwar kif jiġi rilaxxat l-appoġġ permezz tal-Istrument, dwar il-valutazzjoni u l-obbligi ta’ informazzjoni.
L-Artikolu 9 jipprevedi kif jiġi rilaxxat l-appoġġ permezz tal-Istrument.
L-Artikolu 10 jistabbilixxi l-passi proċedurali għar-rilaxx tal-appoġġ.
L-Artikolu 11 jagħti regoli dwar it-tnaqqis, is-sospensjoni u l-kanċellazzjoni tal-appoġġ.
L-Artikolu 12 jipprevedi li l-Kummissjoni għandha tivvaluta l-implimentazzjoni tal-appoġġ permezz tal-Istrument.
L-Artikolu 13 jiddefinixxi kif il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiġu infurmati dwar l-iżviluppi rigward l-Istrument.
Il-Kapitolu II tar-Regolament jagħti dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-implimentazzjoni tal-Istrument: L-Artikolu 14 fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ għoti u ta’ teħid b’self u tad-derogi mir-Regolament (UE) 2021/947 fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ kopertura u proviżjonament tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, l-Artikolu 15 – dwar is-sussidju tal-imgħax u l-Artikolu 16 – dwar il-ftehim ta’ finanzjament għall-appoġġ mhux ripagabbli.
Il-Kapitolu III tar-Regolament jiddeskrivi d-dispożizzjonijiet komuni u finali rigward il-komitoloġija (l-Artikolu 17), ir-rappurtar annwali (l-Artikolu 18), u d-dħul fis-seħħ (l-Artikolu 19).
2022/0371 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi Strument għall-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna għall-2023 (assistenza makrofinanzjarja +)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 212 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja 6 ,
Billi:
(1)Ftehim ta’ assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-Ukrajna 7 , inkluż Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva, daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2017.
(2)Fl-2014, l-Ukrajna bdiet programm ambizzjuż ta’ riforma bil-għan li tistabbilizza l-ekonomija tagħha u ttejjeb l-għajxien taċ-ċittadini tagħha. Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni kif ukoll riformi kostituzzjonali, elettorali u ġudizzjarji, huma fost l-ogħla prijoritajiet fuq l-aġenda. L-implimentazzjoni ta’ dawk ir-riformi ġiet appoġġata minn programmi konsekuttivi ta’ assistenza makrofinanzjarja, li taħthom l-Ukrajna rċeviet assistenza fil-forma ta’ self għal total ta’ EUR 6,6 biljun.
(3)L-assistenza makrofinanzjarja ta’ emerġenza, li saret disponibbli fil-kuntest ta’ theddida dejjem tikber, eżatt qabel l-invażjoni Russa, skont id-Deċiżjoni (UE) 2022/313 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 8 , ipprovdiet EUR 1,2 biljun f’self lill-Ukrajna, żborżat f’żewġ pagamenti parzjali ta’ EUR 600 miljun kull wieħed, f’Marzu u Mejju 2022.
(4)L-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni sa EUR 1 biljun, magħmula disponibbli skont id-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 9 , ipprovdiet appoġġ rapidu u urġenti għall-baġit tal-Ukrajna u ġiet żborżata totalment b’żewġ pagamenti parzjali fl-1 u t-2 ta’ Awwissu 2022. Din l-assistenza kkonstitwit l-ewwel stadju tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali ppjanata tal-Unjoni lill-Ukrajna sa EUR 9 biljun, imħabbar mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha tat-18 ta’ Mejju 2022 intitolata “L-Ukrajna: Għajnuna u Rikostruzzjoni” u approvata mill-Kunsill Ewropew tat-23-24 ta’ Ġunju 2022.
(5)Id-Deċiżjoni (UE) 2022/1628 10 kkostitwixxiet pass ieħor fl-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali prevista tal-Unjoni. Hija stabbiliet il-bażi għall-għoti lill-Ukrajna ta’ ammont ulterjuri sa EUR 5 biljun fil-forma ta’ self b’termini aġevolati ħafna, li minnhom EUR 2 biljun ġew żborżati fit-18 ta’ Ottubru, filwaqt li t-EUR 3 biljun li jifdal għandhom jiġu żborżati sa tmiem l-2022.
(6)L-aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna, mill-24 ta’ Frar 2022, ikkawżat lill-Ukrajna telf ta’ aċċess għas-swieq finanzjarji kif ukoll tnaqqis sinifikanti fid-dħul pubbliku, filwaqt li l-infiq pubbliku biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni umanitarja u biex tinżamm il-kontinwità tas-servizzi tal-Istat żdied b’mod notevoli. F’dik is-sitwazzjoni volatili u inċerta ħafna, l-aħjar stimi tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ukrajna mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), fis-sajf tal-2022, indikaw diskrepanza straordinarja fil-finanzjament ta’ madwar USD 39 biljun fl-2022 li madwar nofshom jistgħu jiġu ssodisfati bis-saħħa ta’ appoġġ internazzjonali. L-għoti rapidu mill-Unjoni tal- assistenza makrofinanzjarja lill-Ukrajna, skont id-Deċiżjoni (UE) 2022/1628 kien jitqies, fiċ-ċirkostanzi straordinarji attwali, bħala rispons xieraq għal terminu qasir għar-riskji mdaqqsa għall-istabbiltà makrofinanzjarja tal-Ukrajna. L-ammont ulterjuri sa massimu ta’ EUR 5 biljun f’assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni skont id-Deċiżjoni (UE) 2022/1628 kien biex jingħata appoġġ lill-istabbilizzazzjoni makrofinanzjarja tal-Ukrajna, isaħħaħ ir-reżiljenza immedjata tal-pajjiż u jsostni l-kapaċità tiegħu lejn l-irkupru, u b’hekk jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà tad-dejn pubbliku tal-Ukrajna u l-kapaċità tagħha li fl-aħħar mill-aħħar tkun f’pożizzjoni li tħallas lura l-obbligi finanzjarji tagħha.
(7)Sa mill-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja, l-Unjoni, l-Istati Membri tagħha u l-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej immobilizzaw EUR 19,7-il biljun għar-reżiljenza ekonomika, soċjali u finanzjarja tal-Ukrajna. Dan jgħaqqad l-appoġġ mill-baġit tal-Unjoni (EUR 12,4-il biljun), inklużi l-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali u l-appoġġ mill-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, iggarantiti bis-sħiħ jew parzjalment mill-baġit tal-UE, kif ukoll appoġġ finanzjarju ulterjuri mill-Istati Membri (EUR 7,3 biljun).
(8)Barra minn hekk, il-Kunsill iddeċieda dwar miżuri ta’ assistenza b’appoġġ lill-forzi armati Ukreni bil-Faċilità Ewropea għall-Paċi, li jammontaw għal EUR 3,1 biljun, u missjoni ta’ assistenza militari b’appoġġ għall-Ukrajna b’EUR 0,1 biljun għall-ispejjeż komuni. L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha taw ukoll rispons ta’ emerġenza in natura bla preċedent permezz tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili, li jikkostitwixxi l-akbar operazzjoni ta’ emerġenza mill-ħolqien tal-Mekkaniżmu, u alloka miljuni ta’ oġġetti ta’ emerġenza lejn l-Ukrajna u r-reġjun.
(9)Il-Kunsill Ewropew ta status ta’ kandidat lill-Ukrajna f’Ġunju 2022 11 . It-tkomplija tal-appoġġ qawwi lill-Ukrajna hija prijorità ewlenija għall-Unjoni. Dan jirrikjedi approċċ kollettiv organizzat kif imfisser f’dan l-istrument, billi l-ħsara mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja fuq l-ekonomija, iċ-ċittadini u n-negozji tal-Ukrajna hija tremenda.
(10)Il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna tirrappreżenta theddida ġeopolitika strateġika għall-Unjoni kollha kemm hi u tirrikjedi li l-Istati Membri jibqgħu b’saħħithom u magħqudin. Għalhekk, huwa essenzjali li l-appoġġ tal-Unjoni jintuża malajr u jkun kapaċi jadatta b’mod flessibbli u gradwali għal għajnuna immedjata u riabilitazzjoni f'perjodu qasir fit-triq lejn rikostruzzjoni futura.
