EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014JC0036

Proposta Konġunta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Tuneżija li jimplimenta s-sħubija privileġġjata (2013-2017)

/* JOIN/2014/036 final - 2014/0316 (NLE) */

52014JC0036

Proposta Konġunta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Tuneżija li jimplimenta s-sħubija privileġġjata (2013-2017) /* JOIN/2014/036 final - 2014/0316 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

It-Tuneżija u l-Unjoni Ewropea huma marbuta bi Ftehim Ewro‑Mediterranju ta’ Assoċjazzjoni, li ilu fis-seħħ minn Marzu 1998, u li abbażi tiegħu, f’Mejju 2005 ġie approvat Pjan ta’ Azzjoni UE-Tuneżija fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) miż-żewġ partijiet għal perjodu ta’ ħames snin. F’dan il-qafas, ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Tuneżija żviluppaw u mmaturaw b’mod konsiderevoli. Il-preżentazzjoni, f'Marzu 2010, ta' proposta Tuneżina dwar l-għoti ta' status avvanzat[1] tathom spinta ġdida u mmarkat it-tisħiħ sinifikanti tagħhom fl-oqsma tar-relazzjonijiet politiċi u tas-sigurtà, tal-ekonomija u tal-kummerċ, kif ukoll f'bosta setturi u fil-kuntatti bejn il-popli.

Billi l-Pjan ta’ Azzjoni attwali fil-qafas tal-PEV skada fl-2010, tqies opportun li jiġi negozjat u konkluż Pjan ta’ Azzjoni ġdid, ibbażat fuq l-għanijiet u l-ambizzjonijiet tad-dokument konġunt rigward is-sħubija privileġġjata. Għaldaqstant, sakemm jiġi konkluż dan il-pjan il-ġdid, f'Settembru 2010 iż-żewġ partijiet qablu li jkomplu japplikaw il-Pjan ta’ Azzjoni tal-2005.

Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Tuneżija jitqiesu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni politika globali fir-reġjun li ilha għaddejja minn evoluzzjoni kbira sa mill-bidu tal-2011.

Il-komunikazzjoni konġunta li ġġib l-isem "Strateġija Ġdida għal Viċinat li qed jinbidel"[2] stabbilixxiet strateġija ġdida bbażata fuq divrenzjar imsaħħaħ, li tippermetti lil kull sieħeb jiżviluppa r-relazzjonijiet tiegħu mal-UE skont l-ambizzjonijiet, il-ħtiġijiet u l-ħiliet tiegħu stess, iżda wkoll skont il-prinċipju ta' responsabbiltà reċiproka u l-livell ta' rabta mal-valuri universali tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-Istat tad-Dritt, kif ukoll f'kunsiderazzjoni tal-ħiliet biex jiġu implimentati l-prijoritajiet definiti bi qbil komuni. Dan il-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid jistabbilixxi b’mod ċar l-għanijiet prijoritarji tar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Tuneżija filwaqt li jqis b’mod sħiħ is-sħubija privileġġjata u l-kompletezza tar-relazzjonijiet bejn iż-żewġ partijiet.

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), b’kooperazzjoni mill-qrib mas-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri tal-UE, mexxa diskussjonijiet preliminari mat-Tuneżija li wasslu għal ftehim rigward l-abbozz tal-Pjan ta’ Azzjoni, b'mod partikolari l-lista ta' azzjonijiet prijoritarji li għandhom jitwettqu f'dan il-qafas. Waqt l-aħħar laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Tuneżija, li saret fl-14 ta' April 2014, iż-żewġ partijiet sabu li kienu waslu għal konklużjoni. Il-finalizzazzjoni ta' konsultazzjonijiet tekniċi fuq kull naħa ġiet innotifikata permezz ta' skambju ta' ittri.

Il-pjan ġdid ta' azzjoni UE-Tuneżija jiddefinixxi l-miżuri speċifiċi li jwasslu biex il-partijiet jissodisfaw l-obbligi tagħhom stipulati skont il-Ftehim Ewro-Mediterranju. Huwa jipprovdi wkoll qafas usa' għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Tuneżija sabiex jintlaħaq grad għoli ta' integrazzjoni ekonomika u sabiex tiġi approfondita l-kooperazzjoni politika, skont l-objettivi ġenerali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju. Skont ir-Regolament dwar l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat[3], il-pjan ta' azzjoni jikkostitwixxi element essenzjali ta' referenza biex jiġu definiti l-prijoritajiet tal-Unjoni fil-qafas tal-PEV. Il-PEV se jkompli jkollha rwol ta’ katalista bħala qafas strateġiku uniku msejjes b’mod partikolari fuq is-sħubija u s-sjieda komuni, kif ukoll fuq divrenzjar skont ir-riżultati u għajnuna adattata għall-ħtiġijiet. Il-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (aktar ’il quddiem ir-“Rappreżentant Għoli”) qed jehmżu bħala Anness it-test ta’ proposta konġunta għal deċiżjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Tuneżija fid-dawl tal-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni rigward l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni.

Għalhekk, il-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli jistiednu lill-Kunsill biex jadotta l-proposta konġunta għal Deċiżjoni tal-Kunsill mehmuża hawnhekk.

2014/0316 (NLE)

Proposta Konġunta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Tuneżija li jimplimenta s-sħubija privileġġjata (2013-2017)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217 flimkien mal-Artikolu 218, il-paragrafu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)       Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fis-17 ta’ Lulju 1995 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 1998.

(2)       Il-partijiet beħsiebhom japprovaw il-Pjan ta’ Azzjoni UE-Tuneżija l-ġdid fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) għall-implimentazzjoni tas-sħubija privileġġjata (2013-2017) li tirrifletti s-sħubija speċjali bejn iż-żewġ partijiet u li se tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Ftehim Ewro‑Mediterranju permezz tat-tfassil u l-adozzjoni ta' miżuri konkreti maħsuba biex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim Ewro‑Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Tuneżija fil-qafas tal-PEV li jimplimenta s-sħubija privileġġjata (2013-2017), hija bbażata fuq l-abbozz ta’ rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

[1]               Adottata mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni  UE-Tuneżija fil-11 ta' Mejju 2010.

[2]               COM(2011) 303 tal-25.5.2011.

[3]               Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-11.3.2014.

ANNESS

għall-

Proposta konġunta ta’ DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, rigward l-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Tuneżija li jimplimenta s-sħubija privileġġjata (2013-2017)

ANNESS 1

Abbozz ta’

Rakkomandazzjoni

dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Tuneżija fil-qafas tal-PEV

li jimplimenta s-sħubija privileġġjata (2013-2017)

Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Tuneżija,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, u b’mod partikolari l-Artikolu 80 tiegħu,

Billi:

(1)          L-Artikolu 80 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju jagħti s-setgħa lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni li jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet xierqa, għall-iskop li jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim.

(2)          B’mod konformi mal-Artikolu 90 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju, il-Partijiet għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan il-Ftehim u għandhom jaraw li l-għanijiet stipulati fil-Ftehim jintlaħqu.

(3)          Il-partijiet fil-Ftehim Ewro-Mediterranju approvaw it-test tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Tuneżija fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) li jimplimenta s-Sħubija Privileġġjata (2013-2017).

(4)          Dan il-Pjan ta’ Azzjoni UE-Tuneżija fil-qafas tal-PEV ser jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Ftehim permezz tat-tfassil u l-adozzjoni, bi qbil bejn il-partijiet, ta' miżuri konkreti li jipprovdu gwida prattika għal din l-implimentazzjoni.

(5)          Il-Pjan ta’ Azzjoni għandu l-għan doppju li jippreżenta miżuri konkreti għat-twettiq, mill-partijiet, tal-obbligi stipulati fil-Ftehim Ewro-Mediterranju u li jipprovdi qafas aktar wiesa’ għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Tuneżija, sabiex jintlaħaq livell għoli ta’ integrazzjoni ekonomika u approfondiment tal-koperazzjoni politika, b’mod konformi mal-għanijiet ġenerali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Artikolu Uniku

Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jirrakkomanda li l-partijiet jimplimentaw il-Pjan ta’ Azzjoni UE-Tuneżija fil-qafas tal-PEV li jimplimenta s-Sħubija Privileġġjata (2013-2017), li tidher fl-Anness, sakemm din l-implimentazzjoni jkollha l-mira li jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra.

Magħmul fi […],

Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni

Il-President

ANNESS 2

Relazzjonijiet Tuneżija – Unjoni Ewropea: sħubija privileġġjata Pjan ta’ Azzjoni 2013-2017 sommarju

I.            INTRODUZZJONI

Mill-14 ta’ Jannar 2011, it-Tuneżija bdiet paġna ġdida fl-istorja moderna tagħha, ikkaratterizzata minn rivoluzzjoni paċifika għad-dinjità u l-libertà, li l-attur ewlieni tagħha kien il-poplu Tuneżin. Din ir-rivoluzzjoni stabbiliet il-pedament għall-iżvilupp ta’ demokrazija ġenwina, ibbażata fuq l-Istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali.

Huma dawn il-valuri, li issa huma kondiviżi mal-Unjoni Ewropea, li jimmotivaw ix-xewqa taż-żewġ partijiet li jieħdu r-relazzjonijiet tagħhom f’livell ogħla u aktar strateġiku, jiġifieri s-sħubija privileġġjata. Bis-saħħa tar-rivoluzzjoni, illum infetħu prospetti radikalment differenti fir-relazzjonijiet bejn it-Tuneżija u l-Unjoni Ewropea. L-UE hija ddeterminata li timpenja ruħha fit-tul fit-tranżizzjoni demokratika tat-Tuneżija, konxja li s-suċċess tagħha ser ikollu effetti pożittivi kemm fuq il-prosperità tat-Tuneżija kif ukoll fuq ir-reġjun kollu. L-appoġġ għat-tranżizzjoni tat-Tuneżija fil-fatt jikkostitwixxi, opportunità storika għall-Unjoni Ewropea biex twieġeb b’mod sostanzjali, effikaċi u pożittiv għall-isfidi li nħolqu kemm tat-Tuneżija kif ukoll tar-“Rebbiegħa Għarbija”, skont l-aġġustament tal-Politika Ewropea tal-Viċinat deċiż fl-2011.

Politika ġdida tal-viċinat

Minħabba l-isfidi storiċi li qed jiffaċċja l-viċinat tagħha, l-Unjoni Ewropea ddefinixxiet approċċ ġdid li jipprovdi soluzzjonijiet aktar adattati għall-iżvilupp rapidu tal-pajjiżi sħab u għall-ħtiġijiet ta’ riformi tagħhom sabiex jistabbilixxu u jikkonsolidaw demokraziji b’saħħithom, isostnu tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklużiv u jimmaniġġjaw ir-rabtiet u l-flussi transfruntieri.

Dan l-approċċ il-ġdid[1] huwa bbażat fuq responsabbiltà reċiproka u impenn kondiviż għall-valuri universali tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-Istat tad-dritt. Huwa jimplimenta livell ogħla ta’ divrenzjar, li jiddefinixxi l-appoġġ tiegħu skont l-ambizzjonijiet tal-pajjiż sieħeb f’dak li jirrigwarda rabtiet eqreb mal-UE, il-ħtiġijiet speċifiċi tiegħu u l-kapaċitajiet li għandu, il-progress miksub fl-implimentazzjoni tar-riformi, fil-konsolidament tad-demokrazija u tal-Istat tad-dritt kif ukoll fir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. Huwa ser jippermetti wkoll li t-tisħiħ tar-relazzjonijiet isarraf f’integrazzjoni ekonomika usa’ kif ukoll f'kooperazzjoni politika eqreb fl-oqsma tal-governanza, tas-sigurtà, tas-soluzzjoni tal-kunflitti u fl-adozzjoni ta’ inizjattivi konġunti fil-fora internazzjonali dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni.

L-approċċ il-ġdid tal-Politika tal-Viċinat għandu l-għan fost l-oħrajn li: a) joffri appoġġ akbar lis-sħab b’involviment fl-approfondiment tad-demokrazija u fir-rispett tal-Istat tad-dritt, tad-drittijiet tal-bniedem, tal-libertajiet fundamentali u tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri; b) jappoġġja l-iżvilupp ta’ ekonomija sostenibbli u inklużiva, billi jnaqqas l-inugwaljanzi soċjali u reġjonali, joħloq l-impjiegi u jtejjeb il-livell tal-għajxien tal-popolazzjonijiet; c) jistabbilixxi sħubija eqreb mal-popli u mas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi sħab.

Prijoritajiet ġodda għat-Tuneżija

Ir-rivoluzzjoni Tuneżina ġġib magħha t-tama ta’ ħajja aħjar għaċ-ċittadini Tuneżini, filwaqt li tissimbolizza t-tmiem ta’ mudell ta’ żvilupp antik li għal żmien twil kien affettwat minn qasmiet strutturali ekonomiċi u soċjali.

L-approċċ il-ġdid huwa għalhekk ibbażat fuq il-bini ta’ proġett soċjali ġdid, li jkun inklużiv u bbilanċjat, ibbażat fuq il-governanza tajba u t-trasparenza u t-tqassim ekwu tal-ġid.

Tingħata prijorità lill-impjiegi u l-koeżjoni soċjali, l-iżvilupp reġjonali, is-sigurtà u l-istabilità, u l-ġustizzja tranżitorja biex il-proċess ta’ tranżizzjoni demokratika jkun ankrat fit-tul.

Barra minn hekk, dawn il-prijoritajiet jenfasizzaw l-impenn biex jiġu intensifikati r-riformi meħtieġa bil-għan li jiġu stabbiliti istituzzjonijiet demokratiċi, li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali u jikkonfermaw l-impenn tat-Tuneżija li tibni soċjetà miftuħa u moderna, spazju kulturali plurali u nisġa soċjali effettiva.

Il-ħidma għar-riforma ser tkun imsaħħa wkoll fil-qasam ekonomiku u soċjali sabiex tingħata spinta lill-ekonomija u jiġi promoss it-tkabbir sostenibbli b’livell għoli ta’ impjiegi, ibbażat fuq l-għarfien u l-innovazzjoni.

