This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015TA1209(27)
Report on the annual accounts of the European Railway Agency for the financial year 2014, together with the Agency’s reply
Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 flimkien mar-risposta tal-Aġenzija
Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 flimkien mar-risposta tal-Aġenzija
ĠU C 409, 9.12.2015, pp. 238–246
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
9.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 409/238 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 flimkien mar-risposta tal-Aġenzija
(2015/C 409/27)
INTRODUZZJONI
|
1. |
L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji) (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“ERA”), li tinsab f’Lille u f’Valenciennes, inħolqot bir-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompitu tal-Aġenzija huwa li żżid il-livell ta’ interoperabbiltà tas-sistemi ferrovjarji u li tiżviluppa approċċ komuni għas-sigurtà sabiex tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ settur ferrovjarju Ewropew aktar kompetittiv b’livell għoli ta’ sigurtà (2). |
INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
2. |
L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment. |
|
DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
Ir-responsabbiltà tal-maniġment
Ir-responsabbiltà tal-awditur
Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
|
10. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA
|
11. |
Il-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet impenjati kien għoli f'livell ta' 97 %. Madankollu, kien hemm ukoll livell għoli ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-baġit operazzjonali (it-Titolu III) f'livell ta' EUR 2,2 miljun, jiġifieri 37,7 % (2013: EUR 1,6 miljun, jiġifieri 25 %) minħabba fi proġetti operazzjonali li ddewmu (sigurtà, Is-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju – ERTMS) u proġetti tal-IT li ddewmu. Din is-sitwazzjoni tmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità. |
KUMMENTI OĦRA
|
12. |
Meta kienet qed timplimenta kuntratt qafas multiplu dwar is-segwitu tal-proġett ERTMS, l-Aġenzija reġgħet fetħet proċedura ta’ kompetizzjoni għall-għoti ta’ kuntratt speċifiku. Madankollu, kemm il-ponderazzjoni eċċessiva tal-kwalità kif ukoll il-valur massimu għoli tal-kuntratt fil-ftuħ mill-ġdid tal-offerta rriżultaw f’offerti finanzjarji qrib għall-valur massimu tal-kuntratt. Dan huwa f’kontradizzjoni mal-objettiv tal-ftuħ mill-ġdid ta' proċedura ta’ kompetizzjoni, li huwa li tiġi żgurata kompetizzjoni fuq il-prezz. |
SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI
|
13. |
Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta' Settembru 2015.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) ĠU L 220, 21.6.2004, p. 3.
(2) L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.
(4) Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.
(5) L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).
(6) Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.
(7) L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.
(8) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
ANNESS I
Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti
|
Sena |
Kumment tal-Qorti |
Status tal-azzjoni korrettiva (Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A) |
||||||
|
2011 |
Ir-Regolament Fundatur tal-Aġenzija jistabbilixxi perjodi massimi ta’ impjieg għall-persunal temporanju rreklutat mill-Aġenzija mill-professjonisti tas-settur ferrovjarju. Skont dawn id-dispożizzjonijiet, l-Aġenzija se jkollha tissostitwixxi nofs il-persunal operazzjonali tagħha fil-perjodu 2013-2015, u dan jista’ joħloq taqlib kbir fl-attivitajiet operazzjonali tal-Aġenzija (1). |
Għadha għaddejja |
||||||
|
2011 |
Hemm lok biex jittejbu l-proċeduri ta’ reklutaġġ tal-Aġenzija sabiex jiġu żgurati bis-sħiħ it-trasparenza u t-trattament indaqs tal-kandidati. Pereżempju, l-avviżi ta’ postijiet battala ma tawx informazzjoni dwar l-għadd minimu ta’ snin ta’ studji postsekondarji jew universitarji meħtieġa għalkemm dan intuża bħala kriterju tal-għażla. Il-marki minimi meħtieġa għall-intervisti u għal-listi ta’ riżerva, il-punteġġi tal-kriterji tal-għażla, il-mistoqsijiet għat-testijiet bil-fomm u bil-miktub u l-ponderazzjonijiet bejn it-testijiet bil-miktub u bil-fomm ma ġewx stabbiliti qabel ma ġew eżaminati l-applikazzjonijiet. |
Għadha għaddejja |
||||||
|
2012 |
L-Aġenzija ma tikkonformax mal-Istandard ta' Kontroll Intern tagħha fir-rigward tal-kontinwità tal-operat; ma hemmx pjanijiet approvati għall-Kontinwità tan-Negozju u l-Irkupru minn Diżastru fl-IT. |
Ikkompletata |
||||||
|
2013 |
Hemm lok biex jittejbu l-preċiżjoni u d-dokumentazzjoni ta’ informazzjoni użati fil-proċeduri ta’ akkwist tal-Aġenzija. |
Ikkompletata |
||||||
|
2013 |
Skont ir-regolament fundatur tal-Aġenzija (1), il-persunal għandu jikkonsisti minn:—
Fi tmiem l-2013, 136 impjegat temporanju kienu jaħdmu għall-Aġenzija. Ir-regolament fundatur jistipula wkoll li matul l-ewwel 10 snin ta' operat tal-Aġenzija, il-perjodu ta’ 5 snin għalihom jista’ jiġi estiż b'massimu ta’ 3 snin oħra meta meħtieġ biex tiġi garantita l-kontinwità tan-negozju. L-Aġenzija użat din il-possibbiltà bħala prattika standard sa nofs l-2013. Barra minn hekk, fil-perjodu minn Settembru 2013 sa Marzu 2014, l-Aġenzija impjegat mill-ġdid erba’ impjegati temporanji (għal perjodu ta’ tmien snin) li l-kuntratti tagħhom mal-ERA kienu intemmu fl-2013 wara l-perjodu massimu ta’ tmien snin. Fl-2013, l-Aġenzija adottat deċiżjoni ġdida bi ftehim mal-Bord Amministrattiv tagħha u l-Kummissjoni, skont liema l-impjegati temporanji jista’ jkollhom kuntratti indefiniti. Il-proposta għal regolament fundatur rivedut għall-ERA tinkludi dispożizzjonijiet simili iżda mhuwiex ċar jekk u meta din se tiġi adottata mill-Parlament u mill-Kunsill. |
Għadha għaddejja |
||||||
|
2013 |
L-Aġenzija tinsab f’Lille u f'Valenciennes. Kif semmiet il-Qorti fir-Rapport Annwali Speċifiku tagħha għas-sena finanzjarja 2006, huwa probabbli li l-ispejjeż jistgħu jitnaqqsu jekk l-operat kollu jiġi ċċentralizzat f’post wieħed. Dan għandu mnejn ukoll jiffaċilita ftehim komprensiv dwar is-sede mal-Istat Membru ospitanti, biex b’hekk jiġu kkjarifikati l-kundizzjonijiet li taħthom l-Aġenzija u l-persunal tagħha joperaw. |
Għadha għaddejja |
(1) L-Artikolu 24(3) tar-Regolament (KE) Nru 881/2004.