(11)F’dan il-kuntest, l-Istrument stabbilit skont dan ir-Regolament għandu l-għan li jikkontribwixxi biex jingħalaq id-distakk fil-finanzjament tal-Ukrajna fl-2023, b’mod partikolari billi jipprovdi għajnuna finanzjarja aġevolata ħafna f’perjodu qasir lill-baġit tal-istat b’mod prevedibbli, kontinwu, ordnat u f’waqtu, inkluż biex jiffinanzja r-riabilitazzjoni u l-appoġġ inizjali lejn ir-rikostruzzjoni ta’ wara l-gwerra, fejn xieraq, bil-ħsieb li jappoġġa lill-Ukrajna fi triqitha lejn l-integrazzjoni Ewropea.
(12)Sabiex jintlaħaq l-objettiv ġenerali, l-assistenza jenħtieġ li tingħata biex tappoġġa l-istabbiltà makrofinanzjarja fl-Ukrajna, u biex ittaffi r-restrizzjonijiet tal-finanzjament estern tal-Ukrajna. Jenħtieġ li l-Kummissjoni timplimenta l-appoġġ f’konformità mal-prinċipji u l-objettivi ewlenin tal-miżuri meħuda fl-oqsma differenti tal-azzjoni esterna u politiki oħrajn rilevanti tal-Unjoni.
(13)L-għoti ta’ appoġġ għar-riabilitazzjoni, it-tiswija, u l-manutenzjoni ta’ funzjonijiet u infrastruttura kritiċi kif ukoll għajnuna għall-persuni fil-bżonn u għaż-żoni l-aktar affettwati f’termini ta’ appoġġ materjali u soċjali, akkomodazzjoni temporanja, kostruzzjoni residenzjali u infrastrutturali jenħtieġ li jgħoddu wkoll fost l-oqsma ewlenin ta’ appoġġ permezz tal-Istrument.
(14)Jenħtieġ li l-Istrument jappoġġa wkoll it-tisħiħ tal-kapaċità tal-awtoritajiet Ukreni biex iħejju għar-rikostruzzjoni futura ta’ wara l-gwerra u għall-fażi preparatorja bikrija tal-proċess ta’ qabel l-adeżjoni, kif xieraq, inkluż it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tal-Ukrajna, ir-riforma u t-tisħiħ tal-effettività tal-amministrazzjoni pubblika kif ukoll it-trasparenza, ir-riformi strutturali u l-governanza tajba fil-livelli kollha.
(15)L-Istrument se jappoġġa l-politika esterna tal-Unjoni fir-rigward tal-Ukrajna. Il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom jaħdmu flimkien mill-qrib matul l-operazzjoni ta’ appoġġ sabiex jikkoordinaw u jiżguraw il-konsistenza tal-politika esterna tal-Unjoni. L-appoġġ lill-Ukrajna skont dan ir-Regolament ikompli jikkontribwixxi b’mod sinifikanti biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ukrajna kif stmati mill-FMI, mill-Bank Dinji u minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra, filwaqt li titqies il-kapaċità tal-Ukrajna li tiffinanzja lilha nnifisha bir-riżorsi proprji tagħha. Id-determinazzjoni tal-ammont tal-appoġġ tqis ukoll il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mistennija minn donaturi bilaterali u multilaterali, kif ukoll l-iskjerament preeżistenti tal-istrumenti ta’ finanzjament esterni l-oħra tal-Unjoni fl-Ukrajna u l-valur miżjud tal-involviment ġenerali tal-Unjoni.
(16)Is-sitwazzjoni tal-Ukrajna tirrikjedi approċċ gradwali fejn strument li jiffoka fuq l-istabbiltà makrofinanzjarja kif ukoll l-għajnuna u r-riabilitazzjoni immedjati jenħtieġ li jkun akkumpanjat minn appoġġ kontinwu taħt l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali - Ewropa Globali u l-Istrument għall-Għajnuna Umanitarja.
(17)Jenħtieġ li r-Regolament jistabbilixxi r-riżorsi disponibbli għall-Istrument għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023 bi żborżi possibbli sal-31 ta’ Marzu 2024. Ammont massimu ta’ EUR 18-il biljun għandu jkun disponibbli fil-forma ta’ self. Barra minn hekk, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2027, ir-Regolament għandu jipprovdi għal sussidju tar-rata tal-imgħax. Sabiex tiġi żgurata l-kopertura tal-ispejjeż tal-imgħax matul il-ħajja tas-self, il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri lil hinn mill-2027 jenħtieġ li jiġġeddu u jkomplu bħala dħul assenjat estern sakemm ma jkunux koperti b’mezzi oħra f’oqfsa finanzjarji pluriennali futuri. Għalhekk, jista’ jkun possibbli li l-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri jiġu estiżi lil hinn mill-2027.
(18)Ir-Regolament għandu jipprovdi l-possibbiltà li l-Istati Membri jagħmlu disponibbli riżorsi addizzjonali, bħala dħul assenjat estern, li għandhom jiġu implimentati skont il-Memorandum ta’ Qbil ta’ dan l-Istrument. Tali possibbiltà għal kontribuzzjoni addizzjonali jenħtieġ li ssir ukoll għal pajjiżi terzi u terzi persuni interessati bħala dħul assenjat estern, f’konformità mal-Artikolu 21(2), il-punti (d) u (e) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 12 . Sabiex jitrawmu sinerġiji u komplementarjetajiet, huwa xieraq li jiġi permess li tali kontribuzzjonijiet addizzjonali mill-Istati Membri, minn pajjiżi terzi u terzi persuni oħra jkunu jistgħu jsiru disponibbli wkoll għall-programmi stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 13 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 14 għall-finanzjament ta’ miżuri li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ dan l-Istrument.
(19)Il-kontribuzzjonijiet volontarji mill-Istati Membri għandhom ikunu irrevokabbli, mingħajr kundizzjonijiet u b’talba. Għal dan il-għan, l-Istat Membru li jipprovdi l-appoġġ jenħtieġ li jidħol fi ftehim ta’ kontribuzzjoni fis-sens tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 mal-Kummissjoni. Il-ftehim ta’ kontribuzzjoni għandu jkopri l-kontribuzzjoni għas-sussidju tar-rata tal-imgħax u, jekk l-Istat Membru jkun jixtieq jipprovdihom, ammonti addizzjonali wkoll.
(20)L-appoġġ permezz tal-Istrument jenħtieġ li jkun disponibbli bil-prekundizzjoni li l-Ukrajna tkompli tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi u l-istituzzjonijiet tagħha, inkluża sistema parlamentari b’diversi partiti, l-istat tad-dritt u tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem.
(21)L-appoġġ permezz tal-Istrument jenħtieġ li jkun marbut mal-kundizzjonijiet ta’ politika li għandhom jiġu stabbiliti f’memorandum ta’ qbil. Jenħtieġ li jinkludu wkoll impenji biex jissaħħu l-prestazzjoni ekonomika u r-reżiljenza tal-pajjiż, l-ambjent tan-negozju, tiġi ffaċilitata r-rikostruzzjoni kritika u jiġu indirizzati l-isfidi fis-settur tal-enerġija.
(22)Il-kundizzjonijiet ta’ politika għandhom jiġu kkomplementati minn rekwiżiti stretti ta’ rappurtar, bil-għan li jiġi żgurat li l-fondi jintużaw b’mod effiċjenti, trasparenti u responsabbli.
(23)Fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali fl-Ukrajna huwa xieraq li tiġi prevista reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-memorandum ta’ qbil.
(24)L-appoġġ għandu jiġi rilaxxat soġġett għar-rispett tal-prekundizzjonijiet, l-implimentazzjoni sodisfaċenti u l-progress lejn l-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-politika.