L-isforz ser jiffoka b’mod partikolari fuq l-iżvilupp ta’ politika soċjali ġusta, solidari u ta’ ġid għall-kategoriji u għar-reġjuni kollha u l-immodernizzar tal-istruttura tal-ekonomija billi jdur aktar lejn l-attivitajiet innovattivi, b’kontenut teknoloġiku għoli u li jħarsu l-ambjent kif ukoll lejn it-titjib tal-kompetittività u tal-klima tan-negozju biex titrawwem l-inizjattiva privata u s-sħubija pubblika-privata.

Sħubija privileġġjata

F’dan il-kuntest, il-kundizzjonijiet huma kollha ssodisfati biex it-Tuneżija u l-Unjoni Ewropea jgħaddu għal livell ogħla u aktar strateġiku ta’ approfondiment tar-relazzjonijiet tagħhom u ta’ integrazzjoni, meta wieħed jikkunsidra l-ambizzjonijiet reċiproċi aktar għolja. L-approssimazzjoni mal-Unjoni Ewropea hija tendenza permanenti u għażla fundamentali tal-politika esterna tat-Tuneżija[2], b’mod parallel mal-promozzjoni tal-integrazzjoni tal-Maghreb u mal-konsolidament tar-relazzjonijiet mal-pajjiżi Għarab, Mediterranji u Afrikani. It-Tuneżija u l-Unjoni Ewropea jaqsmu wkoll l-istess viżjoni li t-tisħiħ tal-liberalizzazzjoni ekonomika u tal-integrazzjoni ekonomika u soċjali huwa sors ta’ tkabbir u ta’ impjiegi biex ikun promoss l-iżvilupp b’solidarjetà u l-ġid kondiviż.

Fil-qafas tas-sħubija privileġġjata, it-Tuneżija tixtieq li jkollha aċċess għall-ogħla livell ġdid possibbli ta’ integrazzjoni mal-UE.

Dan l-istatus il-ġdid jirrifletti x-xewqa taż-żewġ partijiet li jkunu parti minn konċiljazzjoni dinamika li tmur lil hinn mill-fruntieri tal-kummerċ ħieles u li tinkludi mobilità effettiva tal-persuni li tkun ta’ benefiċċju reċiproku u kondiviżjoni akbar tal-għarfien.

Il-kunsiderazzjoni tad-dimensjoni umana u xjentifika f’din is-sħubija hija essenzjali biex tiġi promossa l-approssimazzjoni bejn l-atturi tas-soċjetà ċivili, l-operaturi privati, ir-riċerkaturi u l-istudenti u l-awtoritajiet lokali u reġjonali u se tkun sinjal politiku qawwi għaċ-ċittadini u għall-komunitajiet tan-negozju taż-żewġ partijiet.

Dan il-pjan ta’ azzjoni evoluttiv, stabbilit b’mod konġunt għall-perjodu 2013-2017, huwa l-qafas ta’ referenza msejjaħ biex jiddefinixxi l-assi prijoritarji li se jsaħħu r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ partijiet, fil-livelli kollha (politiku, ekonomiku, xjentifiku, soċjali, kulturali u uman).

F’dan il-qafas ta’ evoluzzjoni, u abbażi tal-implimentazzjoni tas-sħubija privileġġjata, skont l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-aspirazzjonijiet tal-UE u tat-Tuneżija li jkabbru r-relazzjonijiet tagħhom, il-partijiet jaqblu li jibdew jirriflettu dwar il-possibbiltà li jaslu għal ftehim ġdid li jirregola r-relazzjonijiet reċiproċi.

L-elementi ewlenin tas-sħubija privileġġjata bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija

It-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija taħt is-sħubija privileġġjata ser isegwi l-linji li ġejjin:

a) Kooperazzjoni politika profonda. Il-Partijiet jaspiraw li jagħtu spinta ġdida lid-djalogu u lill-kooperazzjoni politiċi. B’mod partikolari huma previsti t-tisħiħ tad-djalogu politiku ta’ livell għoli, il-kooperazzjoni parlamentari, il-kooperazzjoni fuq kwistjonijiet ta’ sigurtà, il-kooperazzjoni fir-rigward tad-demokrazija u tal-Istat tad-dritt, kif ukoll fir-rigward tal-ugwaljanza tas-sessi, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa u l-organizzazzjonijiet internazzjonali l-oħrajn. Din id-dimensjoni tinkludi wkoll kooperazzjoni akbar f’dak li jirrigwarda s-sigurtà, il-ġustizzja, il-ġestjoni tal-fruntieri u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata.

b) Integrazzjoni ekonomika u soċjali usa’ mal-Unjoni Ewropea li tgħin fil-bini ta’ Żona Ekonomika Komuni. Is-sħubija privileġġjata tfittex ukoll integrazzjoni aktar profonda tas-sħab, fl-aspetti ekonomiċi, soċjali u umani tagħha. Hija tqis l-isfidi li t-Tuneżija trid tiffaċċja f’din il-fażi ta’ tranżizzjoni demokratika inkluż l-irkupru tal-ekonomija u l-eżiġenzi ta’ żvilupp sostenibbli u solidali. Fid-dawl tal-iżvilupp tar-rabtiet kummerċjali u ekonomiċi, qed ikun ippjanat li jiġi konkluż ftehim ta’ kummerċ ħieles profond u komprensiv (DCFTA) bejn it-Tuneżija u l-Unjoni Ewropea li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni gradwali tat-Tuneżija fis-suq intern tal-Unjoni Ewropea li eventwalment twassal għall-ħolqien ta’ Żona Ekonomika Komuni.

It-Tuneżija tixtieq taħdem lejn armonizzazzjoni akbar tar-regoli b’approssimazzjoni gradwali tal-liġijiet. Għal dan il-għan, f’konformità ma’ dan il-pjan ta’ azzjoni, it-Tuneżija u l-Unjoni Ewropea sejrin jiddeterminaw flimkien is-setturi li fihom l-isforz ta’ approssimazzjoni ser jingħata prijorità. Imbagħad, wara li jkunu ġew identifikati d-diskrepanzi bejn il-liġijiet Tuneżini u l-acquis communautaire, l-għanijiet tal-approssimazzjoni fil-konfront tal-acquis communautaire sejrin ikunu stabbiliti mit-Tuneżija fi programm nazzjonali ta’ armonizzazzjoni u miżuri ta’ akkumpanjament sejrin ikunu implimentati mill-UE sabiex tappoġġja t-twettiq ta’ dawn l-għanijiet.

L-integrazzjoni sejra tibbenefika minn djalogu msaħħaħ dwar ir-riformi soċjoekonomiċi inkluża l-prestazzjoni ekonomika, il-promozzjoni tal-impriżi ż-żgħar u medji (SMEs), l-iżvilupp ta’ strateġija għall-impjiegi integrata u l-inklużjoni soċjali, kif ukoll minn kooperazzjoni settorjali wiesgħa li tkopri l-oqsma ewlenin bħall-enerġija, it-trasport, l-industrija, l-agrikoltura, l-ambjent jew il-bidliet fil-klima (ara l-Anness 2).

c) Sħubija eqreb bejn il-popli. Sħubija privileġġjata ma tistax tkun ikkunsidrata mingħajr it-tisħiħ tar-rabtiet bejn il-popli permezz ta’ approssimazzjoni u kooperazzjoni diretti bejn l-individwi u l-organizzazzjonijiet. F’dan il-kuntest, il-kooperazzjonijiet u l-iskambji fl-oqsma tal-edukazzjoni, tat-taħriġ professjonali, tal-impjiegi, tar-riċerka u l-innovazzjoni, tas-saħħa, tal-kultura u taż-żgħażagħ sejrin ikollhom rwol determinanti. Id-djalogu ser jiżviluppa wkoll f’dak li jirrigwarda l-migrazzjoni, il-mobilità u s-sigurtà bil-ħsieb li tiġi konkluża sħubija għall-mobilità li tistabbilixxi qafas ta’ kooperazzjoni bilanċjat u responsabbli f’dak li jirrigwarda ċ-ċirkolazzjoni tal-persuni, il-ġestjoni tal-migrazzjoni legali, ir-rabtiet bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp, il-ħarsien tad-drittijiet tal-migranti u l-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, il-kriminalità organizzata marbuta mal-immigrazzjoni, kif ukoll ir-ripatrijazzjoni.

Bl-istess mod, it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija jimplika mobilizzazzjoni wiesgħa tal-atturi kollha mhux statali u tas-soċjetà ċivili, li għandhom rwol importanti x’jaqdu fis-suċċess tad-demokratizzazzjoni. Sejrin jitwaqqfu mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni sabiex ikun żgurat li s-soċjetà ċivili tassumi bis-sħiħ ir-rwol tagħha ta’ interlokutur fid-djalogu mal-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet Ewropej, b’mod partikolari fil-kuntest tal-finalizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan ta’ azzjoni.

Metodu ġdid

Il-qabża fil-kwalità ppjanata mill-Unjoni Ewropea u mit-Tuneżija fir-relazzjonijiet tagħhom sejra tistrieħ fuq ċertu għadd ta’ prinċipji u għodod li jagħtu garanzija akbar li jintlaħqu l-għanijiet maħsuba.

Impenji mmirati, speċifiċi u konkreti għal perjodu ta’ ħames snin. Relazzjonijiet approfonditi jfissru li s-sħab jassumu impenji kbar fir-rigward ta’ ċerti setturi ta’ prijorità sabiex jiġu ffaċċjati l-isfidi assoċjati mat-tranżizzjoni demokratika: l-irkupru tal-ekonomija, il-promozzjoni tal-SMEs u l-iżvilupp sostenibbli u inklużiv, l-impjiegi, it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u l-ġlieda kontra l-inugwaljanzi; il-konsolidament tal-Istat tad-dritt, il-governanza tajba u l-pluraliżmu demokratiku, l-indipendenza tal-ġustizzja, ir-rispett tad-drittjiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, l-ugwaljanza tas-sessi, ir-riforma tas-settur tas-sigurtà, l-indipendenza tal-midja u l-appoġġ lis-soċjetà ċivili. Is-sħubija privileġġjata għandha wkoll tikkontribwixxi għall-approssimazzjoni tas-soċjetajiet tagħna f’sens usa’, permezz ta’ djalogu interkulturali fil-fond.

Il-parteċipazzjoni f’aġenziji u programmi tal-Unjoni Ewropea. Għodda oħra li tikkontribwixxi għall-integrazzjoni akbar mixtieqa bejn it-Tuneżija u l-Unjoni Ewropea hija l-parteċipazzjoni tat-Tuneżija f’ċertu numru ta’ aġenziji u programmi tal-Unjoni, li għalihom il-bażi legali tipprovdi l-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi. Dwar dan l-aspett, il-pjan ta’ azzjoni jispeċifika l-passi prattiċi li għandhom ikunu segwiti.

Appoġġ tekniku u finanzjarju aktar ambizzjuż, adattat għall-prijoritajiet tat-Tuneżija u konformi mal-linji gwida ġodda tal-Politika ta’ Viċinat, b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u fil-qafas tal-prospettivi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea mill-2014. Is-sħubija privileġġjata tinkludi l-aspettattiva li l-Unjoni Ewropea tipprovdi għajnuna finanzjarja xierqa lit-Tuneżija li tkun ugwali għall-ambizzjoni tar-riformi, għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħha, għall-kapaċitajiet li għandha, kif ukoll għall-progress lejn l-implimentazzjoni effettiva tar-riformi.

L-UE diġà kkonfermat id-deċiżjoni tagħha li żżid b’mod sinifikanti l-appoġġ tagħha lit-Tuneżija, b’impenn ta’ mill-inqas 400 miljun Ewro f’donazzjonijiet għall-perjodu 2011-2013 (imqabbla mal-240 miljun Ewro previsti qabel ir-rivoluzzjoni). Il-fondi disponibbli sejrin ikunu ddedikati l-ewwel nett għall-akkumpanjament tar-riformi meħtieġa għall-istabbiliment ta’ Stat demokratiku (appoġġ fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet, ir-riforma tas-settur tas-sigurtà, tal-ġustizzja, tal-midja, appoġġ għall-proċess ta’ ġustizzja tranżizzjonali u għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali), għall-isforz ta’ rkupru ekonomiku u għat-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali (riformi ekonomiċi, promozzjoni tal-impjiegi u tal-iżvilupp reġjonali u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, l-inugwaljanza u l-faqar, it-tisħiħ istituzzjonali, eċċ.).

Min-naħa l-oħra, ċerti Stati Membri, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) sejrin jagħtu appoġġ konsegwenti b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-investiment, l-infrastruttura, l-appoġġ għas-settur privat u tal-impjiegi, fost l-oħrajn permezz l-impenji tal-G8 (is-Sħubija ta’ Deauville). L-ipprogrammar ta’ dan l-appoġġ, filwaqt li jsegwi l-proċeduri xierqa, ser jikkunsidra l-impenji magħmula f’dan il-pjan ta’ azzjoni kif ukoll f’kull strument rilevanti, inklużi l-konklużjonijiet tat-Task Force bejn it-Tuneżija u l-Unjoni Ewropea tat-28 u tad-29 ta’ Settembru 2011.

Karattru adattiv u evalwazzjoni intermedjarja. Il-pjan ta’ azzjoni, adottat għal perjodu ta’ ħames snin, jista’ jkun rivedut mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni skont il-progress fl-implimentazzjoni jew skont kwalunkwe ħtieġa ġdida ddeterminata mis-sitwazzjoni fit-Tuneżija jew fl-Unjoni Ewropea. Il-korpi stabbiliti mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni sejrin ikunu inkarigati li jagħmlu l-proposti adegwati.

Monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni. L-istabbiliment tar-riformi f’għadd kbir ta’ setturi ewlenin jeżiġi li jiġu stipulati għanijiet preċiżi u li jiġu pprovduti mezzi xierqa. Biex ikun żgurat l-aħjar twettiq possibbli u ssir konnessjoni bejn, minn naħa, l-għanijiet u l-progress magħmul fil-kisba ta’ dawn il-miri, u, min-naħa l-oħra, l-appoġġ mogħti, il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni u s-sottokumitati mwaqqfa taħt il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni sejrin iwettqu monitoraġġ regolari, u sejrin isiru wkoll rapporti ta’ progress minn kull parti.