ANNESS II
L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (Lille u Valenciennes)
Kompetenzi u attivitajiet
|
Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat (L-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
“Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 90, u filwaqt li jitqiesu l-fatturi partikolari tat-trasport, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni, għandhom jistabbilixxu:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kompetenzi tal-Aġenzija (Ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) |
Għanijiet Li tikkontribwixxi, f'materji tekniċi, għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni mmirata lejn:
sabiex tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ żona ferrovjarja Ewropea mingħajr fruntieri u għall-garanzija ta’ livell għoli ta’ sigurtà. Kompiti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Governanza |
Bord Amministrattiv Magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru, erba’ rappreżentanti mill-Kummissjoni, u sitt rappreżentanti, mingħajr dritt għall-vot, mis-setturi professjonali kkonċernati. Direttur Maħtur mill-Bord Amministrattiv fuq proposta mill-Kummissjoni. Awditu estern Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Awtorità ta’ kwittanza Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2014 (2013) |
Baġit EUR 25,7(25,8) miljun Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2014 Postijiet elenkati fit-tabella tal-persunal: 140 (143) Postijiet okkupati fil-31.12.2014: 132 (135) Persunal ieħor: 19 (15) Total tal-persunal: 151 (150), li minnhom allokati għal:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Prodotti u servizzi fl-2014 |
Żvilupp ta’ pjan ta' programm li jistabbilixxi l-miri intermedjarji għat-twassil ta' ċertifikat uniku tas-sigurtà. Monitoraġġ ta' u rapport ta' kull sentejn dwar il-prestazzjoni tas-sigurtà. Evalwazzjoni tat-traspożizzjoni tad-Direttiva fuq is-Sigurtà. Awditi tal-ASN. Valutazzjonijiet tan-NIB. Abbozzar ta’ rakkomandazzjoni dwar Metodu Komuni tas-Sigurtà. rivedut għall-valutazzjoni tas-CSTs u l-NRVs. Rappurtar annwali dwar is-CSTs. Tmexxija ta' programm pilota fuq matriċi ta’ monitoraġġ regolatorja ġdida. Analiżi tal-qafas attwali dwar il-valutazzjoni u s-superviżjoni mill-ASN. Implimentazzjoni ta' TSIs b’ambitu ġeografiku estiż u gwida, appoġġ u għoti ta’ pariri lis-settur ferrovjarju u lill-Istati Membri meta jkunu qed jimplimentaw it-TSIs telematiċi. Reviżjoni tal-PRM TSI. Għeluq tal-punti miftuħin li fadal. Żvilupp tad-Database ta’ Dokumenti ta’ Referenza. Faċilitar tal-prova tal-awtorizzazzjonijiet għal “one-stop-shop”. Faċilitar tal-migrazzjoni għar-Raba' Pakkett Ferrovjarju. Segwitu tal-iżvilupp, l-ittestjar u l-implimentazzjoni tal-ERTMS. Żvilupp ta’ pjan direzzjonali li jippermetti l-komunikazzjonijiet tal-ETCS dwar teknoloġiji tar-radju skambjati f'pakkett (packet-swtiched). Żvilupp u pubblikazzjoni ta’ dokumenti ta’ linji gwida għas-simplifikazzjoni u l-istandardizzazzjoni tal-inġinerija fir-rigward tal-ERTMS. Appoġġ ta' operazzjonijiet armonizzati mal-ERTMS. Kooperazzjoni mal-Aġenzija Eżekuttiva INEA fl-evalwazzjoni ta’ proġetti speċifiċi tal-ERTMS. Implimentazzjoni kontinwa tal-għodod u r-riżorsi xierqa sabiex issir organizzazzjoni moderna li tista' tadatta malajr għal kwalunkwe bidla. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Sors: Anness ipprovdut mill-Aġenzija. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
IT-TWEĠIBA TAL-AĠENZIJA
|
11. |
L-Aġenzija ħadet notta tal-kumment tal-Qorti u kompliet ittejjeb il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni baġitarja ta', b'mod partikolari, it-titolu III li għandha tgħin biex jintlaħaq livell aċċettabbli ta' approprjazzjonijiet li għandhom jiġu riportati fil-futur. |
|
12. |
L-Aġenzija ħadet nota tal-kumment tal-Qorti u qiegħda tħejji gwida interna dwar l-użu tal-ftuħ mill-ġdid ta' proċedura ta' kompetizzjoni biex tiżgura kompetizzjoni aħjar dwar il-prezz. |