(25)Huwa xieraq li tiġi prevista l-possibbiltà li jiġu vvalutati mill-ġdid il-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ukrajna u li l-appoġġ jitnaqqas, jiġi sospiż jew ikkanċellat jekk dawn jonqsu b’mod fundamentali matul il-perjodu tal-iżborż tal-appoġġ tal-Unjoni permezz tal-Istrument meta mqabbel mal-proġettazzjonijiet inizjali. Huwa xieraq ukoll li tiġi prevista l-possibbiltà li l-iżborżi jiġu sospiżi jew ikkanċellati f’każ li r-rekwiżiti għar-rilaxx tal-appoġġ permezz tal-Istrument ma jiġux issodisfati.
(26)Fil-kuntest attwali tal-ħtiġijiet finanzjarji urġenti tal-pajjiż, huwa xieraq li l-assistenza finanzjarja lill-Ukrajna tiġi organizzata skont il-metodu ta’ finanzjament uniku previst skont l-Artikolu 220a tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, li huwa mistenni li jtejjeb il-likwidità tal-bonds tal-Unjoni u l-attraenza u l-kosteffettività tal-ħruġ tal-Unjoni.
(27)Minħabba s-sitwazzjoni diffiċli tal-Ukrajna kkawżata mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja u biex tiġi appoġġata fit-triq tal-istabbiltà fit-tul tagħha, huwa xieraq li l-Ukrajna tingħata self b’termini konċessjonali ħafna b’tul massimu ta’ żmien ta’ 35 sena u l-bidu tar-ripagament tal-kapital mhux qabel l-2033. Huwa xieraq ukoll li ssir deroga mill-Artikolu 220(5), il-punt (e) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u li l-Unjoni jkollha l-possibbiltà li tkopri l-ispejjeż tar-rata tal-imgħax u tirrinunzja l-ispejjeż amministrattivi lill-Ukrajna. Is-sussidju tar-rata tal-imgħax jenħtieġ li jingħata bħala strument meqjus xieraq biex tiġi żgurata l-effettività tal-appoġġ sfis-sens tal-Artikolu 220(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Dan għandu jkun iffinanzjat minn kontribuzzjonijiet volontarji addizzjonali mill-Istati Membri u għandu jkun disponibbli gradwalment hekk kif il-ftehimiet mal-Istati Membri jkunu daħlu fis-seħħ.
(28)L-Ukrajna tista’ titlob is-sussidju tar-rata tal-imgħax u r-rinunzja tal-ispejjeż amministrattivi sal-aħħar ta’ Marzu ta’ kull sena.
(29)Jenħtieġ li l-obbligazzjoni finanzjarja minn self skont dan ir-Regolament ma tkunx appoġġata mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, b’deroga mit-tieni sentenza tal-Artikolu 31(3) tar-Regolament (UE) 2021/947. L-ammonti meħtieġa biex jiġi kopert kull nuqqas fl-assistenza finanzjarja lill-Ukrajna disponibbli għall-2023 jenħtieġ li jiġu mobilizzati f’konformità mal-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 15 . Jenħtieġ li l-appoġġ jikkostitwixxi f’assistenza finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 220(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Meta jitqiesu r-riskji finanzjarji u l-kopertura baġitarja, il-proviżjonament jenħtieġ li ma jkunx kostitwit għall-assistenza finanzjarja fil-forma ta’ self permezz ta’ dan l-Istrument u, b’deroga mill-Artikolu 211(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, jenħtieġ li ma tiġi stabbilita l-ebda rata ta’ proviżjonament bħala perċentwal tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 4(1).
(30)Huwa xieraq li l-Kummissjoni u l-Ukrajna jikkonkludu ftehim ta’ self għall-appoġġ tas-self, fil-qafas tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-MtQ. Sabiex jiġi żgurat li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni marbuta mal-appoġġ permezz tal-Istrument jiġu protetti b’mod effiċjenti, jenħtieġ li l-Ukrajna tieħu miżuri xierqa dwar il-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe irregolarità oħra marbuta ma’ dik l-assistenza u l-ġlieda kontrihom. Barra minn hekk, jenħtieġ li fil-ftehim tas-self u fil-ftehim ta’ finanzjament jiġi previst li l-Kummissjoni twettaq kontrolli, li l-Qorti tal-Awdituri twettaq awditi u li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jeżerċita l-kompetenzi tiegħu, f’konformità mal-Artikoli 129 u 220 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
(31)Billi l-għan ta’ dan ir-Regolament ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak il-għan.
(32)Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 16 .
(33)Fid-dawl tal-urġenza li tirriżulta miċ-ċirkostanzi eċċezzjonali kkawżati mill-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja, huwa meqjus xieraq li tiġi invokata l-eċċezzjoni għall-perjodu ta’ tmien ġimgħat previst fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
(34)Fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali fl-Ukrajna, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Kapitolu I
Appoġġ tal-Unjoni għall-Ukrajna
Taqsima 1
Dispożizzjonijiet Ġenerali
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi Strument li jipprovdi l-appoġġ tal-Unjoni għall-Ukrajna (l-“Istrument”) fil-forma ta’ self, appoġġ mhux ripagabbli u sussidju tar-rata tal-imgħax.
Jistabbilixxi l-objettivi tal-Istrument, il-finanzjament tiegħu, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni taħtu u r-regoli għall-għoti ta’ tali finanzjament.
Artikolu 2
Objettivi tal-Istrument
1.L-objettiv ġenerali tal-Istrument għandu jkun li jipprovdi għajnuna finanzjarja għal terminu qasir b’mod prevedibbli, kontinwu, ordnat u f’waqtu, finanzjament tar-riabilitazzjoni u appoġġ inizjali għar-rikostruzzjoni ta’ wara l-gwerra, fejn xieraq, bil-ħsieb li l-Ukrajna tiġi appoġġata fi triqitha lejn l-integrazzjoni Ewropea.
2.Biex jintlaħaq l-objettiv ġenerali, l-objettivi speċifiċi ewlenin għandhom b’mod partikolari jkunu li jappoġġaw:
(a)l-istabbiltà makrofinanzjarja, u biex jittaffew ir-restrizzjonijiet finanzjarji esterni u interni tal-Pajjiż;
(a)(b) aġenda ta’ riforma orjentata lejn il-fażi preparatorja bikrija tal-proċess ta’ qabel l-adeżjoni, kif xieraq, inkluż it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tal-Ukrajna, ir-riforma u t-tisħiħ tal-effettività tal-amministrazzjoni pubblika kif ukoll it-trasparenza, ir-riformi strutturali u l-governanza tajba fil-livelli kollha;
(b)(c) riabilitazzjoni ta’ funzjonijiet kritiċi u infrastruttura u għajnuna għan-nies fil-bżonn
Artikolu 3
L-Oqsma ta’ Appoġġ
Biex jilħaq l-objettivi tiegħu, l-Istrument għandu jappoġġa b’mod partikolari dawn li ġejjin:
(a)il-finanzjament tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ukrajna, bil-ħsieb li tinżamm l-istabbiltà makrofinanzjarja tal-pajjiż;
(b)ir-riabilitazzjoni, pereżempju fir-restawr tal-infrastruttura kritika, bħall-infrastruttura tal-enerġija, is-sistemi tal-ilma, in-netwerks tat-trasport, it-toroq jew il-pontijiet interni, jew f’setturi ekonomiċi strateġiċi u l-infrastruttura soċjali, bħal faċilitajiet tal-kura tas-saħħa, skejjel, u akkomodazzjoni għal persuni rilokati, inkluża akkomodazzjoni temporanja u soċjali;
(c)riformi settorjali u istituzzjonali, inklużi riformi kontra l-korruzzjoni u ġudizzjarji, ir-rispett tal-istat tad-dritt, il-governanza tajba, u l-modernizzazzjoni tal-istituzzjonijiet nazzjonali u lokali;
(d)tħejjija għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna;
(e)appoġġ għall-allinjament tal-qafas regolatorju tal-Ukrajna ma’ dak tal-Unjoni u l-integrazzjoni tal-pajjiż fis-suq uniku, kif ukoll it-tisħiħ tal-iżvilupp ekonomiku u t-titjib tal-kompetittività;
(f)it-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tal-Ukrajna permezz ta’ mezzi xierqa, inkluż l-użu ta’ assistenza teknika.