Iż-żewġ partijiet sejrin jirrevedu s-sottokumitati sabiex jadattaw il-kompożizzjonijiet u l-funzjonijiet tagħhom għall-ambizzjonijiet il-ġodda tal-istatus privileġġjat.

II.          IL-PJAN TA’ AZZJONI

Peress li ż-żewġ partijiet jixtiequ jagħtu karattru kemm strateġiku kif ukoll operattiv lil dan il-pjan ta’ azzjoni, huma jaqblu li jiffukaw il-kooperazzjoni tagħhom fuq għadd limitat ta’ oqsma u għanijiet li jixtiequ jilħqu kif miġbura fit-tabella tal-Anness 1.

Barra minn hekk, it-twettiq tal-għanijiet tal-pjan ta’ azzjoni jeħtieġ tisħiħ tad-djalogu dwar ir-riformi soċjoekonomiċi, b’mod partikolari l-politika tal-impjiegi u l-inklużjoni soċjali u l-istrateġiji ta’ rkupru għall-ħolqien ta’ tkabbir sostenibbli bbażat fuq l-għarfien, kif ukoll ta’ kooperazzjoni settorjali wiesgħa li tkopri l-oqsma ewlenin bħall-enerġija, it-trasport, l-industrija, l-agrikoltura, it-turiżmu, l-iżvilupp tal-ħiliet, l-ambjent jew it-tibdil fil-klima.

Dan tal-aħħar jibqa’ d-dokument ta’ referenza tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (FA). Huwa jkopri l-oqsma kollha li jagħmlu parti mill-FA u jissorvelja l-kooperazzjoni bejn it-Tuneżija u l-Unjoni Ewropea inkluża l-ħidma tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni u tas-sottokumitati. Is-sottokumitati sejrin ikollhom il-kompitu li jiddefinixxu, mill-prijoritajiet indikati fil-pjan ta’ azzjoni, l-azzjonijiet konkreti meħtieġa biex ikunu segwiti dawn il-prijoritajiet.

Għall-perjodu li ġej, il-partijiet sejrin jiffukaw il-prijoritajiet tagħhom fuq l-oqsma li ġejjin:

L-Istat tad-dritt u d-demokrazija

1)           It-twaqqif ta’ sistema elettorali demokratika, b’mod partikolari permezz tal-konsolidament tal-indipendenza u tal-funzjonament tal-“Forum Pubbliku Indipendenti” inkarigat mill-ġestjoni u l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet.

2)           L-iżgurar tal-indipendenza tal-ġustizzja, iż-żieda tal-professjonaliżmu u l-effikaċja tagħha (l-aċċess għall-ġustizzja, it-tul tal-proċessi), l-iżgurar tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt għal smigħ xieraq.

3)           It-twettiq tar-riforma tas-settur tas-sigurtà, taħt riforma komprensiva u profonda, bl-għan li jkun żgurat ir-rispett tal-istandards internazzjonali f’dak li jirrigwarda l-Istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-liġi internazzjonali.

4)           Il-konsolidament tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tan-nisa u tat-tfal.

5)           It-twettiq tar-riforma tal-midja u l-professjonalizzazzjoni tas-settur.

6)           It-tisħiħ tar-rwol u l-kapaċitajiet tas-soċjetà ċivili.

Kooperazzjoni fil-qasam tal-migrazzjoni, tal-mobilità u tas-sigurtà

7)           Id-djalogu dwar il-migrazzjoni, il-mobilità u s-sigurtà u konklużjoni ta’ Sħubija għall-Mobilità.

Integrazzjoni ekonomika u soċjali usa’

8)           Ir-riforma ekonomika għat-tkabbir inklużiv, il-kompetittività u t-titjib tal-ambjent kummerċjali u tal-investimenti.

9)           L-approfondiment tal-integrazzjoni ekonomika u l-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kummerċ ħieles sħiħ u profond u l-approssimazzjoni għall-acquis tal-UE.

10)         L-iżvilupp tal-ħiliet, l-aċċess għall-għarfien u l-innovazzjoni.

11)         L-impjiegi, il-koeżjoni u l-integrazzjoni soċjali u l-iżvilupp reġjonali u lokali.

12)         L-iżvilupp agrikolu u rurali.

L-iżvilupp sostenibbli

13)         L-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-programmi li jiżguraw żvilupp sostenibbli, inkluż it-titjib tal-protezzjoni tal-ambjent skont l-intenzjoni murija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Qafas finanzjarju Multiannwali ta’ Ġunju 2011[3], li jiżdied is-sehem tal-baġit tal-Unjoni allokat għall-klima għal mill-inqas 20 %.

It-tabella fl-Anness 1 tipprovdi qafas ta’ referenza għar-reviżjoni ta’ dawn il-prijoritajiet, filwaqt li tipprovdi indikaturi, skeda ta’ implimentazzjoni kif ukoll ir-riżorsi mobilizzati.

A.          Kooperazzjoni politika

I.            Djalogu u kooperazzjoni politika u strateġika

1.           It-tisħiħ tad-djalogu politiku u strateġiku

            Attivitajiet/għanijiet speċifiċi:

· It-tisħiħ tad-djalogu politiku b’mod partikolari permezz tal-organizzazzjoni ta’ Samits bejn it-Tuneżija u l-Unjoni Ewropea fuq bażi ad hoc, laqgħat regolari kemm fil-livell ministerjali kif ukoll f’dak tal-ogħla uffiċjali.

· Il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ rappreżentanti tat-Tuneżija f’laqgħat informali tal-kumitati u tal-gruppi tal-Kunsill, responsabbli għall-politika barranija u dik dwar is-sigurtà komuni tal-Unjoni Ewropea, fuq bażi ad hoc.

· Aktar konsultazzjoni fil-fora multilaterali (Nazzjonijiet Uniti, eċċ.), bl-għan li jiġu armonizzati u kkoordinati l-pożizzjonijiet politiċi dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni.

· Il-kooperazzjoni fil-qasam diplomatiku, b’mod partikolari permezz tal-istabbiliment ta’ relazzjonijiet ta’ kooperazzjoni u ta’ skambji ta’ esperjenzi bejn l-Istitut Diplomatiku għat-Taħriġ u l-Istudji tat-Tuneżija u l-istituzzjonijiet universitarji u l-akkademji diplomatiċi tal-Istati Membri.

2.           Kooperazzjoni parlamentari

            Attivitajiet/għanijiet speċifiċi:

· L-iżvilupp tal-kooperazzjoni parlamentari, b’mod partikolari permezz tal-appoġġ lill-Assemblea Parlamentari, it-twaqqif ta’ kummissjoni parlamentari mħallta bejn il-Parlament Ewropew u l-Parlament Tuneżin, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u tas-sħubija bejn il-Parlament Tuneżin u l-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran u t-tisħiħ tal-iskambji bejn il-partiti politiċi u l-gruppi parlamentari tat-Tuneżija u tal-UE.

3.           It-tisħiħ tad-djalogu u tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kunflitti u l-ġestjoni tal-kriżijiet

            Attivitajiet/għanijiet speċifiċi:

· It-tisħiħ tal-kooperazzjoni u tad-djalogu bejn it-Tuneżija u l-UE fil-qasam tal-Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) u tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK).

· Il-kontribuzzjoni għall-iżvilupp tas-sħubija għall-paċi u għas-sigurtà fl-Afrika, waqt li jiġu kkunsidrati l-interessi taż-żewġ partijiet.

· It-titjib tal-parteċipazzjoni tat-Tuneżija fis-sħubija Mediterranja tal- Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) permezz tal-grupp ta’ kuntatt u ta’ kontribuzzjonijiet bilaterali fuq bażi volontarja.

4.           It-titjib tal-kooperazzjoni f’dak li jirrigwarda n-nuqqas ta’ tixrid tal-armi ta’ qerda massiva (AQM) u tal-vetturi tagħhom, il-kontroll tat-trasferimenti tal-armi konvenzjonali u l-ġlieda kontra t-tixrid ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir.

Attivitajiet/għanijiet speċifiċi:

Armi ta’ qerda massiva u oġġetti b’użu doppju:

· Kooperazzjoni u kontribuzzjoni fl-implimentazzjoni sħiħa tal-obbligi internazzjonali eżistenti f’dak li jirrgwarda l-ġlieda kontra t-tixrid tal-AQM u tal-vetturi tagħhom u appoġġ lir-rwol tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA).

· Skont l-impenji internazzjonali tal-partijiet, u b’mod partikolari r-riżoluzzjonijiet internazzjonali rilevanti, inkluża r-Riżoluzzjoni 1540/2004 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, l-implimentazzjoni ta’ sistema li tippermetti kontroll effettiv fil-livell nazzjonali tal-oġġetti b’użu doppju u l-kriminalizzazzjoni tat-tixrid tal-AQM u tal-vetturi tagħhom.

· Jittieħdu l-miżuri meħtieġa għall-iffirmar, ir-ratifika jew l-adeżjoni, mat-trattati u l-istrumenti internazzjonali l-oħrajn kontra t-tixrid tal-AQM u tal-vetturi tagħhom.

· L-adozzjoni ta’ liġi nazzjonali li tippermetti l-kriminalizzazzjoni tat-tixrid tal-AQM u tal-vetturi tagħhom.

· L-implimentazzjoni bl-appoġġ tal-UE ta’ sistema nazzjonali effikaċi ta’ kontroll tal-esportazzjonijiet u tat-tranżitu tal-oġġetti marbuta mal- armi ta’ qerda massiva, inkluż kontroll tal-użu finali tat-teknoloġiji b’użu doppju .

Armi konvenzjonali:

· L-iżvilupp tad-djalogu politiku regolari dwar it-trasferimenti ta’ armi konvenzjonali u tisħiħ tal-kooperazzjoni dwar il-prevenzjoni tat-traffiku illegali.

· It-tisħiħ tal-konsultazzjoni bl-għan li jiġi adottat trattat tan-Nazzjonijiet Uniti li jistabbilixxi standards komuni għall-kummerċ dinji tal-armi konvenzjonali.

· L-implimentazzjoni, bl-appoġġ loġistiku tal-UE, ta’ sistema nazzjonali effikaċi ta’ kontroll tal-esportazzjonijiet ta’ armi konvenzjonali u tal-munizzjon tagħhom, inklużi kontrolli fuq l-utent aħħari tagħhom.

5.           Kooperazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili

Attivitajiet/għanijiet speċifiċi:

· Tissokta l-kooperazzjoni reġjonali dwar il-prevenzjoni, it-tħejjija, it-taħriġ, l-iskoperta, it-twissija bikrija u r-reazzjoni għad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, inklużi r-riskji teknoloġiċi.

· L-istabbiliment ta’ arranġamenti operattivi bejn l-organizzazzjonijiet Tuneżini u dawk tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kooperazzjoni maċ-ċentru ta’ Monitoraġġ u ta’ Informazzjoni (MIC) meta jiġi attivat il-mekkaniżmu Komunitarju għall-protezzjoni ċivili.

II.          Demokrazija, Stat tad-dritt u governanza

6.           Approssimazzjoni tal-qafas leġiżlattiv tat-Tuneżija ma’ dak tal-UE/tal-Kunsill tal-Ewropa f’dawn l-oqsma

Attivitajiet/għanijiet speċifiċi:

· It-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn it-Tuneżija u l-Kunsill tal-Ewropa f’dak li jirrigwarda l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tal-Istat tad-dritt u tad-demokrazija, b’mod partikolari fid-dawl tal-adeżjoni possibbli tat-Tuneżija għal ċerti Konvenzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa.

7.           It-tisħiħ tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija u l-Istat tad-dritt

Attivitajiet/għanijiet speċifiċi:

· L-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet kostituzzjonali, leġiżlattivi u regolatorji li jsaħħu l-Istat tad-dritt (ir-rwol tal-Parlament, l-indipendenza tal-partiti politiċi, eċċ.).

· It-tisħiħ tal-ħiliet amministrattivi tal-istituzzjonijiet u tal-atturi demokratiċi (il-Parlament, il-partiti politiċi, eċċ.).

· L-adozzjoni ta’ qafas elettorali demokratiku, l-istabbiliment ta’ Kummissjoni indipendenti għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tisħiħ tal-ħiliet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Tuneżina rigward l-osservazzjoni elettorali, l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet regolatorji dwar l-osservazzjoni elettorali (inkluż mill-atturi internazzjonali).

8.           It-tisħiħ tal-indipendenza u l-effikaċja tal-ġustizzja u l-isforzi biex jittejbu l-kundizzjonijiet fil-ħabsijiet

Attivitajiet/għanijiet speċifiċi:

· Ir-riforma u l-modernizzazzjoni tas-settur tal-ġustizzja, biex ikunu garantiti l-indipendenza, l-imparzjalità, il-professjonaliżmu, ir-responsabbiltà u funzjonament aqwa tal-ġustizzja, imfassla, skont il-ħtieġa, fuq l-istandards żviluppati min-Nazzjonijiet Uniti u l-Kunsill tal-Ewropa.

· Fil-kuntest tar-riforma tal-ġustizzja, l-akkumpanjament tal-isforzi tat-Tuneżija biex timmodernizza s-settur b’appoġġ tekniku, inkluż permezz tal-kompjuterizzazzjoni tal-amministrazzjoni tagħha, it-titjib tal-aċċess għall-ġustizzja u t-tisħiħ tal-ħiliet tal-atturi tas-sistema.

· L-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi/azzjonijiet f’dak li jirrigwarda l-ġustizzja tranżitorja.

· Ir-riforma tal-kodiċi kriminali u l-kodiċi tal-proċeduri kriminali biex ikunu konformi mal-liġi internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

· It-tisħiħ tal-azzjonijiet li jtejbu l-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni u tal-ħajja fil-ħabs, b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw lill-minorenni, u l-assigurazzjoni tad-drittijiet tal-ħabsin, inkluż permezz tat-taħriġ u t-tisħiħ tal-ħiliet ta’ dawk responsabbli għall-applikazzjoni tal-liġijiet.