Artikolu 4
Appoġġ disponibbli permezz tal-Istrument
1.L-appoġġ permezz tal-Istrument fil-forma ta’ self, għandu jkun disponibbli għal ammont sa EUR 18 000 000 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023 bi żborż possibbli sal-31 ta’ Marzu 2024.
2.Appoġġ addizzjonali permezz tal-Istrument għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2027 għandu jkun disponibbli wkoll, soġġett għall-Artikolu 5(1), biex ikopri n-nefqa skont l-Artikolu 15. Dan l-appoġġ addizzjonali jista’ jkun disponibbli wara l-31 ta’ Diċembru 2027 soġġett għall-Artikolu 5(1).
3.Ammonti addizzjonali disponibbli skont l-Artikolu 5(2) u 5(4) ta’ dan ir-Regolament jistgħu jiġu implimentati bħala appoġġ mhux ripagabbli fejn previst fil-Memorandum ta’ Qbil li għandu jiġi konkluż skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament jew skont ir-Regolament (UE) 2021/947 u r-Regolament (KE) Nru 1257/96 għall-finanzjament ta’ miżuri li jilħqu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 2(2) minn (b) sa (c) skont ir-regoli ta’ dawk ir-Regolamenti.
4. L-ammonti msemmija fil-paragrafu 3 jistgħu jkopru n-nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Istrument u għall-kisba tal-objettivi tiegħu, inkluż l-appoġġ amministrattiv assoċjat mal-attivitajiet ta’ tħejjija, segwitu, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni meħtieġa għal tali implimentazzjoni, kif ukoll in-nefqa fil-kwartieri ġenerali u fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni għall-appoġġ amministrattiv u ta’ koordinazzjoni meħtieġ għall-Istrument, u għall-ġestjoni tal-operazzjonijiet iffinanzjati bl-Istrument, inkluż azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, u sistemi korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni.
Artikolu 5
Kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri u terzi persuni
1.L-Istati Membri jistgħu jikkontribwixxu għall-ammonti msemmija fl-Artikolu 4(2). Is-sehem relattiv tal-kontribuzzjoni tal-Istat Membru kkonċernat għal dawk l-ammonti għandu jikkorrispondi għas-sehem relattiv ta’ dak l-Istat Membru fl-introjtu nazzjonali gross (ING) totali tal-Unjoni. Għall-kontribuzzjonijiet għas-sena n, is-sehem relattiv ibbażat fuq l-ING għandu jiġi kkalkulat bħala s-sehem fl-ING totali tal-Unjoni, kif jirriżulta mill-kolonna rispettiva fil-parti tad-dħul tal-aħħar baġit annwali tal-Unjoni adottat jew fil-baġit emendatorju annwali tal-Unjoni għas-sena n-1.
L-appoġġ permezz tal-Istrument f’dan il-paragrafu għandu jsir disponibbli fir-rigward ta’ kwalunkwe ammont stabbilit fi ftehim mal-Istat Membru rispettiv wara li dak il-ftehim jidħol fis-seħħ.
2.L-Istati Membri jistgħu jikkontribwixxu għall-Istrument b’ammonti addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 4(3).
3.Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern f’konformità mal-Artikolu 21(2), il-punt (a)(ii) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
4.Pajjiżi terzi u terzi persuni interessati jistgħu jikkontribwixxu wkoll għal appoġġ mhux ripagabbli taħt l-Istrument b’ammonti addizzjonali msemmija fl-Artikolu 4(3), b’mod partikolari relatati mal-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2(2) minn (b) sa (c). Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu fi dħul assenjat estern f’konformità mal-Artikolu 21(2), il-punt (d) u (e) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
Taqsima 2
Kundizzjonijiet tal-appoġġ permezz tal-Istrument
Artikolu 6
Prekundizzjoni għall-appoġġ permezz tal-Istrument
1.Prekundizzjoni għall-għoti tal-appoġġ b’dan l-Istrument għandha tkun li l-Ukrajna tkompli żżomm u tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inklużi sistema parlamentari b’diversi partiti, l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem.
2.Il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom jimmonitorjaw it-twettiq tal-prekundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 matul il-perjodu kollu tal-appoġġ ipprovdut bl-Istrument, b’mod partikolari qabel ma jsiru l-iżborżi, b’kont debitu meħud, kif xieraq, tar-rapport regolari dwar it-tkabbir. Għandha tqis ukoll iċ-ċirkostanzi fl-Ukrajna u l-konsegwenzi tal-applikazzjoni tal-liġi marzjali hemmhekk.
3.Il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE 17 .
Artikolu 7
Memorandum ta’ Ftehim
1.Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi mal-Ukrajna Memorandum ta’ Qbil li għandu b’mod partikolari jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ politika, l-ippjanar finanzjarju indikattiv u r-rekwiżiti ta’ rappurtar, kif imsemmi fl-Artikolu 8.
Il-kundizzjonijiet ta’ politika għandhom ikunu marbuta, kif xieraq, fil-kuntest tas-sitwazzjoni ġenerali fl-Ukrajna, mal-objettivi u l-implimentazzjoni tagħhom imsemmija rispettivament fl-Artikolu 2 u l-Artikolu 3 u mal-prekundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 6. Dawn għandhom jinkludu impenn għall-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba b’enfasi fuq il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-ġlieda kontra l-frodi u l-evitar ta’ kunflitti ta’ interess u l-istabbiliment ta’ qafas trasparenti u responsabbli għall-ġestjoni tar-riabilitazzjoni u, fejn xieraq, tar-rikostruzzjoni.
2.Il-MtQ jista’ jiġi rivedut mill-Kummissjoni f’nofs it-terminu. Il-Kummissjoni tista’ temenda l-MtQ wara r-rieżami.
3.Il-MtQ għandu jiġi adottat u emendat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).
Artikolu 8
Rekwiżiti ta’ rapportar
1.Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar għall-Ukrajna għandhom jiġu inklużi fil-MtQ u għandhom jiżguraw, b’mod partikolari, l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-użu tal-appoġġ ipprovdut bl-Istrument.
2.Il-Kummissjoni għandha tivverifika, f’intervalli regolari, l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rappurtar u l-progress li jkun sar lejn l-issodisfar tal-kundizzjonijiet ta’ politika stabbiliti fil-MtQ. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultati ta’ dik il-verifika.
taqsima 3
Rilaxx tal-appoġġ permezz tal-Istrument, obbligi ta’ valutazzjoni u informazzjoni
Artikolu 9
Rilaxx tal-appoġġ permezz tal-Istrument
1.Soġġett għar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 10, l-appoġġ permezz tal-Istrument għandu jsir disponibbli mill-Kummissjoni f’pagamenti parzjali. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-perjodu ta’ żmien għall-iżborż ta’ kull pagament parzjali. Pagament parzjali jista’ jiġi żborżat f’parti waħda jew iktar.
2.Ir-rilaxx tal-appoġġ permezz tal-Istrument għandu jiġi ġestit mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-valutazzjoni tagħha tal-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ politika inklużi fil-MtQ.
Artikolu 10
Deċiżjoni dwar ir-rilaxx tal-appoġġ permezz tal-Istrument
1.L-Ukrajna għandha tippreżenta talba għal fondi qabel l-iżborż ta’ kull pagament parzjali akkumpanjata minn rapport f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-MtQ.
2.Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar ir-rilaxx tal-pagamenti parzjali, skont il-valutazzjoni tagħha tar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)ir-rispett għall-prekondizzjoni stabbilita fl-Artikolu 6;
(b)l-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-obbligi ta’ rapportar miftiehma fil-MtQ;
(c)progress sodisfaċenti lejn l-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ politika stabbiliti fil-MtQ.
(d)Qabel ma jiġi żborżat l-ammont massimu tal-appoġġ permezz tal-Istrument, il-Kummissjoni għandha tivverifika l-issodisfar tal-kundizzjonijiet ta’ politika kollha stabbiliti fil-MtQ.