III.         Djalogu u kooperazzjoni dwar il-kwistjonijiet relatati mad-drittijiet tal-bniedem u mal-libertajiet fundamentali

9.           Djalogu u kooperazzjoni dwar il-kwistjonijiet relatati mad-drittijiet tal-bniedem u mal-libertajiet fundamentali

            Attivitajiet/għanijiet speċifiċi:

· It-tisħiħ tad-djalogu u tal-kooperazzjoni bejn l-UE u t-Tuneżija rigward ir-rispett u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet fundamentali.

· It-titjib tad-djalogu dwar il-kooperazzjoni fi ħdan istituzzjonijiet internazzjonali, b’mod partikolari n-NU.

10.         L-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet internazzjonali relatati mad-drittijiet tal-bniedem, u l-kooperazzjoni mal-proċeduri u l-mekkaniżmi speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti

Attivitajiet/għanijiet speċifiċi:

· L-iżgurar tar-rispett tal-prinċipju tas-supremazija tal-konvenzjonijiet internazzjonali ratifikati fil-liġi nazzjonali.

· Jitkompla gradwalment il-proċess ta’ traspożizzjoni u ta’ implimentazzjoni tal-Konvenzjonijiet internazzjonali ratifikati mit-Tuneżija[4] u bl-għan li jitneħħew ir-riżervi.

· Il-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Kummissarjat Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem, u l-mekkaniżmi speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari wara l-istedina permanenti magħmula mill-awtoritajiet Tuneżini fi Frar 2011.

· Wara li t-Tuneżija għaddiet mill-proċess tar-Reviżjoni Perjodika Universali (Mejju 2012), jingħata appoġġ għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet aċċettati mit-Tuneżija f’dan il-kuntest.

11.         Ir-rispett tal-libertajiet tal-espressjoni, ta’ assoċjazzjoni u ta’ assemblea skont il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tan-Nazzjonijiet Uniti (ICCPR)

Attivitajiet/għanijiet speċifiċi:

· It-tisħiħ tal-libertà ta’ assoċjazzjoni u ta’ assemblea paċifika kif ukoll tal-libertà tal-espressjoni u tal-opinjoni fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kumitat tal-ICCPR u tar-Reviżjoni Perjodika Universali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, inkluż f’dak li jirrigwarda l-NGOs u l-atturi mhux statali.

· It-titjib tal-Kodiċi l-ġdid tal-Istampa sabiex dan isir konformi mal-istandards internazzjonali; it-tneħħija, b’mod partikolari, tal-pieni ta’ kustodja għad-delitti tal-istampa u ta’ malafama u garanzija tal-protezzjoni tas-sorsi.

· L-iżgurar ta’ aċċess liberu u mingħajr restrizzjonijiet għat-teknoloġiji l-ġodda, inkluż l-Internet, u l-iżgurar tal-libertà tal-espressjoni u t-tixrid tal-informazzjoni fuq l-Internet, skont l-istandards internazzjonali.

· Il-faċilitazzjoni tal-iskambji u l-għoti ta’ appoġġ lill-inizjattivi ta’ kooperazzjoni bejn l-assoċjazzjonijiet Tuneżini u dawk Ewropej.

12.         Il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa u tat-tfal

Attivitajiet/għanijiet speċifiċi:

· L-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta’ Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa (CEDAW) u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza tad-drittijiet u tal-libertajiet ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali.

· Il-konsolidament tad-dispożittiv leġiżlattiv biex tkompli l-ġlieda kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni, tkun promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi u tiżdied il-parteċipazzjoni u l-integrazzjoni tan-nisa fil-ħajja pubblika, politika, kulturali u ekonomika;

· Jitkomplew l-azzjonijiet mibdija biex tkun żgurata l-ugwaljanza bejn is-sessi u tkompli l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-vjolenza kontra n-nisa taħt il-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti; it-tisħiħ tal-qafas leġiżlattiv sabiex tkun offruta protezzjoni aqwa lin-nisa kontra kwalunkwe forma ta’ vjolenza, inkluża l-vjolenza domestika.

· It-tisħiħ tar-rwol tas-soċjetà ċivili fil-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa u tat-tfal u jiġi inkoraġġit in-netwerking f’dan il-qasam.

· Il-konsolidament tad-drittijiet tat-tfal abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat dwar id-Drittijiet tat-Tfal tan-Nazzjonijiet Uniti, b’mod partikolari l-protezzjoni tat-tfal kontra kull forma ta’ vjolenza, kontra l-abbandun u l-isfruttar.

13.         It-tneħħija tal-piena tal-mewt u l-ġlieda kontra t-tortura u kull forma ta’ diskriminazzjoni

Attivitajiet/għanijiet speċifiċi:

· Iż-żamma tal-moratorju de facto dwar l-eżekuzzjonijiet.

· Ikompli d-djalogu dwar ir-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali bl-għan li tiġi abolita l-piena tal-mewt.

· Tiġi kkunsidrata l-assoċjazzjoni fl-inizjattiva transreġjonali dwar il-piena tal-mewt, appoġġjata mill-UE taħt l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

· Wara r-ratifika mill-awtoritajiet Tuneżiji tal- ”Protokoll fakultattiv għall-Konvenzjoni kontra t-Tortura u t-Trattamenti jew Kastigi oħra Krudili, Inumani jew Degradanti”, jingħata appoġġ tekniku għall-implimentazzjoni tal-Protokoll u tal-istrumenti tiegħu,  inkluż l-appoġġ għall-istabbiliment tal-Awtorità nazzjonali għall-prevenzjoni prevista mill-Protokoll.

14.         Il-promozzjoni tar-rwol tas-soċjetà ċivili u l-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem

Attivitajiet/għanijiet speċifiċi:

· It-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tal-komponenti kollha tas-soċjetà Tuneżina fil-ħajja pubblika u politika, b’mod partikolari permezz tal-konsolidament tal-garanziji għal-libertajiet fundamentali u l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni u ta’ djalogu.

· L-iżvilupp tal-involviment tad-diversi atturi tas-soċjetà ċivili u tal-partijiet interessati fil-proposta, it-tfassil u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-riformi kostituzzjonali u leġiżlattivi.

15.         Il-kooperazzjoni fl-applikazzjoni universali tal-Istatut ta’ Ruma dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali

Attivitajiet/għanijiet speċifiċi:

· L-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-Istatus ta’ Ruma u skambju ta’ esperjenzi dwar l-aġġustamenti legali meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Istatus ta’ Ruma.

· L-appoġġ għat-taħriġ tal-maġistrati, tal-avukati u tal-forzi tas-sigurtà fl-oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI), b’mod partikolari permezz tal-istudju tal-ġurisprudenza tal-QKI u nazzjonali fl-oqsma koperti mill-QKI.

IV.         Kooperazzjoni u inizjattivi kontinentali u reġjonali

16.         L-appoġġ lill-implimentazzjoni tal-inizjattivi u l-proġetti ta’ integrazzjoni kontinentali u reġjonali

Attivitajiet/għanijiet speċifiċi:

· It-trawwim tal-integrazzjoni intrareġjonali inkluża dik intraMaghreb, b’mod partikolari fi ħdan l-Unjoni tal-Maghreb Għarbi u tal-proċess ta’ Agadir.

· L-intensifikar tal-kooperazzjoni fi ħdan l-istituzzjonijiet reġjonali tal-Maghreb, il-Forum 5+5, il-Forum tal-Mediterran, l-Unjoni għall-Mediterran, is-Sħubija Afrika-UE u l-organizzazzjonijiet reġjonali, bħall-Osservatorju tas-Saħara u tas-Saħel.

· Jingħata bidu għal djalogu dwar il-possibbiltajiet ta’ kooperazzjoni trijangolari li tinvolvi atturi Tuneżini u Ewropej pubbliċi u privati biex tingħata spinta lill-iżvilupp fl-Afrika.

V.          Kooperazzjoni fir-rigward tal-ġustizzja u s-sigurtà

17.         Il-promozzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-kooperazzjoni legali u ġudizzjarja bejn l-Istati u t-twaqqif ta’ miżuri xierqa ta’ akkumpanjament

Attivitajiet/għanijiet speċifiċi:

· Issir riflessjoni malajr kemm jista’ jkun dwar il-Konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin, b’mod partikolari, dawk imfassla fil-qafas tal-Konferenza tal-Aja dwar il-liġi privata internazzjonali rigward il-liġi tal-familja.

· Ikomplu jiġu mħeġġa s-soluzzjonijiet konkreti għall-prevenzjoni, il-ġestjoni u r-risoluzzjoni tal-kunflitti dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri inkluża l-kwistjoni tat-tfal ta’ koppji mħallta separati;

· Jitkompla d-djalogu dwar il-protezzjoni internazzjonali tat-tfal u l-liġi tal-familja fil-kuntest tal-parteċipazzjoni tat-Tuneżija fil-Konferenza Ġudizzjarja ta’ Malta dwar il-kwistjonijiet transfruntieri tal-liġi tal-familja (il-proċess ta’ Malta).

· Tiġi studjata l-possibbiltà tal-iffirmar, ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin, bħal: il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1965 dwar in-Notifika Barra l-Pajjiż tal-Atti Ġudizzjarji u Extra-Ġudizzjarji fi Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali; il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1970 dwar il-Ksib Barra mill-Pajjiż ta’ Provi fi Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali; il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal; il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996 dwar ir-Responsabbiltà tal-Ġenituri u l-Protezzjoni tat-Tfal.

18.         Konsolidament tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-approssimazzjoni tas-sistemi ġudizzjarji taż-żewġ partijiet

Attivitajiet/għanijiet speċifiċi:

· Isir rapport dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn it-Tuneżija u l-UE u dwar il-miżuri li jintensifikawha.

· Tissokta l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti mill-Konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti (Konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali (UNTOC) u kontra l-Korruzzjoni (UNCAC)) irratifikati mit-Tuneżija.

· L-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ għall-immodernizzar u għall-indipendenza tal-ġustizzja fit-Tuneżija.

19.         It-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-pulizija tat-Tuneżija u dawk tal-Istati Membri

Attivitajiet/għanijiet speċifiċi:

· Isir rapport dwar il-kooperazzjoni bejn it-Tuneżija u l-UE, biex din tiġi intensifikata, b’mod partikolari fil-kuntest tal-iskambju tal-esperjenzi bejn l-iskejjel ta’ taħriġ eżistenti fil-livell tal-Istati Membri tal-UE u l-kontropartijiet Tuneżini tagħhom f’dak li jirrigwarda l-qasam ġudizzjarju u dak tas-sigurtà .

· L-iżgurar tal-applikazzjoni tal-miżuri previsti mill-Konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti

20.         Tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-korruzzjoni

Attivitajiet/għanijiet speċifiċi:

· Skambju ta’ informazzjoni dwar il-leġiżlazzjonijiet u l-istrateġiji Ewropej u Tuneżini u dwar l-applikazzjoni tal-istrumenti internazzjonali, skambju tal-aħjar prassi f’dak li jirrigwarda l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u żvilupp ta’ kooperazzjoni f’dan il-qasam inkluż fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU tal-2003 dwar il-Korruzzjoni.

· Appoġġ lill-isforzi tal-awtoritajiet Tuneżini fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, inkluż il-ħolqien ta’ diviżjoni ġudizzjarja speċjalizzata fuq il-każijiet ta’ korruzzjoni fil-livell tal-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Tunis.

· Tiġi studjata l-possibbiltà li jingħata appoġġ lill-implimentazzjoni tad-Digriet-Liġi Nru 120 tal-14 ta’ Novembru 2011 dwar l-awtorità ta’ kontra l-korruzzjoni.

· Ikompli jingħata appoġġ lill-isforzi tat-Tuneżija permezz tal-assistenza reċiproka f’materji kriminali għar-ripatrijazzjoni tal-assi u l-ġid akkwistati bi frodi mill-president preċedenti u l-membri tal-familja tiegħu, li fil-preżent huma ffriżati taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri tal-UE, fi ħdan il-qafas tal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti, fosthom il-Konvenzjoni tan-NU tal-2003 kontra l-Korruzzjoni.

21.         Il-kooperazzjoni f’dak li jirrigwarda l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata

Attivitajiet/għanijiet speċifiċi:

· Tisħiħ tal-kooperazzjoni rigward il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata u l-kriminalità elettronika, bejn id-diversi organizzazzjonijiet ġudizzjarji u dawk tas-sigurtà, inkluż abbażi tar-ratifika u l-implimentazzjoni tal-istrumenti internazzjonali xierqa, u permezz tal-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tat-Tuneżini responsabbli fit-taħriġ speċifiku u speċjalizzat fil-qasam tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu eżistenti fil-livell tal-Istati Membri tal-UE.

· Kooperazzjoni permezz tal-iskambju ta’ prattiki tajbin u skambji tekniċi u jitkomplew l-isforzi ta’ sensitizzazzjoni taż-żgħażagħ għall-perikli tar-radikalizzazzjoni vjolenti u tal-estremiżmu fil-forom kollha tiegħu sabiex tinbet fihom il-kultura tal-ftuħ, tat-tolleranza u tas-solidarjetà, fost oħrajn mal-vittmi tat-terroriżmu, u jiġu mħarsa mill-abbużi kriminali b’mod partikolari dawk marbuta mat-terroriżmu.

· Appoġġ lill-isforzi tat-Tuneżija biex tiggarantixxi r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, inkluż fil-kuntest tar-riforma tas-settur tas-sigurtà.

22.         Strumenti internazzjonali kontra l-kriminalità organizzata

Attivitajiet/għanijiet speċifiċi:

· Skambju ta’ informazzjoni u ta’ esperjenzi fil-qasam tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali (2000 u tal-Protokolli addizzjonali tagħha).

· Żvilupp tal-leġiżlazzjoni skont in-normi u l-istrumenti internazzjonali rilevanti fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata.

23.         Żvilupp tal-metodi u tal-mezzi ta’ ġlied kontra t-traffikar tal-bnedmin u ta’ protezzjoni tal-vittmi ta’ dan it-traffikar

Attivitajiet/għanijiet speċifiċi:

· L-adozzjoni ta’ qafas leġiżlattiv kontra t-traffikar tal-bnedmin u li jipproteġi lill-vittmi tat-traffikar.

· Tisħiħ tal-kapaċitajiet tad-diversi oqsma fil-ġustizzja u tal-forzi tas-sigurtà fosthom permezz ta’ azzjonijiet immirati ta’ taħriġ speċjalizzat kontra t-traffikar tal-bnedmin u favur il-protezzjoni tal-vittmi tat-traffikar.

· Jingħata bidu għal djalogu għad-definizzjoni ta’ approċċ ta’ ġlieda komuni kontra minn jirrekluta, il-persuni li jittrasportaw lill-vittmi, l-operaturi, l-intermedjarji l-oħrajn, il-klijenti u l-benefiċjarji;

· Jissaħħaħ l-appoġġ lill-gruppi l-aktar vulnerabbli (nisa u tfal).

· Jiġu żviluppati azzjonijiet ta’ prevenzjoni tal-immigrazzjoni illegali b’mod partikolari favur il-gruppi l-aktar vulnerabbli, l-aktar permezz tal-għoti ta’ appoġġ, inkluż dak Ewropew, li jgħin il-ko-żvilupp, il-ħolqien ta’ mezzi ta’ għajxien u ta’ impjieg u t-titjib tal-kundizzjonijiet u l-kuntesti ta’ ħajja fir-reġjuni bi pressjoni kbira ta’ migrazzjoni.

VI.         Kooperazzjoni fl-oqsma tal-Migrazzjoni, tal-mobilità u tas-sigurtà

24.         Il-protezzjoni ta’ dawk li jitolbu l-ażil u tar-refuġjati

Attivitajiet/għanijiet speċifiċi:

· Kooperazzjoni bejn it-Tuneżija u l-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati, biex tkun tista’ taqdi l-mandat tagħha.

· Żvilupp u implimentazzjoni mit-Tuneżija ta’ leġiżlazzjoni dwar l-ażil li tieħu spunt mill-prinċipji u l-istandards internazzjonali, kif ukoll ta’ amministrazzjoni inkarigata mill-identifikazzjoni, il-protezzjoni u l-għajnuna u l-kenn lil dawk li jitolbu l-ażil u lir-refuġjati.

· Appoġġ tal-UE lit-Tuneżija għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, kif ukoll għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ amministrazzjoni speċjalizzata fil-qasam tal-ażil, inkluż permezz tal-provvediment ta’ pariri, taħriġ u appoġġ tekniku.

· Skambju ta’ informazzjoni bejn l-UE u t-Tuneżija dwar il-politiki, il-liġijiet u s-sitwazzjonijiet rispettivi fil-qasam tal-ażil.

25.         Kooperazzjoni fil-qasam tal-migrazzjoni, tal-mobilità u tas-sigurtà

· Żvilupp ta’ Djalogu dwar il-migrazzjoni, il-mobilità u s-sigurtà bl-għan li tiġi konkluża Sħubija għall-Mobilità. Implimentazzjoni tal-miżuri li jkunu pprovduti taħt is-Sħubija għall-Mobilità

VII.        Drogi

26.         Tissaħħaħ il-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga u kontra l-abbuż tad-droga

Attivitajiet/għanijiet speċifiċi:

· Appoġġ għall-implimentazzjoni tal-prinċipji rilevanti li jinsabu fil-Konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti (1967, 1971, 1988), kif ukoll tal-prinċipji mħabbra mis-Sessjoni Speċjali tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (UNGASS).

· It-tnedija ta’ azzjonijiet ta’ taħriġ speċjalizzat għall-aġenziji inkarigati mill-infurzar tal-liġi f’dan il-qasam.

· Żvilupp u implimentazzjoni tal-programmi ta’ prevenzjoni, trattament u riabilitazzjoni tal-vittmi tad-droga.

VIII.      Ħasil ta’ flus, reati ekonomiċi u finanzjarji

27.         It-tisħiħ tal-isforzi u l-kooperazzjoni kontra l-ħasil tal-flus

Attivitajiet/għanijiet speċifiċi:

· L-iżvilupp ulterjuri ta’ qafas leġiżlattiv effettiv għall-ħasil tal-flus u l-finanzjament tar-terroriżmu skont il-leġiżlazzjoni Ewropea u l-prinċipji tar-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force għal Azzjoni Finanzjarja (FATF); l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ assistenza amministrattiva u teknika u ta’ taħriġ.

· L-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni bejn is-servizzi tal-pulizija u l-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-FATF u l-Kunsill tal-Ewropa, kif ukoll mas-servizzi korrispondenti tal-Istati Membri tal-UE b’mod partikolari rigward l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-“Unitajiet ta’ Intelligence Finanzjarja” (UIF) (Financial Intelligence Units - FIU) Ewropej u l-UIF Tuneżina.

B.           Integrazzjoni ekonomika u soċjali: lejn l-istabbiliment ta’ żona ekonomika komuni

Pilastru 1 – Qafas makroekonomiku u finanzi pubbliċi :

28.         L-istabilizzazzjoni tal-qafas makroekonomiku

· Terġa’ tingħata l-ħajja lit-tkabbir ekonomiku u jitħaffef il-pass tiegħu,

· Jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ reżiljenza tal-ekonomija bil-konsolidament tas-sisien makroekonomiċi, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-pagamenti barranin u l-baġit Statali;

· L-iżgurar tas-sostenibbiltà tad-dejn pubbliku u tad-dejn nazzjonali estern;

· Tkompli l-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-istudju dwar it-titjib tal-ġestjoni tad-dejn pubbliku permezz tas-sorveljanza tal-ħruġ tat-Teżor u l-kontroll tal-ġestjoni tal-likwidità tal-Istat.

29.         Konsolidament tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi

· Jingħata bidu għal diskussjonijiet dwar ir-riforma tas-sistema tas-sussidji għall-ikel u għall-enerġija bl-għan li jiġu mmirati l-kategoriji żvantaġġjati.

· Tkompli l-implimentazzjoni tal-ġestjoni tal-baġit skont l-għanijiet;

· Titjieb it-trasparenza fil-baġit b’konverġenza fuq terminu medju lejn il-pubblikazzjoni tar-riżultati konsolidati tal-operazzjonijiet finanzjarji tal-Istat, tal-awtoritajiet lokali, tal-fondi tas-sigurtà soċjali u tal-istabbilimenti pubbliċi ta’ natura amministrattiva.

30.         Tkompli r-riforma tat-tassazzjoni

· Tkompli r-riforma tas-sistema tat-taxxa għal ġustizzja fiskali aħjar;

· Ikompli l-proċess ta’ modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni tat-taxxa (taħriġ professjonali, kompjuterizzazzjoni u użu ta’ teknoloġiji ġodda ta’ komunikazzjoni, governanza tal-amministrazzjoni tat-taxxa u sistema ta’ informazzjoni);

· Jitkompla u jiġi approfondit id-djalogu dwar il-prinċipji ta’ governanza fiskali tajba, inkluż il-Kodiċi ta’ kondotta tal-Unjoni Ewropea dwar it-tassazzjoni korporattiva, sabiex jiġi żgurat ambjent ekwu matul il-proċess ta’ integrazzjoni tat-Tuneżija fis-suq intern;

· Jitħeġġeġ l-iskambju tal-esperjenza u tal-esperti fis-sistemi tat-tassazzjoni tal-Istati Membri tal-UE.

31.         Tissaħħaħ it-trasparenza u l-effikaċja tal-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, u b’mod partikolari tal-akkwisti pubbliċi u tal-konċessjonijiet (din l-azzjoni tiġi diskussa fis-sottokumitat ‘Suq intern')

· Tkompli l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni Tuneżina mal-istandards internazzjonali u l-istandards Ewropej biex ikunu żgurati l-ftuħ gradwali, l-effikaċja, ir-responsabbiltà, it-trasparenza, l-ugwaljanza tal-aċċess għall-informazzjoni u l-kompetittività;

· Jitkompla l-immodernizzar tal-proċeduri ta’ amministrazzjoni, ta’ ġestjoni u ta’ monitoraġġ tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti pubbliċi u b’mod partikolari, l-implimentazzjoni tal-proċeduri għall-akkwist pubbliku mingħajr karti

· Jitkomplew il-programmi ta’ taħriġ effettiv tax-xerrejja/tal-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni tal-Istat u tal-awtoritajiet lokali, kif ukoll tal-aġenti responsabbli mill-monitoraġġ tal-akkwisti u l-eżekuzzjoni tal-kuntratti;

· Jissaħħu l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ esperjenzi f’dak li jirrigwarda l-monitoraġġ u l-ġestjoni tad-dejta bejn il-kontropartijiet Tuneżini u Ewropej, b’mod partikolari l-Osservatorju Nazzjonali tal-Akkwisti Pubbliċi u s-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni Ewropea, inkarigati mis-swieq

· Il-promozzjoni tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-esperjenzi u tal-informazzjoni fil-qasam tar-risoluzzjoni tat-tilwim relatat mal-akkwist pubbliku skont l-istandards internazzjonali u Ewropej bl-għan li jiġu adattati jekk ikun meħtieġ

Pilastru 2 - Governanza, kompetittività u ambjent tan-negozju :

2.1: Governanza u riforma amministrattiva

32.         Tisħiħ tal-governanza pubblika

· L-istabbiliment ta’ strateġija ta’ komunikazzjoni dwar il-governanza;

· L-iżvilupp tal-portal parteċipattiv dwar il-governanza;

· L-istabbiliment ta’ stħarriġ dwar il-perċezzjoni u t-tisħiħ tal-evalwazzjoni tal-politiki pubbliċi u l-iżvilupp ta’ indikaturi ta’ prestazzjoni li jippermettu l-evalwazzjoni u t-teħid ta’ deċiżjonijiet;

· L-istabbiliment ta’ sistema ta’ integrità nazzjonali.

33.         It-tisħiħ tal-kontroll finanzjarju intern fi ħdan is-settur pubbliku

· It-tfassil ta’ dokument ta’ politika u ta’ strateġija ta’ kontroll intern tal-finanzi pubbliċi (ġestjoni finanzjarja, kontroll finanzjarju u verifika interna) b’referenza għall-aħjar prattiki u standards internazzjonali, li jinkludi analiżi komparattiva bejn l-oqsfa u l-istandards internazzjonali u l-prattika attwali tal-Kontroll pubbliku intern fit-Tuneżija;

· Skont ir-riżultati tal-istudju komparattiv u tad-dokument strateġiku, jissaħħaħ il-qafas leġiżlattiv u regolatorju u jekk ikun meħtieġ il-koordinazzjoni dwar il-kontroll finanzjarju intern fi ħdan is-settur pubbliku u jiġi promoss l-iżvilupp ta’ kapaċità amministrattiva u istituzzjonali adegwata (taħriġ, gwidi, manwali ta’ verifika, softwer ta’ verifika, ċertifikazzjoni, eċċ.);

· Issir armonizzazzjoni gradwali man-normi u l-metodoloġiji rikonoxxuti b’mod internazzjonali kif ukoll mal-aqwa prattiki tal-Unjoni Ewropea għall-kontroll u l-verifika tad-dħul, tal-infiq pubbliku, tal-assi u tal-passiv.

34.         It-tisħiħ tal-verifika u tal-awditjar estern

· L-approssimazzjoni gradwali tal-proċeduri ta’ kontroll tal-Qorti tal-Awdituri u tal-Korp ta’ Kontroll Ġenerali mal-istandards internazzjonali kif ukoll mal-aħjar prattiki tal-UE f’dak li jirrigwarda l-awditjar estern;

· It-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva u proċedurali tal-Qorti tal-Awdituri bħala Istituzzjoni Suprema tal-Awditjar (ISC) billi r-rwol tagħha jiffoka biss fuq l-awditjar estern, filwaqt li tissaħħaħ l-indipendenza tagħha u jkun żgurat li l-baġit tagħha jkun approvat mill-Parlament u li r-rapport tagħha jkun pubbliku;

· It-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-Kumitat Għoli ta’ Kontroll Amministrattiv u Finanzjarju fil-koordinazzjoni tal-missjonijiet ta’ kontroll (ippjanar, proċeduri ta’ kontroll, għodod ta’ ħidma) u monitoraġġ tar-rapporti relatati;

· It-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva u żvilupp tal-iskambju ta’ esperjenza fl-iskoperta bikrija ta’ irregolaritajiet u frodi li jistgħu jaffettwaw l-allokazzjoni u l-ġestjoni tal-fondi nazzjonali u internazzjonali inklużi dawk Komunitarji;

· Il-promozzjoni tal-missjonijiet ta’ evalwazzjoni tal-proġetti, azzjonijiet u politiki pubbliċi u żvilupp tal-għodod ta’ awditjar u ta’ evalwazzjoni;

· It-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ kontroll tal-opportunità ta’ azzjoni u ta’ ġestjoni pubblika kif ukoll fl-approċċ tal-“valur għall-flus”;

· L-istabbiliment ta’ sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-awdituri pubbliċi;

· Tkun żgurata l-kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet u l-korpi rilevanti tal-UE fil-missjonijiet ta’ kontroll operattiv relatat mal-ġestjoni u l-kontroll tal-fondi tal-UE.