Artikolu 11
Tnaqqis, sospensjoni u kanċellazzjoni tal-appoġġ permezz tal-Istrument
1.Jekk il-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ukrajna jonqsu b’mod fundamentali matul il-perjodu tal-iżborż tal-appoġġ tal-Unjoni bl-Istrument meta mqabbel mal-proġettazzjonijiet inizjali, il-Kummissjoni tista’ tnaqqas l-ammont tal-appoġġ, tissospendih jew tikkanċellah.
2.Meta r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10(2) ma jiġux issodisfati, il-Kummissjoni għandha tissospendi jew tikkanċella l-iżborż tal-appoġġ permezz tal-Istrument.
Artikolu 12
Valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-appoġġ permezz ta l-Istrument
Matul l-implimentazzjoni tal-Istrument, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, permezz ta’ valutazzjoni operazzjonali, li tista’ titwettaq flimkien mal-valutazzjoni operazzjonali prevista skont id-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 u d-Deċiżjoni (UE) 2022/1628, is-solidità tal-arranġamenti finanzjarji tal-Ukrajna, il-proċeduri amministrattivi, u l-mekkaniżmi ta’ kontroll interni u esterni li huma rilevanti għall-assistenza.
Artikolu 13
Informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżviluppi fir-rigward tal-Istrument, inklużi l-iżborżi tiegħu, u l-iżviluppi fl-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9, u għandha tipprovdi lil dawk l-istituzzjonijiet bid-dokumenti rilevanti fi żmien debitu. F’każ ta’ sospensjoni jew kanċellazzjoni skont l-Artikolu 11(2), hija għandha tinforma mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-raġunijiet għas-sospensjoni jew il-kanċellazzjoni.
Kapitolu II
Dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-implimentazzjoni tal-appoġġ
Artikolu 14
Operazzjonijiet mutwatarji u mutwanti
1.Sabiex tiffinanzja l-appoġġ taħt l-Istrument fil-forma ta’ self, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, f’isem l-Unjoni, li tissellef il-fondi meħtieġa mis-swieq kapitali jew minn istituzzjonijiet finanzjarji f’konformità mal-Artikolu 220(a) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
2.It-termini dettaljati tal-appoġġ permezz tal-Istrument fil-forma ta’ self għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim ta’ self f’konformità mal-Artikolu 220 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, li għandu jiġi konkluż bejn il-Kummissjoni u l-Ukrajna. Is-self għandu jkollu tul massimu ta’ 35 snin.
3.B’deroga mill-Artikolu 31(3), it-tieni sentenza tar-Regolament (UE) 2021/947, l-assistenza makrofinanzjarja pprovduta lill-Ukrajna fil-forma ta’ self b’dan l-Istrument ma għandhiex tiġi appoġġata mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna.
L-ebda proviżjonament għas-self skont dan ir-Regolament ma għandu jkun kostitwit u, b’deroga mill-Artikolu 211(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, ma għandha tiġi stabbilita l-ebda rata ta’ proviżjonament bħala perċentwal tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 4(1).
Artikolu 15
Sussidju tar-rata tal-imgħax
1.B’deroga mill-Artikolu 220(5), il-punt (e), tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u soġġett għar-riżorsi disponibbli, l-Unjoni tista’ ġġarrab l-imgħax billi tagħti sussidju tar-rata tal-imgħax u tkopri l-ispejjeż amministrattivi relatati mas-self, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż relatati mal-ħlas lura bikri tas-self, fir-rigward tas-self skont dan ir-Regolament.
2.L-Ukrajna tista’ titlob is-sussidju tar-rata tal-imgħax u l-kopertura tal-ispejjeż amministrattivi mill-Unjoni kull sena.
Artikolu 16
Ftehim ta’ finanzjament għal appoġġ mhux ripagabbli
It-termini dettaljati tal-appoġġ li ma jitħallasx lura msemmija fl-Artikolu 4(3) għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim ta’ finanzjament li għandu jiġi konkluż bejn il-Kummissjoni u l-Ukrajna. B’deroga mill-Artikolu 220(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, il-ftehim ta’ finanzjament għandu jkun fih biss id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (c) tal-Artikolu 220(5) tiegħu. Il-ftehim ta’ finanzjament għandu jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kontrolli, awditi, prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet oħra, u l-irkupru ta’ fondi.
Kapitolu III
Dispożizzjonijiet komuni u finali
Artikolu 17
Proċedura ta’ kumitat
1.Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 18
Rapport annwali
1.Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Kapitolu I, inkluża evalwazzjoni ta’ dik l-implimentazzjoni. Dan ir-rapport għandu:
(a)jeżamina l-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni permezz tal-Istrument;
(b)jivvaluta s-sitwazzjoni ekonomika u l-prospetti tal-Ukrajna, kif ukoll l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet imsemmija fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu I;
(c)jindika r-rabta bejn ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-MtQ, is-sitwazzjoni makrofinanzjarja attwali tal-Ukrajna u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li tirrilaxxa l-pagamenti parzjali tal-appoġġ permezz tal-Istrument.
2.Mhux aktar tard minn sentejn wara t-tmiem tal-perjodu ta’ disponibbiltà, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni ex post, li jivvaluta r-riżultati u l-effiċjenza tal-appoġġ komplut tal-Unjoni bl-Istrument u sa liema punt dan ikkontribwixxa għall-għanijiet tal-assistenza.
Artikolu 19
Dispożizzjonijiet finali
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat/kkonċernati
1.3.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:
1.4.Objettiv/Objettivi
1.4.1.Objettiv/Objettivi ġenerali
1.4.2.Objettiv speċifiku/Objettivi speċifiċi
1.4.3.Riżultat/Riżultati u impatt mistennija
1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit/Rekwiżiti li jrid/jridu jiġi/jiġu ssodisfat/ssodisfati f’terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
1.6.It-tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
1.7.Mod/Modi ta’ ġestjoni ppjanat/ppjanati
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
2.2.Sistema/Sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod/modi ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/mekkaniżmi għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/sistemi ta’ kontroll intern stabbilita/stabbiliti għall-mitigazzjoni tagħhom
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“ispejjeż tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/Intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja baġitarja/linji baġitarji tan-nefqa affettwata/affettwati
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.2. Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
3.2.3.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.4.Kontribuzzjonijiet ta’ terzi persuni
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1 Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument biex jingħata appoġġ lill-Ukrajna
1.2 Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)
6. Viċinat u d-Dinja
14. Azzjoni Esterna
Strument biex jingħata appoġġ lill-Ukrajna (assistenza makrofinanzjarja +)
1.3 Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:
azzjoni ġdida
◻ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 18
◻ l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida
1.4 Objettiv/Objettivi
1.4.1 Objettiv/Objettivi ġenerali
L-għoti ta’ għajnuna finanzjarja fuq terminu qasir, il-finanzjament tar-riabilitazzjoni u l-appoġġ inizjali għar-rikostruzzjoni ta’ wara l-gwerra, bil-ħsieb li l-Ukrajna tiġi appoġġata fi triqitha lejn l-integrazzjoni Ewropea.
1.4.2 Objettiv speċifiku/Objettivi speċifiċi
|
(a)l-istabbiltà makrofinanzjarja, u t-tnaqqis tar-restrizzjonijiet finanzjarji esterni u interni tal-pajjiż; (b)aġenda ta’ riforma orjentata lejn il-fażi preparatorja bikrija tal-proċess ta’ qabel l-adeżjoni, kif xieraq, inkluż it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tal-Ukrajna, ir-riforma u t-tisħiħ tal-effettività tal-amministrazzjoni pubblika kif ukoll it-trasparenza, ir-riformi strutturali u l-governanza tajba fil-livelli kollha (c)ir-riabilitazzjoni tal-funzjonijiet u l-infrastruttura kritiċi u l-għajnuna għall-persuni fil-bżonn; |
1.4.3 Riżultat/Riżultati u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
• Tappoġġa r-reżiljenza u l-istabbiltà ekonomiċi tal-Ukrajna fiċ-ċirkostanzi tal-gwerra.
• Tikkontribwixxi biex jiġu koperti l-ħtiġijiet ta’ finanzjament estern tal-Ukrajna, fil-kuntest ta’ deterjorament sinifikanti tal-kontijiet esterni tagħha kkawżat mill-invażjoni Russa mhux provokata u mhux ġustifikata tal-Ukrajna.