35.         Titħeġġeġ ir-rikonċiljazzjoni tal-metodi tal-istatistika mal-istandards Ewropej (Artikolu 60 tal-FA)

· L-iżvilupp ta’ strateġija għall-konsolidament tal-armonizzazzjoni mal-kunċetti, il-klassifikazzjonijiet, l-istandards u l-metodoloġiji Ewropej u internazzjonali b’mod partikolari fl-oqsma tal-istatistika ekonomika, soċjali u ambjentali;

· Tittejjeb il-kwalità tal-istatistika (fost l-oħrajn ir-rilevanza mal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju, tal-Iżvilupp Sostenibbli u tal-iżviluppi fl-oqsma l-oħrajn), l-aċċessibbiltà u ċ-ċarezza (tixrid tal-istatistika u għarfien fost l-utenti), l-aġġornamenti u l-puntwalità (fil-kompletezza tat-trażmissjoni tad-data bejn il-Eurostat u l-Istatistika tat-Tuneżija);

· L-istabbiliment ta’ pjan ta’ azzjoni fuq terminu medju għat-tiġdid tal-“Istatistika tat-Tuneżija” u l-istrutturi l-oħrajn tal-istatistika (aspetti istituzzjonali u ġuridiċi) li jirrigwarda b’mod partikolari lir-riżorsi umani, l-ippjanar u l-produzzjoni tal-istatistika, l-analiżi u l-pubblikazzjoni eċċ.;

· Jingħata appoġġ lill-“Istatistika tat-Tuneżija” fl-impllimentazzjoni ta’ tikketta ta’ kwalità tal-istatistika pubblika skont l-aħjar prattiki fil-livell Ewropew;

· Jissaħħu l-azzjonijiet ta’ kooperazzjoni bejn l-UE u t-Tuneżija fil-qasam tal-istatistika sabiex tiġi żviluppata s-sistema nazzjonali tal-istatistika tat-Tuneżija u tiġi żgurata integrazzjoni aqwa tagħha fis-sistema tal-istatistika internazzjonali;

· Ikun hemm parteċipazzjoni attiva fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta’ strateġija reġjonali (għall-Maghreb, għall-Mediterran) għall-iżvilupp tal-istatistika;

· Titħeġġeġ il-kooperazzjoni reġjonali u sottoreġjonali, kif ukoll l-iskambji tal-aħjar prattiki biex jiżdied it-titjib fil-kwalità tad-data tal-istatistika prodotta u tkun iggarantita l-komparabbiltà tagħhom mal-livell internazzjonali.

36.         Tkompli l-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika

· Ikompli t-titjib tal-kwalità tas-servizzi amministrattivi u l-proċess ta’ semplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi u jitnaqqas it-tul tagħhom u t-tisħiħ tal-amministrazzjoni elettronika;

· Tittejjeb ir-relazzjoni mal-utenti u tiġi żviluppata l-komunikazzjoni permezz fost l-oħrajn tal-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ta’ smigħ u ta’ stħarriġ tal-opinjoni eċċ.;

· Tiġi stabbilita sistema ta’ evalwazzjoni parteċipattiva tas-servizzi amministrattivi fi ħdan id-diversi strutturi pubbliċi;

· Jiġi assigurat servizz lokali lill-utenti permezz fost l-oħrajn tal-estensjoni tal-kumpaniji tas-servizzi pubbliċi b’mod partikolari fir-reġjuni li mgħandhomx kopertura ġeografika mis-servizzi amministrattivi;

· Jiġu stabbiliti mekkaniżmi u l-għodod meħtieġa biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-Digriet-Liġi dwar l-aċċess għad-dokumenti amministrattivi;

· Jingħata kontribut għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni permezz tal-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ta’ rappurtar ta’ atti ta’ korruzzjoni;

· Jiġi promoss it-taħriġ tal-uffiċjali Tuneżini f’dak li jirrigwarda l-politiki u l-programmi Komunitarji.

2.2: Ekonomija kompetittiva li tiffavorixxi l-għarfien

37.         Tittejjeb il-prestazzjoni u l-kompetittività tal-ekonomija Tuneżina

· Jitkomplew ir-riformi strutturali bl-għan li tissaħħaħ il-kompetittività tal-ekonomija u jkun promoss id-djalogu ekonomiku bejn it-Tuneżija u l-UE u l-koordinazzjoni dwar l-istrateġija ta’ rkupru fl-ispirtu tal-inizjattiva 2020 (għal tkabbir u impjiegi sostenibbli);

· Tiġi mħeġġa t-trasformazzjoni strutturali tal-ekonomija lejn ekonomija mmexxija mis-setturi b’valur miżjud għoli, tiżdied il-produttività u jiżdied il-kontribut tagħha lejn it-tkabbir ekonomiku;

· Jitkompla l-programm ta’ aġġornament industrijali, tkun żgurata l-kontinwità tal-programmi ta’ strutturar Tuneżini-Ewropej bl-għan li jingħata appoġġ lill-kompetittività tal-impriżi u lill-innovazzjoni, bħall-programm ta’ appoġġ għall-kompetittività tal-impriżi u għall-faċilitazzjoni tal-aċċess għas-suq (PCAM) u l-proġett ta’ appoġġ għas-sistema ta’ riċerka u tal-innovazzjoni (PASRI) u titħaffef l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ aġġornament bl-appoġġ tal-UE fis-settur agrikolu;

· Titħaffef l-implimentazzjoni tal-programm ta’ aġġornament tas-servizzi bl-appoġġ tal-UE, l-istabbiliment ta’ sistema ta’ informazzjoni u ta’ monitoraġġ, l-iżvilupp ta’ tqabbil aħjar bejn l-offerta u d-domanda tax-xogħol, kif ukoll it-tisħiħ tal-kooperazzjoni rigward il-kwalità u ċ-ċertifikazzjoni u l-intraprenditorija, l-alleanzi u n-netwerking;

· Tiġi implimentata l-istrateġija tal-gvern fir-rigward tal-iżvilupp tal-investiment privat inkluż fir-rigward tal-privatizzazzjoni;

· Tiġi żviluppata l-istrateġija tal-gvern li tiftaħ is-settur tal-infrastruttura għall-parteċipazzjoni tas-settur privat u titfassal l-liġi-qafas dwar is-sħubija pubblika-privata.

2.3: Ambjent tan-negozju aktar attraenti

38.         Jittejjeb l-ambjent tan-negozju

· Jiġi rivedut u msaħħaħ il-qafas regolatorju li jirregola l-investiment u l-prattika tan-negozju għal aktar sempliċità, trasparenza u effiċjenza;

· Tinħoloq Awtorità Nazzjonali għall-Investiment li tkun l-uniku rappreżentant tal-investituri lokali u barranin u jiġi stabbilit fond sovran għall-Investiment;

· Jiġi promoss ambjent favorevoli għall-impriżi bl-indirizzar speċifiku tar-riforma tas-sistema ġudizzjarja inklużi l-proċeduri ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni, u t-tisħiħ tal-ispeċjalizzazzjoni tal-imħallfin u r-riforma tal-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-falliment;

· Jiġu stabbiliti mekkaniżmi li jippermettu l-osservazzjoni u l-monitoraġġ tal-ambjent amministrattiv tan-negozju fit-Tuneżija u tal-prattiki internazzjonali f’dan il-qasam;

· Tissaħħaħ is-sbuħija tat-Tuneżija għall-attivitajiet b’valur miżjud għoli u innovattiv u jingħata appoġġ lill-promozzjoni tal-investiment fir-reġjun inkluż permezz tal-identifikazzjoni u l-iżvilupp tal-potenzjalitajiet u l-ispeċifiċitajiet reġjonali.

39.         Jiġi promoss l-investiment u s-sħubija u tittejjeb l-integrazzjoni lokali tal-investimenti

· Jitħeġġeġ l-iżvilupp tas-sħubiji bejn impriżi u clusters Tuneżini u Ewropej u jiġi promoss it-trasferiment teknoloġiku;

· Jiġu mmobilizzati l-impriżi lokali madwar l-investimenti barranin biex tiġi stimulata l-innovazzjoni u l-iżvilupp ekonomiku endoġeniku;

· Tiġi promossa u istituzzjonalizzata l-kooperazzjoni bejn l-assoċjazzjonijiet tal-impjegaturi Tuneżini u Ewropej u jingħata appoġġ għall-organizzazzjoni ta’ forum ekonomiku bejn it-Tuneżija u l-UE.

40.         Tiġi armonizzata l-liġi korporattiva biex tiġi assigurata protezzjoni tal-partijiet kollha u jiġu ffaċilitati l-attivitajiet tal-impriżi

· Tiġi promossa l-approssimazzjoni tal-liġi korporattiva man-normi Ewropej u internazzjonali;

· Tkun assigurata l-protezzjoni tal-azzjonisti skont l-istandards u l-prattiki Ewropej fil-qasam;

· Skont l-istandards Ewropej u internazzjonali, i) is-settur privat jiġi akkumpanjat fl-iffinalizzar tal-gwidi ta’ governanza tajba għad-diversi tipi ta’ impriża u ii) jitfasslu gwidi ta’ governanza tajba għall-entitajiet pubbliċi;

· Tiġi mmodernizzata l-ġestjoni prattika tar-reġistru tal-kummerċ u s-sistema ta’ reklamar fil-ġurnal uffiċjali biex ikunu infurmati l-partijiet terzi.

41.         Jiġu adottati l-istandards Ewropej u internazzjonali ta’ awditjar finanzjarju u ssir riforma tas-sistema ta’ kontabilità tal-impriżi Tuneżini f’konverġenza mal-istandards Ewropej u internazzjonali tal-kontabilità

· Jitkomplew l-isforzi ta’ promozzjoni tal-kwalità tal-awditjar legali tal-kontijiet;

· Jitkomplew l-isforzi ta’ żvilupp tas-sistema ta’ kontabilità tal-impriżi lejn l-adozzjoni tal-istandards ta’ kontabilità Ewropej u internazzjonali;

· Tiġi żgurata l-kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet tal-UE inkarigati mill-istandardizzazzjoni tal-kontijiet u mis-sorveljanza tal-awditjar legali tal-kontijiet.

42.         Tissaħħaħ il-kooperazzjoni f’dak li jirrigwarda l-politika tal-kumpaniji

· Tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-UE f’dak li jirrigwarda l-politika li tappoġġja l-SMEs permezz tal-implimentazzjoni tal-Karta Ewro-Mediterranja għall-Intrapriża, b’referenza partikolari għas-Small Business Act u billi jitnaqqsu d-diskrepanzi fis-servizzi ta’ appoġġ lill-SMEs;

· Tiġi promossa l-integrazzjoni aktar mill-qrib tal-SMEs Tuneżini fin-netwerk Entreprise Europe Network permezz tal-konklużjoni ta’ protokoll ta’ ftehim;

· Titħeġġeġ il-parteċipazzjoni tat-Tuneżija fil-programm għall-kompetittività tal-impriżi u tal-SMEs;

· Jingħata appoġġ lit-titjib tal-mekkaniżmi ta’ ħolqien ta’ impriżi u jitħeġġeġ l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament permezz tat-tisħiħ tal-istrumenti ta’ finanzjament tal-ekwità u l-mekkaniżmi ta’ qabel il-ftuħ ta’ kumpanija favur l-iżviluppaturi żgħażagħ u l-attivitajiet innovattivi;

· It-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali jiġi akkumpanjat mill-istrutturi ta’ appoġġ lill-SMEs, b’mod partikolari fir-rigward ta’ linji gwida għall-investituri, il-kummerċjalizzazzjoni u t-tfassil ta’ pjanijiet ta’ negozju, eċċ.;

· Tiġi żviluppata l-attività ta’ fondi tal-investiment u jissaħħu l-interventi tagħhom fir-reġjuni.

Pilastru 3: It-tisħiħ tal-integrazzjoni u l-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles Profond u Komprensiv

Iż-żewġ Partijiet jenfasizzaw ir-rieda tagħhom li jkomplu l-implimentazzjoni tal-integrazzjoni gradwali tal-ekonomiji tagħhom bl-għan li eventwalment jaslu għal Żona Ekonomika Komuni permezz ta’ aktar faċilitazzjoni tal-kummerċ u t-tnedija fl-iqsar żmien possibbli tan-negozjar ta’ Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles Profond u Komprensiv (DCFTA), fil-kuntest tal-impenn tat-Tuneżija fi proċess ta’ riformi demokratiċi u ekonomiċi.

Il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles Profond u Komprensiv jipprovdi t-titjib tal-possibbiltajiet ta’ aċċess għas-suq, tal-klima tal-investiment u t-tisħiħ tal-appoġġ għar-riformi ekonomiċi li għandhom jitwettqu għal dan l-iskop. B’hekk, id-DCFTA li ser ikun parti integrali mill-FA ser ikopri firxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ interess komuni (lista mhux eżawrjenti; l-aċċent ser ikun fuq is-setturi ta’ prijorità magħżulin miż-żewġ partijiet u fil-qafas tal-approssimazzjoni leġiżlattiva):

· Aktar liberalizzazzjoni biex jitjiebu l-opportunitajiet ta’ aċċess għas-suq għall-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati, il-prodotti tas-sajd u l-prodotti industrijali waqt li jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi speċifiċi taż-żewġ partijiet;

· Regolamenti tekniċi dwar il-prodotti industrijali, l-istandards, il-valutazzjoni tal-konformità u s-sorveljanza tas-suq;

· Miżuri sanitarji u fitosanitarji;

· Liberalizzazzjoni tal-kummerċ tas-Servizzi u ħarsien tal-investimenti;

· Akkwist Pubbliku;

· Il-politika dwar il-kompetizzjoni;

· Il-moviment u l-ħlas tal-kapitali;

· Il-ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluża l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi Tuneżini u Ewropej;

· Dwana;

· Il-faċilitazzjoni tal-kummerċ;

· Id-djalogu dwar l-istrumenti ta’ difiża kummerċjali;

· Kummerċ u żvilupp sostenibbli.

Meta jkunu qegħdin jinnegozjaw id-DCFTA, il-partijiet sejrin jikkunsidraw is-sensittività ta’ ċerti setturi u għandhom jipprovdu assimetrija fl-impenji minħabba d-differenzi fl-iżvilupp bejn iż-żewġ partijiet. Id-DCFTA għandu jidentifika wkoll il-prijoritajiet minħabba l-approssimazzjoni regolatorja mal-acquis communautaire fuq il-bażi tal-interessi reċiproċi u bl-adozzjoni ta’ approċċ dinamiku li jippermetti approssimazzjoni regolatorja addizzjonali sussegwenti u żieda gradwali fl-implimentazzjoni tagħhom.

Għaldaqstant, permezz tad-DCFTA, iż-żewġ partijiet għandhom l-għan li:

3.1 Joħolqu aċċess akbar għas-swieq tal-prodotti permezz tat-tneħħija tal-ostakoli tariffarji u dawk mhux tariffarji :

43.         Prodotti agrikoli u kwistjonijiet sanitarji u fitosanitarji

· Jerġgħu jibdew u jitlestew, jekk ikun meħtieġ, in-negozjati dwar il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tal-prodotti agrikoli, ipproċessati u tas-sajd;

· Tissaħħaħ il-kooperazzjoni bl-għan li tittejjeb is-saħħa tal-annimali u tal-ħxejjex kif ukoll is-sigurtà sanitarja tal-ikel, waqt li jiġi kkunsidrat il-benesseri tal-annimali u sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ tal-prodotti agrikoli bejn it-Tuneżija u l-UE;

· Tkompli l-implimentazzjoni tal-Ftehim tad-WTO dwar l-applikazzjoni tal-miżuri sanitarji u fitosanitarji (SPS) u tal-istandards internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti (IPPC) u tal-Codex Alimentarius;

· Jiġu rikonċiljati gradwalment, abbażi tal-istandards tal-organizzazzjonijiet rilevanti, il-leġiżlazzjonijiet u r-regolamenti Tuneżini mal-leġiżlazzjonijiet u r-regolamenti tal-UE applikabbli fl-oqsma sanitarji, fitosanitarji u l-qasam tal-benesseri tal-annimali biex tinkiseb protezzjoni ekwivalenti li tinkludi wkoll ir-regoli dwar l-iġjene, l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà, l-annimali ħajjin, l-għalf għall-annimali u l-oġġetti tal-ikel;

· Tiġi adottata u tibda l-implimentazzjoni tal-abbozz tal-liġi-qafas relatata mas-sikurezza tal-ikel;

· Jissaħħu u jiġu aġġornati l-istituzzjonijiet u l-laboratorji, inkluża ċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti agrikoli;

· Ikun hemm kooperazzjoni bl-għan li jittejbu l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ eliminazzjoni tal-mard tal-annimali u tal-pesti tal-pjanti; inkluż l-istabbiliment ta’ korpi professjonali tas-saħħa;

· Isir skambju ta’ kompetenzi tekniċi u tal-esperjenza, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni fil-workshops tal-programm ta’ taħriġ tal-Kummissjoni Ewropea “Taħriġ aħjar għal ikel aktar sikur (BTSF)”;

· Tkompli l-kooperazzjoni dwar it-twissijiet sanitarji b’mod partikolari fil-qafas tas-sistema ta’ twissija bikrija tal-UE;

· Jiġi aġġornat u msaħħaħ il-kontroll sanitarju u fitosanitarju fuq il-fruntieri, inklużi l-infrastrutturi tal-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera (BIP).

44.         Il-prodotti industrijali

· Jiġi ffinalizzat l-allinjament tal-leġiżlazzjoni orizzontali dwar iċ-ċertifikazzjoni, il-valutazzjoni tal-konformità u s-sorveljanza tas-suq bl-għan li jkun hemm armonizzazzjoni mal-qafas leġiżlattiv orizzonali Ewropew il-ġdid (QLĠ) tal-2008;

· Jiġi ffinalizzat, għas-setturi ta’ prijorità magħżula, l-allinjament tal-leġiżlazzjoni settorjali u jiġu adottati l-istandards Ewropej kif ukoll jitneħħew l-istandards konfliġġenti u jiġu identifikati setturi potenzjali addizzjonali;

· Jitkompla u jitlesta l-aġġornament tal-istituzzjonijiet inkarigati miċ-ċertifikazzjoni, mill-istandardizzazzjoni, mill-valutazzjoni tal-konformità, mill-metroloġija u mis-sorveljanza tas-suq, b’mod partikolari bl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-proġetti ta’ ġemellaġġ u ta’ assistenza teknika u permezz ta’ skambji ta’ informazzjoni u ta’ esperjenzi u permezz tal-integrazzjoni tagħhom fl-istrutturi Ewropej u internazzjonali;

· Tiġi finalizzata t-tħejjija għas-setturi tal-materjali ta’ konstruzzjoni u l-prodotti elettriċi, jiġi nnegozjat u konkluż ftehim dwar il-valutazzjoni tal-konformità u l-aċċettazzjoni tal-prodotti industrijali (ACAA) għal dawn iż-żewġ setturi ta’ prijorità; is-setturi l-oħrajn ta’ prijorità, b’mod partikolari tal-makkinarji, tal-apparat tal-pressa u l-istrumenti tal-kejl jistgħu jiżdiedu mal-ftehim gradwalment mal-allinjament leġiżlattiv;

· Tkompli titqajjem kuxjenza dwar l-atturi ekonomiċi u b’mod partikolari l-SMEs Tuneżiji u jingħataw l-appoġġ meħtieġ għall-applikazzjoni tad-direttivi u l-istandards Ewropej adottati mit-Tuneżija;

· Jiġi implimentat l-ACAA, l-estensjoni tiegħu u l-perpetwità tiegħu bl-appoġġ xieraq tal-UE.

45.         Il-faċilitazzjoni u l-iżvilupp tal-kummerċ

· Issir riformulazzjoni tar-reġim tal-kummerċ estern biex jitnaqqsu l-ostakoli mhux tariffarji u jissaħħu l-istrumenti u l-korpi ta’ faċilitazzjoni tal-iskambju ta’ tqajjim ta’ kuxjenza u tal-kontroll u tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni;

· Tissaħħaħ, safejn huwa possibbli, il-kooperazzjoni b’mod partikolari permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni rigward id-difiża kummerċjali;

· Jissaħħu l-punti ta’ kuntatt “TBT” (technical barriers to trade) biex tittejjeb it-trażmissjoni tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-UE u t-Tuneżija u biex iservu ta’ rappreżentanti għall-operaturi.

46.         Ir-reviżjoni tar-regoli dwar l-oriġini

· Tiġi konkluża l-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli ta’ oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji;

· Ikomplu n-negozjati dwar ir-reviżjoni ta’ dawn ir-regoli bl-għan li jkunu ssemplifikati u waqt li jitqiesu l-bidliet tekniċi u teknoloġiċi ġodda fil-qasam industrijali kif ukoll il-prijoritajiet ta’ żvilupp f’ċerti setturi strateġiċi fit-Tuneżija bħat-tessuti u l-ikel sabiex jittaffa l-impatt tat-tneħħija tat-tariffi fiż-żona.

47.         Kooperazzjoni doganali

· Tissoktal-implimentazzjoni tal-miżuri doganali li jiffavorixxu l-iffaċilitar tal-kummerċ filwaqt li jassiguraw is-sigurtà tal-katina loġistika internazzjonali (użu msaħħaħ tal-analiżi tar-riskju kompjuterizzata, tal-kontrolli ex-post, tal-proċeduri semplifikati tal-ikklerjar mid-dwana għall-operaturi magħrufa u ċertifikati, trasparenza tal-leġiżlazzjoni, estensjoni tal-esperjenza pilota ta’ one-stop shop, eċċ.);

· Tissokta l-ħidma għal ġestjoni integrata mal-partijiet interessati l-oħrajn fuq il-fruntiera;

· Jissaħħaħ id-djalogu dwar is-sistema tal-operatur ekonomiku awtorizzat bl-għan li jkunu approssimati r-regoli Tuneżini ma’ dawk tal-UE, bil-prospett ta’ ftehim dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-istatus tal-operatur ekonomiku awtorizzat bejn l-amministrazzjoni tad-dwana Tuneżina u l-amministrazzjonijiet tad-dwana Ewropej, meta l-kundizzjonijiet ikunu ssodisfati;

· Jitkompla t-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali tad-dwana Tuneżina;

· Parteċipazzjoni fil-programm DWANA 2020.

48.         Id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali: Tiġi approssimata gradwalment il-leġiżlazzjoni tat-Tuneżija mal-istandards Ewropej u tissaħħaħ l-applikazzjoni effettiva ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, inkluż fil-livell ġudizzjarju

· Tkompli l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni tat-Tuneżija mal-istandards tal-UE fl-oqsma tal-proprjetà industrijali, tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati u tiġi ffinalizzata l-adeżjoni mal-konvenzjonijiet internazzjonali previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (analiżi tad-diskrepanzi mal-istandards tal-UE, l-istabbiliment ta’ leġiżlazzjoni approssimata);

· L-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni tat-Tuneżija mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi (IĠ) u d-denominazzjonijiet tal-oriġini (DO) (analiżi tad-diskrepanzi mal-istandards tal-UE, l-istabbiliment ta’ leġiżlazzjoni approssimata);

· It-tisħiħ tal-kapaċitajiet amministrattivi u ġudizzjarji, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra l-piraterija u l-iffalsifikar f’koordinazzjoni mal-istituzzjonijiet, il-korpi u s-settur privat fil-livell tal-UE (introduzzjoni ta’ azzjonijiet regolari: pjan ta’ azzjoni, djalogu);

· Jissaħħu l-mezzi bl-għan li tiġi assigurata protezzjoni effiċjenti u dissważiva tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (it-tisħiħ tas-setgħat u tal-kapaċitajiet tad-dwana, tal-monitoraġġ kriminali u ġudizzjarju, tal-valutazzjoni ekonomika tal-impatt tal-iffalsifikar u tal-piraterija fuq il-ħolqien u l-innovazzjoni nazzjonali);

· Jitkomplew l-azzjonijiet ta’ tqajjim ta’ kuxjenza u ta’ taħriġ dwar il-proprjetà intellettwali.

3.2 Aċċess aqwa lis-servizzi u lill-fornituri tas-servizzi għas-swieq u l-libertà tal-istabbiliment

49.         Jiġi liberalizzat il-kummerċ tas-servizzi u tal-istabbiliment

· Jitkomplew u jiġu finalizzati n-negozjati dwar il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tas-servizzi u tal-istabbiliment;

· Ikun żgurat li l-kundizzjonijiet ta’ stabbiliment tal-impriżi ma jsirux aktar restrittivi milli meta kien konkluż il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni;

· Jinstab ftehim fuq qafas li jiffaċilita d-diskussjonijiet dwar (i) ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet skambjati miż-żewġ partijiet u tkun promossa l-mobilità tal-fornituri tas-servizzi u (ii) l-implimentazzjoni tal-miżuri rilevanti tal-paragrafu 25.

50.         L-iżvilupp tas-settur tas-servizzi fit-Tuneżija

· Is-semplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi waqt li jkun żgurat li l-proċeduri relatati mal-aċċess u l-eżerċizzju tal-attivitajiet tas-servizzi ikunu trasparenti, proporzjonati, ibbażati fuq kriterji oġġettivi sabiex jipprovdu previdibbiltà u sigurtà ġuridika lill-fornituri tas-servizzi;

· Ir-riforma tas-servizzi finanzjarji (dwar ir-regolamentazzjoni u l-monitoraġġ permezz ta’ approssimazzjoni mal-istandards Ewropej u internazzjonali):

· Ikompli t-tisħiħ tal-qafas regolatorju u prudenzjali għas-swieq u l-atturi finanzjarji billi jkun approssimat għal dak tal-UE bl-għan li jiġi liberalizzat gradwalment;

· It-tisħiħ tal-prerogattivi, tal-effettività u tal-indipendenza tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni tas-swieq finanzjarji skont l-istandards internazzjonali;

· Il-konsolidament tal-bażijiet finanzjarji tal-istabbiliment ta’ kreditu u t-tisħiħ tal-istrutturi prudenzjali għal aktar konverġenza lejn l-istandards internazzjonali. L-iżvilupp tas-sistema ta’ garanzija tad-depożiti bankarji;

· L-iżvilupp tas-settur tal-mikrofinanzjament, b’mod speċjali f’żoni rurali u l-iżvilupp tas-servizzi finanzjarji adattati għall-ħtiġijiet tal-bdiewa li jaħdmu fl-azjendi żgħar u medji;

· L-iżvilupp tal-attività tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-qafas ġuridiku tagħha bbażati fuq il-prinċipji tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) u tar-regolamenti Ewropej f’dan il-qasam.

· Ikompli l-proċess ta’ żvilupp tas-settur postali fit-Tuneżija u jiġi ffaċilitat permezz tal-istabbiliment ta’ qafas regolatorju settorjali xieraq;

· Skambju tal-esperjenzi u tal-kompetenzi fil-qasam regolatorju settorjali postali bl-għan li l-qafas regolatorju jiġi approssimat għal dak tal-UE;

· Issir ħidma, bl-appoġġ tal-UE, għall-introduzzjoni ta’ awtorità li tirregola s-suq tas-servizzi postali.

51.         Il-promozzjoni u l-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku

· Tiġi żviluppata kooperazzjoni dwar il-promozzjoni tal-attivitajiet tan-Network Marketing (bejgħ fuq in-netwerks);

· Jiġu adottati l-aħjar prattiki fil-livell Ewropew u internazzjonali;

· Jiġu stabbiliti regolamenti adattati u tingħata l-possibbiltà liż-żgħażagħ gradwati li jintegraw fl-attivitajiet tal-ekonomija virtwali u li ġġib valur miżjud u jinfetħu l-prospetti tal-impjieg.

52.         Il-moviment tal-kapital u pagamenti kurrenti: Tiġi finalizzata l-liberalizzazzjoni tal-pagamenti kurrenti u tkompli l-liberalizzazzjoni tat-tranżazzjonijiet kapitali:       

· Titlesta b’mod gradwali l-liberalizzazzjoni tal-pagamenti kurrenti u tkompli l-liberalizzazzjoni tal-movimenti tal-kapital skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni;

· Isir skambju ta’ informazzjoni dwar l-aħjar prattiki ta’ eliminazzjoni tar-restrizzjonijiet għal-moviment liberu tal-kapital.

3.3 Ambjent ta’ kompetizzjoni ġusta

53.         Il-politika dwar il-kompetizzjoni: Tkompli l-implimentazzjoni u l-konsolidament tal-impenji magħmula fuq il-leġiżlazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ politika dwar il-kompetizzjoni effettiva (l-Artikoli 36 u 37 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni)

· Issir valutazzjoni tas-sistema attwali (il-leġiżlazzjoni qafas fis-seħħ u l-implimentazzjoni tagħha) u jiġu adottati miżuri xierqa b’mod partikolari fil-qasam tal-antitrust sabiex tkun iffaċilitata l-approssimazzjoni tar-regolamenti Tuneżini ma’ dawk tal-Unjoni Ewropea filwaqt li jkun assigurati l-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, trasparenza u imparzjalità fil-proċeduri;

· Jitkompla t-tisħiħ tal-istatus tal-Kunsill għall-Kompetizzjoni.