• Ittaffi l-ħtiġijiet finanzjarji baġitarji tas-sieħeb, bħala kontinwazzjoni tal-assistenza ta’ emerġenza diġà pprovduta.
• Tappoġġa r-riformi strutturali mmirati biex itejbu l-ġestjoni makroekonomika globali, li jsaħħaħ il-governanza ekonomika u t-trasparenza, u li jtejjeb il-kundizzjonijiet għal tkabbir sostenibbli, bil-ħsieb li tiġi segwita l-integrazzjoni fl-UE.
1.4.4 Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
L-awtoritajiet tal-Ukrajna se jkunu mitluba jirrapportaw lis-servizzi tal-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar sett ta’ indikaturi ekonomiċi u dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportar inklużi fil-MtQ.
Is-servizzi tal-Kummissjoni se jkomplu jimmonitorjaw il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, wara l-valutazzjoni operazzjonali taċ-ċirkwiti finanzjarji u l-proċeduri amministrattivi fl-Ukrajna, li tlestiet f’Ġunju 2020.
1.5 Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1 Rekwiżit/Rekwiżiti li għandu/għandhom jiġi/jiġu ssodisfat/ssodisfati f’terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
L-iżborż tal-assistenza se jkun kundizzjonali fuq it-twettiq tal-prekundizzjoni kif ukoll tal-kundizzjonijiet ta’ politika, elenkati f’Memorandum ta’ Qbil bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Ukrajna. L-assistenza hija ppjanata li tiġi żborżata f’diversi pagamenti rateali. Ir-rilaxx tal-pagamenti rateali jseħħ malajr wara l-approvazzjoni ta’ din il-proposta u d-dħul fis-seħħ tal-MtQ korrispondenti, u jsiru disponibbli minn hemm ’il quddiem.
L-assistenza se tkun ġestita mill-Kummissjoni. Japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-prevenzjoni tal-frodi u ta’ irregolaritajiet oħra, b’mod konsistenti mar-Regolament Finanzjarju. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Ukreni jaqblu dwar MtQ li jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ rapportar. Il-Kummissjoni se taħdem mill-qrib mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u mal-awtoritajiet nazzjonali biex timmonitorja l-iżviluppi rilevanti u l-applikazzjoni tar-rekwiżiti u tal-kundizzjonijiet kif miftiehem fil-MtQ.
1.5.2 Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
Din il-proposta twieġeb għall-ħtieġa ta’ rispons komuni fl-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna fuq skala adegwata, li ma tistax tinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom u tista’ tinkiseb aħjar mill-UE. Ir-raġunijiet ewlenin huma l-kapaċità fiskali u r-restrizzjonijiet baġitarji li qed jiġu ffaċċjati fil-livell nazzjonali u l-ħtieġa għal koordinazzjoni b’saħħitha tad-donaturi sabiex jiġu massimizzati l-iskala u l-effettività tal-appoġġ, filwaqt li jiġi limitat il-piż fuq il-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet tal-Ukrajna, li hija mġebbda ħafna fiċ-ċirkostanzi attwali.
L-inizjattiva hija parti mill-objettiv tal-UE li tipprovdi appoġġ ta’ likwidità għal terminu qasir lill-Ukrajna. Hija ssaħħaħ ukoll l-azzjonijiet mill-Unjoni għal appoġġ dirett umanitarju, ekonomiku u għad-difiża, kif ukoll l-inizjattivi tal-Unjoni biex tikkoordina azzjonijiet multilaterali, bħal “Stand up for Ukraine”. Min-natura tagħha stess, hija wkoll katalizzatur għal riformi li jsaħħu r-reżiljenza tal-pajjiż fuq perjodu qasir u twassal ukoll għal stabbiltà mtejba tul perjodu itwal ta’ żmien. Dawn l-eżiti mistennija huma partikolarment rilevanti għall-Ukrajna f’dan il-mument kritiku.
Il-valur miżjud ewlieni tas-self aġevolanti meta mqabbel ma’ strumenti oħra tal-UE huwa li jtaffi malajr ir-restrizzjonijiet finanzjarji esterni u jgħin biex jiżgura qafas makrofinanzjarju stabbli kontinwu, inkluż bil-promozzjoni ta’ bilanċ tal-pagamenti sostnut u sostenibbli u tas-sitwazzjoni baġitarja, f’qafas xieraq għar-rekwiżiti ta’ rapportar.
1.5.3 Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
L-operazzjonijiet ta’ assistenza makrofinanzjarja fis-sħab huma soġġetti għal evalwazzjoni ex post. Evalwazzjonijiet ex post tal-operazzjonijiet preċedenti tal-AMF lill-Ukrajna wrew li b’mod ġenerali kienu rilevanti ħafna f’termini tal-objettivi, tal-pakkett finanzjarju u tal-objettivi ta’ politika tagħha.
Dawn urew li kienu kruċjali biex jappoġġaw lill-Ukrajna fl-indirizzar tal-problemi tagħha tal-bilanċ tal-pagamenti u fl-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali ewlenin biex tiġi stabbilizzata l-ekonomija u tissaħħaħ is-sostenibbiltà tal-pożizzjoni esterna tagħha. Huma ppermettew iffrankar fiskali u benefiċċji finanzjarji, u aġixxew bħala katalist għal appoġġ finanzjarju addizzjonali u l-fiduċja tal-investituri.
1.5.4 Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
Il-proposta hija kompatibbli mal-limiti massimi tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2021-2027. L-appoġġ fil-forma ta’ self se jkun disponibbli għas-sena 2023. Ir-riżorsi għall-istrument se jiġu ffinanzjati permezz ta’ self (sa EUR 18-il biljun għall-appoġġ ibbażat fuq is-self).
L-UE se tipprovdi sussidju tar-rata tal-imgħax li se jiġi ffinanzjat minn kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri bħala dħul assenjat estern għall-baġit tal-UE. Għaldaqstant, din in-nefqa mhux se jkollha impatt fuq il-limiti massimi tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027.
1.5.5 Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Ukrajna fl-2022 kienet ġeneruża u effettiva. Madankollu, din l-assistenza ġiet ipprovduta fuq bażi ad hoc, li tkopri ftit xhur kull darba. Dan kien jirrikjedi proviżjonament sinifikanti mill-baġit tal-UE u mill-garanziji nazzjonali. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat approċċ aktar strutturali u effiċjenti għall-appoġġ tal-Unjoni lill-Ukrajna fl-2023.
Din il-proposta tistabbilixxi qafas ordnat u sostenibbli għat-twassil tal-assistenza finanzjarja lill-Ukrajna, filwaqt li toffri biżżejjed flessibbiltà biex jiġi aġġustat l-appoġġ għall-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-pajjiż li qed jevolvu u tħejji t-triq għal Faċilità futura ta’ “Rikostruzzjoni tal-Ukrajna”, f’konformità mal-Komunikazzjoni tat-18 ta’ Mejju 2022 dwar “l-Għajnuna u r-Rikostruzzjoni mill-Ukrajna” 19 u l-prinċipji maqbula fil-Konferenza ta’ Lugano għar-Riforma tal-Ukrajna ta’ Lulju 2022.
Sabiex jiġi evitat li l-leġiżlaturi tal-UE u dawk nazzjonali jkollhom jirrikorru ripetutament għal kwistjonijiet ta’ appoġġ finanzjarju, jenħtieġ li l-parametri ġenerali tal-appoġġ ta’ għajnuna u riabilitazzjoni tal-Unjoni jiġu deċiżi għall-2023 kollha.
Jenħtieġ li tiġi evitata aktar pressjoni fuq baġit tal-UE taħt pressjoni minħabba rekwiżiti ta’ proviżjonament u arranġamenti kumplessi, li jinvolvu għadd kbir ta’ garanziji nazzjonali ad hoc. Sistema unifikata u effiċjenti biex jiġu żgurati l-aħjar kundizzjonijiet ta’ self u jiġi estiż l-aċċess għas-suq għal appoġġ fil-forma ta’ self għandha vantaġġi kbar f’kuntest ta’ spejjeż u rati tal-imgħax li qed jiżdiedu.
1.6 It-tul ta' żmien u l-impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
☒ tul ta' żmien limitat
–◻ fis-seħħ minn [DD/MM]YYYY sa [DD/MM]YYYY
–☒ L-impatt finanzjarju fl-2023 għall-appoġġ fil-forma ta’ self, u matul il-perjodu ta’ ħlas lura għall-appoġġ fil-forma ta’ sussidju tar-rata tal-imgħax, iffinanzjat minn dħul assenjat estern sakemm ma jkunx kopert permezz ta’ mezzi oħra f’oqfsa finanzjarji pluriennali futuri.
◻ tul ta' żmien mhux limitat
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn YYYY sa YYYY,
–segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7 Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 20
☒ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
–☒ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–◻ mill-aġenziji eżekuttivi
◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
◻ Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit:
–◻ lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;
–◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
–◻ lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;
–◻ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;
–◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;
–◻ lill-korpi rregolati minn liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ lill-korpi rregolati minn liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblikaprivata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
–Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.
Kummenti
Mhux applikabbli
MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1 Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
Japplikaw l-obbligi ta’ monitoraġġ u rapportar skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
Il-monitoraġġ tal-azzjoni mis-servizzi tal-Kummissjoni jsir fuq il-bażi tal-miżuri speċifiċi li għandhom jiġu miftiehma mal-awtoritajiet Ukreni f’Memorandum ta’ Qbil (MtQ).
Il-MtQ se jinkludi rekwiżiti ta’ rapportar li jiżguraw, b’mod partikolari, l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-użu tal-appoġġ taħt l-Istrument.
Il-Kummissjoni tivverifika, f’intervalli regolari, l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rapportar u l-progress li jkun sar lejn l-issodisfar tal-kundizzjonijiet ta’ politika stabbiliti fil-MtQ. Il-Kummissjoni tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati ta’ dik il-verifika.
Il-Kummissjoni se tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni għall-Ukrajna, inkluża evalwazzjoni ta’ dik l-implimentazzjoni.
Sa mhux aktar tard minn sentejn wara tmiem il-perjodu ta’ disponibbiltà, il-Kummissjoni tibgħat rapport ta’ evalwazzjoni ex-post lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta r-riżultati u l-effiċjenza tal-appoġġ mitmum tal-Istrument tal-Unjoni u sa liema punt din ikkontribwiet għall-għanijiet tal-assistenza.
2.2 Sistema/Sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1 Ġustifikazzjoni tal-mod/tal-modi ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/mekkaniżmi għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
L-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati b'din il-proposta se jiġu implimentati taħt ġestjoni diretta mill-Kummissjoni, billi tikkonċerna appoġġ finanzjarju pprovdut direttament lill-Istat.
L-appoġġ bl-Istrument se jsir disponibbli mill-Kummissjoni f’pagamenti rateali, li kull wieħed minnhom għandu jikkonsisti f’self u, jekk ikun disponibbli, appoġġ mhux ripagabbli.
L-iżborżi jistgħu jiġu organizzati b’mod flessibbli u rapidu b’rispons għall-ħtiġijiet tal-awtoritajiet Ukreni. Dawn jistgħu jiġu previsti, pereżempju, fuq bażi trimestrali sabiex jiġi minimizzat il-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet Ukreni.
Jenħtieġ li l-appoġġ jiġi rilaxxat soġġett għar-rispett tal-prekundizzjonijiet, l-implimentazzjoni sodisfaċenti u l-progress lejn l-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ politika.
2.2.2 Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/sistemi ta’ kontroll intern stabbilita/stabbiliti għall-mitigazzjoni tagħhom
Hemm riskji politiċi, fiduċjarji u ta’ politika marbutin mal-operazzjoni proposta. Riskju ewlieni għall-operazzjoni jirriżulta mill-kontinwazzjoni tal-gwerra kkawżata mill-invażjoni Russa mhux ġustifikata u mhux ipprovokata tal-Ukrajna, li jista’ jkollha impatt negattiv ulterjuri fuq l-istabbiltà makroekonomika u l-kapaċità amministrattiva tal-Ukrajna.
Hemm ir-riskju li s-self jista’ jintuża b’mod qarrieqi. Billi l-proposta mhijiex imfassla għal spejjeż speċifiċi (għall-kuntrarju tal-finanzjament ta’ proġett, pereżempju), dan ir-riskju huwa relatat ma’ fatturi bħalma huma l-kwalità ġenerali tas-sistemi ta’ ġestjoni fil-Bank Nazzjonali tal-Ukrajna u fil-Ministeru tal-Finanzi, il-proċeduri amministrattivi, il-funzjonijiet ta’ kontroll u sorveljanza, is-sigurtà tas-sistemi tal-IT u l-adegwatezza tal-kapaċitajiet ta’ awditjar interni u esterni.
It-tielet riskju ġej mill-possibbiltà li l-Ukrajna tonqos milli tħallas l-obbligazzjonijiet finanzjarji lejn l-UE li jirriżultaw mis-self propost (riskju ta’ inadempjenza jew kreditu) li jista’ jkun ikkawżat, pereżempju, minn deterjorament addizzjonali sinifikanti tal-bilanċ tal-pagamenti u l-pożizzjoni fiskali tas-sieħeb. Għal dak l-għan, wara d-dħul fis-seħħ ta’ din l-emenda tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, il-Kummissjoni se tadotta u timplimenta qafas ta’ governanza usa’, proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju, u metodoloġija tal-allokazzjoni tal-ispejjeż.
Sistemi ta’ kontroll intern
L-operazzjonijiet ikunu soġġetti għal proċeduri ta’ verifika, kontroll u awditjar taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, inkluż tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), u tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri kif previst fl-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju. Matul l-implimentazzjoni, il-Kummissjoni tivverifika perjodikament id-dikjarazzjonijiet tas-sieħeb. Il-pagament huwa soġġett għal monitoraġġ mill-persunal tal-Kummissjoni. L-iżborż relatat mal-operazzjonijiet jista’ jkun soġġett għal verifiki ex post addizzjonali indipendenti (dokumentarji u/jew fil-post) minn uffiċjali tat-tim ta’ kontroll ex post tad-dipartiment rilevanti tal-Kummissjoni. Tali verifiki jistgħu jinbdew ukoll b'talba tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli permezz ta’ subdelega. Interruzzjonijiet u sospensjonijiet ta’ pagamenti, korrezzjonijiet finanzjarji (implimentati mill-Kummissjoni) u rkupri jistgħu jitwettqu fejn meħtieġ (dan għadu ma seħħ qatt sa issa), u huma previsti b’mod espliċitu fil-ftehimiet ta’ finanzjament mas-sħab.
2.2.3 Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“ispejjeż tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)
Is-sistemi ta’ kontroll fis-seħħ sa issa żguraw rata ta’ żball effettiva ta’ 0 % għat-tip ta’ pagamenti ta’ assistenza makrofinanzjarja. Ma hemm l-ebda każ magħruf ta’ frodi, korruzzjoni jew attività illegali. L-operazzjonijiet għandhom loġika ċara ta’ intervent, waħda li tippermetti lill-Kummissjoni tevalwa l-impatt tagħhom. Il-kontrolli jippermettu l-konferma tal-assigurazzjoni u tal-kisba tal-objettivi u l-prijoritajiet tal-politika.
2.3 Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, pereż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.
Sabiex jittaffew ir-riskji tal-użu frodulenti ttieħdu u se jittieħdu diversi miżuri: Ftehim ta’ Self li għandu jiġi konkluż bejn il-Kummissjoni u l-Ukrajna f’konformità mal-Artikolu 220 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. It-termini dettaljati ta’ kwalunkwe appoġġ mhux ripagabbli disponibbli flimkien mas-sussidju tar-rata tal-imgħax għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim ta’ finanzjament li għandu jiġi konkluż bejn il-Kummissjoni u l-Ukrajna.
Il-ftehimiet se jipprovdu għadd ta’ dispożizzjonijiet dwar l-ispezzjoni, il-prevenzjoni tal-frodi, l-awditjar u l-irkupru ta’ fondi f’każ ta’ frodi jew ta’ korruzzjoni. B’mod partikolari, il-ftehimiet ta’ self u ta’ finanzjament se jinkludu dispożizzjonijiet biex il-Kummissjoni twettaq verifiki, biex il-Qorti tal-Awdituri twettaq awditi u biex l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jeżerċita l-kompetenzi tiegħu, f’konformità mal-Artikoli 129 u 220 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
Huwa previst ukoll li għadd ta’ rekwiżiti ta’ rapportar se jkunu marbuta mal-assistenza, bil-ħsieb li jissaħħu t-trasparenza u l-akkontabilità dwar l-użu tal-fondi.
IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1 Intestatura/Intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja baġitarja/linji baġitarji tan-nefqa affettwata/affettwati
·Linji baġitarji ġodda mitluba
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali |
Linja baġitarja |
Tip ta’
|
Kontribuzzjoni |
|||
|
Numru
|
Diff./Mhux-diff. |
mill-pajjiżi tal-EFTA |
mill-pajjiżi kandidati |
minn pajjiżi terzi |
fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju |
|
|
6 |
Linja ġdida għas-sussidju tar-rata tal-imgħax Linja ġdida għan-nefqa ta’ appoġġ skont l-Artikolu 4(4) Linja ġdida għal appoġġ mhux ripagabbli skont l-Artikolu 4(3) |
Diff Mhux diff. Diff |
IVA |
IVA |
IVA |
IVA |
3.2 Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1 Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
In-nefqa proposta marbuta mal-Istrument għall-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna se tkun koperta minn ammont massimu ta’ EUR 18 000 000 000 fil-forma ta’ self li jirriżulta minn operazzjonijiet ta’ teħid b’self tal-Unjoni.
L-ammonti li jirriżultaw minn kontribuzzjonijiet volontarji speċifiċi mill-Istati Membri (bħala dħul assenjat estern) jintużaw għall-finijiet li ġejjin:
appoġġ għall-ispejjeż tal-imgħax tas-self – l-ebda volum fil-mira ma jista’ jiġi stabbilit minn qabel billi dawn l-ispejjeż se jiddependu fuq l-imgħax attwali fuq is-self;
·attivitajiet koperti mill-Memorandum ta’ Qbil tal-Istrument;
·jiġu ridirezzjonati lejn l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali (Neighbourhood, Development and International Cooperation Instrument, NDICI) u/jew Għajnuna Umanitarja għall-attivazzjoni għall-benefiċċju tal-Ukrajna.
Barra minn hekk, pajjiżi u terzi persuni jistgħu jagħmlu disponibbli riżorsi addizzjonali għal dawk deskritti hawn fuq, bħala dħul assenjat estern biex jikkontribwixxu għall-Memorandum ta’ Qbil tal-Istrument jew biex jiġu ridirezzjonati lill-NDICI u/jew lill-Għajnuna Umanitarja għal attivitajiet li minnhom tibbenefika l-Ukrajna.
|
Strument għall-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna (suppożizzjoni: approprjazzjonijiet ta’ impenn ugwali għal approprjazzjonijiet ta’ pagament) |
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
|
·Approprjazzjonijiet operazzjonali (li minnhom) |
|||||
|
Self |
18 000 000 000 |
- |
- |
- |
- |
|
Appoġġ mhux ripagabbli biex ikopri s-sussidju tar-rata tal-imgħax |
pm |
pm |
pm |
pm |
pm |
|
Kontribuzzjonijiet addizzjonali għal appoġġ mhux ripagabbli |
pm |
pm |
pm |
pm |
pm |
|
|
7 |
“Nefqa amministrattiva” |
Din it-taqsima jenħtieġ li timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabel kollox, trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.
miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi kemm idum tal-impatt (ara l-punt 1.6) |
TOTAL |
|||||
|
DG: <…….> |
||||||||||
|
• Riżorsi umani |
||||||||||
|
• Nefqa amministrattiva oħra |
||||||||||
|
TOTAL TAD-DĠ <…….> |
Approprjazzjonijiet |
|||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti) |
3.2.2 Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
–☒Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–◻ Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL |
|
INTESTATURA 7
|
||||||
|
Riżorsi umani |
||||||
|
Nefqa amministrattiva oħra |
||||||
|
Subtotal tal-INTESTATURA 7
|
|
Barra mill-INTESTATURA 7
22
|
||||||
|
Riżorsi umani |
pm |
pm |
pm |
pm |
pm |
pm |
|
Nefqa oħra
|
pm |
pm |
pm |
pm |
pm |
pm |
|
Subtotal
|
|
TOTAL |
pm |
pm |
pm |
pm |
pm |
pm |
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
–☒ Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
–◻Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time
|
2023 |
2024 |
2025 |
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6) |
||||||
|
• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) |
|||||||||
|
20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) |
|||||||||
|
20 01 02 03 (Delegazzjonijiet) |
|||||||||
|
01 01 01 01 (Riċerka indiretta) |
|||||||||
|
01 01 01 11 (Riċerka diretta) |
|||||||||
|
Linji baġitarji oħrajn (speċifika) |
|||||||||
|
• Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE) 23 |
|||||||||
|
20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”) |
|||||||||
|
20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet) |
|||||||||
|
14 01 06 24 |
- fil-Kwartieri Ġenerali |
||||||||
|
- fid-Delegazzjonijiet |
|||||||||
|
01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta) |
|||||||||
|
01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta) |
|||||||||
|
Linji baġitarji oħrajn (speċifika) |
|||||||||
|
TOTAL |
|||||||||
|
• Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE) - AC, AL, END, INT u JED 25 Linja baġitarja oħra: Dħul assenjat |
|||||||||
|
Iffinanzjat minn dħul assenjat – fil-Kwartieri Ġenerali |
|||||||||
|
Iffinanzjat minn dħul assenjat – f’Delegazzjoni |
|||||||||
|
TOTAL |
|||||||||
XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
|
Uffiċjali u aġenti temporanji |
|
|
Persunal estern |
3.2.3 Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Is-self se jiġi ffinanzjat minn teħid b’self tal-UE fis-swieq finanzjarji.
–◻tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).
Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. Ipprovdi tabella Excel f’każ ta’ riprogrammazzjoni kbira.
–◻ teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.
Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti proposti li għandhom jintużaw.
–☒ teħtieġ reviżjoni tal-QFP.
L-inizjattiva tirrikjedi aġġustament immirat tar-Regolament QFP biex is-self lill-Ukrajna jkun jista’ jiġi appoġġat minn garanzija mill-marġni ta’ manuvra tal-baġit tal-UE, jiġifieri l-ispazju baġitarju ‘l fuq mil-limitu massimu għall-pagamenti tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) sal-limiti tal-limitu massimu tar-riżorsi proprji. Dan se jipprovdi livell għoli ta’ protezzjoni u riassigurazzjoni lill-investituri, jevita l-istabbiliment għali ta’ garanziji nazzjonali, mingħajr bidliet fid-daqs jew fil-limiti massimi tal-QFP. Dan jeħtieġ emenda limitata tar-Regolament QFP (UE, Euratom) 2020/2093 li se tippermetti l-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw mill-assistenza finanzjarja lill-Ukrajna jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-assistenza finanzjarja għall-Istati Membri. Tali emenda limitata ma tirrevedix il-limiti massimi applikabbli tal-QFP 2021-2027.
3.2.4 kontribuzzjonijiet ta’ terzi persuni
Il-proposta/L-inizjattiva:
–☒ ma tipprevedix kofinanzjament minn terzi persuni 26
–◻tipprevedi l-kofinanzjament minn terzi persuni kif stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6) |
Totali |
|||
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament |
||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati |
||||||||
3.3 Impatt stmat fuq id-dħul
–◻ Il-proposta/L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–☒Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
–◻ fuq ir-riżorsi proprji
–☑fuq dħul ieħor
–indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa ☑
miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul: |
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali |
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 28 |
||||||
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6) |
||||
|
p.m. |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
|
Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/linji baġitarja/baġitarji tan-nefqa affettwata/affettwati.
Ara t-Taqsima 3.2.1 hawn fuq.