54.         Il-monopolji tal-Istat: Jiġu implimentati l-impenji meħuda taħt l-Artikoli 37 u 38 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni

· Isir skambju tal-informazzjoni dwar il-monopolji tal-Istat, l-impriżi pubbliċi u l-impriżi li jkunu ngħataw drittijiet speċjali jew esklussivi bl-għan li jkun iffaċilitat il-progress tat-Tuneżija fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 37 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni.

55.         Għajnuna mill-Istat: Jiġu implimentati l-impenji meħuda dwar l-għajnuniet mill-Istat, l-Artikolu 36 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni     

· Jinħolqu kundizzjonijiet ta’ trasparenza f’dak li jirrigwarda l-għajnuniet mill-Istat.

3.4 Integrazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar aktar fil-fond

56.         Jingħata kontribut għall-ħolqien ta’ żona ta’ kummerċ ħieles bejn l-UE u s-sħab Mediterranji kollha

· Tkompli l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles (FTA) mas-sħab Mediterranji fil-livell reġjonali, intrareġjonali jew bilaterali;

· Tiġi assigurata l-implimentazzjoni tal-Ftehim Għarbi-Mediterranju dwar il-kummerċ ħieles (Agadir) u l-estensjoni tiegħu għal sħab oħra fil-Mediterran skont id-dispożizzjonijiet tal-istess Ftehim;

· Jiġu miftiehma u stabbiliti mekkaniżmi li jiffaċilitaw il-kummerċ u l-investimenti u li jiffavorixxu integrazzjoni aktar fil-fond fil-livell Nofsinhar-Nofsinhar.

3.5 Approssimazzjoni għall-acquis communautaire

· Titkompla, b’mod gradwali u sekwenzjali, l-approssimazzjoni tal-qafas ġuridiku u regolamentari tat-Tuneżija mal-acquis communautaire, bl-għajnuna b’mod partikolari tal-istrumenti Komunitarji ta’ appoġġ istituzzjonali, speċjalment fl-oqsma rilevanti tas-suq intern.

· Għal dan il-għan, ser jiġi stabbilit mekkaniżmu konġunt li jidentifika l-oqsma prijoritarji li jeħtieġu li jkunu approssimati, id-diversi fażijiet u r-riżorsi meħtieġa biex dan ikun implimentat. It-Tuneżija sejra tistabbilixxi programm nazzjonali ta’ konverġenza mal-acquis bl-appoġġ tal-UE sabiex jirnexxielha timplimenta l-pjan ta’ azzjoni.

Pilastru 4 – Kooperazzjoni fil-qasam tal-impjiegi, tal-politika soċjali u tas-sigurtà soċjali

57.         L-implimentazzjoni tar-riformi tal-politika dwar l-impjiegi, flimkien mat-tisħiħ tal-impjegabbiltà u tax-xogħol deċenti

· Tiġi żviluppata u implimentata strateġija nazzjonali integrata tal-impjiegi b’kont meħud tal-programm ekonomiku u soċjali post-Kostitwenti u b’kunsiderazzjoni tal-linji gwida tal-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi u d-disa’ prijoritajiet definiti fil-qafas tal-kooperazzjoni Ewro-Mediterranja dwar l-Impjiegi u x-Xogħol;

· Jiġi żgurat adattament aqwa tal-kwalifiki skont il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u jingħata appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ informazzjoni u gwida u ta’ għajnuna għall-inseriment professjonali;

· Jingħata appoġġ lill-iżvilupp ta’ sistema ta’ ċertifikazzjoni li tiffaċilita r-rikonoxximent tal-kwalifiki u tiffavorixxi l-mobilità, l-iżvilupp tal-karriera u l-impjegabbiltà;

· Tkompli l-konsultazzjoni u d-djalogu dwar l-impjiegi, l-impjegabbiltà u x-xogħol deċenti, b’mod partikolari fil-kuntest tal-Konferenza Ministerjali Euro-Med dwar l-impjiegi u x-xogħol, skont il-prinċipji tal-flessigurtà, tal-ġustizzja u tal-ekwità soċjali;

· Tiżdied il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol produttiv u formali, b’mod partikolari taż-żgħażagħ u tan-nisa u tkun żgurata l-ekwità tal-politiki attivi tal-impjieg b’mod partikolari billi tissaħħaħ l-inserzjoni tan-nisa u tal-persuni qiegħda għal żmien twil fost iż-żgħażagħ gradwati fl-edukazzjoni terzjarja;

· Tissaħħaħ is-sistema ta’ valutazzjoni regolari tal-politiki attivi tal-impjieg biex tiżdied l-effiċjenza u l-adegwatezza tagħhom għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol;

· Jissaħħu l-kapaċitajiet u jiġi mmodernizzat it-twassil tas-servizzi pubbliċi inkarigati mill-impjiegi u mill-osservazzjoni tas-suq tax-xogħol, b’mod partikolari fir-rigward tas-sistema ta’ informazzjoni dwar l-impjiegi u n-netwerking tal-operaturi pubbliċi, privati u tas-soċjetà ċivili;

58.         Jiġu implimentati bis-sħiħ id-drittijiet soċjali fundamentali u l-istandards fundamentali tax-xogħol u jissaħħu l-istrutturi tad-djalogu soċjali

· Jitkomplew id-djalogu u l-kooperazzjoni relatati mal-implimentazzjoni tal-prinċipji, tad-drittijiet fundamentali, tal-istandards u tal-Konvenzjonijiet fundamentali tax-xogħol skont id-Dikjarazzjoni tal-1998 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO);

· Tiġi żviluppata l-leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol bl-għan li tikber il-flessibbiltà tas-suq tax-xogħol filwaqt li jiġu mħarsa d-drittijiet tal-ħaddiema;

· Tingħata spinta lill-bidliet ekonomiċi u soċjali fit-Tuneżija permezz tal-konklużjoni ta’ kuntratt soċjali ġdid u djalogu soċjali effettiv bejn is-sħab soċjali: tisħiħ tal-istrutturi tripartitiċi kif ukoll tad-djalogi bilaterali awtonomi inklużi l-kapaċitajiet tas-sħab soċjali;

· Jiġi implimentat il-programm tat-Tuneżija għax-xogħol deċenti wara l-adozzjoni tiegħu mit-Tuneżija u l-ILO, u jiġu segwiti l-għanijiet u l-indikaturi tiegħu.

· Jissaħħaħ id-djalogu soċjali fil-kuntest tal-impriża, permezz tat-taħriġ kontinwu tal-membri tal-Kummissjonijiet Konsultattivi tal-Impriżi sabiex tittejjeb il-prevenzjoni tal-kunflitti tax-xogħol u l-produttività u l-impjegabbiltà fl-impriża;

· Jissaħħu l-miżuri ta’ promozzjoni u ta’ sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema, l-iġjene u s-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol inkluż permezz ta’ taħriġ dwar dawn is-suġġetti, l-istituzzjonalizzazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, il-prevenzjoni tar-riskji professjonali marbuta mal-immaniġġjar ta’ sustanzi perikolużi jew tossiċi u l-iskambju ta’ prattiki tajbin u ta’ analiżijiet f’dan il-qasam;

· Tiġi żviluppata leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, tiġi żviluppata strateġija ta’ prevenzjoni għat-tnaqqis tal-inċidenti fatali u gravi fuq ix-xogħol, jitfasslu kriterji ta’ referenza u ta’ gwidi għaċ-ċertifikazzjoni kif ukoll jiġu individwati r-riskji fuq ix-xogħol;

· Jissaħħaħ u jiġi ristrutturat l-Istitut għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol bl-għan li jkun jista’ jadatta għall-ħtiġijiet il-ġodda nazzjonali u internazzjonali ta’ promozzjoni tas-saħħa fuq ix-xogħol, ta prevenzjoni tar-riskji fuq ix-xogħol u ta’ sjieda tal-approċċi l-ġodda ta’ ppjanar u programmazzjoni dwar il-benesseri tal-ħaddiema;

· Jiġi implimentat il-Programm Nazzjonali ta’ Ġestjoni tar-Riskji fuq ix-Xogħol (PNĠRX) inkluża l-implimentazzjoni ta’ prevenzjoni speċifika għall-espożizzjoni għar-riskji fuq ix-xogħol fis-settur tal-agrikoltura u tas-sajd;

· Tiġi promossa r-responsabbiltà soċjali tal-impriżi u jingħata appoġġ lill-iżvilupp ta’ prattiki intraprenditorjali li jirrispettaw il-Patt Globali tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO dwar l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali, kif ukoll il-prattiki tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) dwar is-suġġett.

59.         Tiġi promossa l-politika tal-inklużjoni soċjali u jitkomplew ir-riformi dwar il-protezzjoni soċjali

· Tkompli l-kooperazzjoni bl-għan li tiġi msaħħa u kkonsolidata politika ta’ inklużjoni soċjali integrata u effiċjenti, li tkun tinvolvi lis-soċjetà ċivili;

· Jitnaqqas il-proporzjon tal-popolazzjoni li tinsab f’faqar assolut jew relattiv jew f’sitwazzjoni ta’ vulnerabbiltà fl-aktar livell baxx rikonoxxut mill-istandards internazzjonali u jitnaqqsu d-differenzi soċjali u tiġi implimentata sistema ta’ informazzjoni dwar il-kategoriji tal-fqar;

· Tkun garantita l-inklużjoni soċjali attiva ta’ kulħadd waqt li tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, l-aktar għall-gruppi l-aktar vulnerabbli;

· Jiġi promoss ir-rwol tal-istrutturi soċjali u tal-atturi tas-soċjetà ċivili fil-proċess ta’ akkumpanjament u ta’ għajnuna għall-integrazzjoni tal-kategoriji f’riskju ta’ esklużjoni u tkompli l-implimentazzjoni tal-politika ta’ integrazzjoni soċjoprofessjonali tal-persuni b’diżabilità;

· Issir riforma fis-sistema tal-irtirar u tiġi żgurata s-sostenibbiltà finanzjarja tal-iskemi tal-irtirar u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali tal-korpi pubbliċi inkarigati mill-ġestjoni tal-iskemi tal-irtirar u tal-kura tas-saħħa;

· Issir ħidma lejn il-ġeneralizzazzjoni tal-kopertura soċjali u jkompli d-djalogu dwar it-titjib tal-miżuri li jirregolaw il-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema li jkunu tilfu l-impjieg tagħhom għal raġunijiet ekonomiċi jew teknoloġiċi, b’mod partikolari fil-qafas tal-istabbiliment mit-Tuneżija ta’ bażi ta’ protezzjoni soċjali.

60.         Tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ trattament ugwali f’dak li jirrigwarda l-leġiżlazzjoni soċjali u jiġu implimentati prinċipji ta’ koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali bejn it-Tuneżija u l-Unjoni Ewropea

· Ikun assigurat li l-klawżola ta’ trattament ugwali fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-pagi u t-tkeċċijiet tiġi applikata bis-sħiħ, kemm għall-ħaddiema Tuneżini kif ukoll għall-ħaddiema tal-Unjoni Ewropea li jkunu ġew impjegati b’mod legali;

· Jiġu implimentati bis-sħiħ l-impenji sottoskritti taħt id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni dwar il-kooprdinazzjoni tas-sigurtà soċjali għall-ħaddiema u l-membri tal-familja tagħhom;

· Tiġi garantita l-applikazzjoni sħiħa tal-klawżola ta’ non-diskriminazzjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali għaċ-ċittadini Tuneżini u tal-Unjoni Ewropea u l-membri tal-familja tagħhom.

Pilastru 5 – Żvilupp reġjonali u lokali bilanċjat u inklużiv :

61.         Jingħata appoġġ lill-isforzi ta’ żvilupp reġjonali bl-għan li jonqsu d-differenzi bejn ir-reġjuni u jiġu promossi l-kapaċitajiet lokali ta’ żvilupp

· Jingħata appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politiki u l-programmi li jnaqqsu d-differenzi reġjonali (l-aktar permezz tal-implimentazzjoni ta' azzjonijiet ta’ riabilitazzjoni u ta’ żvilupp tal-infrastrutturi soċjokollettivi), il-ġlieda kontra l-qgħad, il-faqar u l-insigurtà, u l-iżvilupp tal-investiment b’mod partikolari fir-reġjuni interni żvantaġġjati;

· Jingħata appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi ta’ żvilupp integrati (rurali/urbani) u jittieħdu azzjonijiet immirati fir-reġjuni bi problemi speċifiċi (potenzjal qawwi ta’ migrazzjoni, rata għolja ta’ qgħad, reġjuni fuq il-fruntieri);

· Jittejbu l-kapaċitajiet lokali ta’ żvilupp awtonomu tar-reġjuni, jiġi promoss l-iżvilupp rurali u jittejbu l-kundizzjonijiet ta’ ħajja fl-ambjent rurali, bl-involviment sħiħ tas-soċjetà ċivili;

62.         Tisħiħ tal-kooperazzjoni deċentralizzata u l-kooperazzjoni transfruntiera

· Tissaħħaħ il-kooperazzjoni territorjali mal-UE b’mod partikolari fid-dijanjosi u fid-definizzjoni ta’ strateġiji reġjonali ta’ żvilupp ekonomiku, u ta’ kummerċjalizzazzjoni territorjali u ta’ promozzjoni ekonomika;

· Jissaħħu l-kapaċitajiet istituzzjonali tal-korpi inkarigati mill-iżvilupp fil-livell reġjonali u mill-governanza ekonomika u jiġu promossi l-programmi ta’ modernizzazzjoni u ta’ tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-entitajiet lokali biex jixprunaw l-iżvilupp fuq skala lokali,

· Tiġġedded, tiġi mobilizzata u użata l-informazzjoni reġjonali multisettorjali għas-servizz tal-għarfien espert territorjali, tal-ipprogrammar u l-ippjanar reġjonali (użu reċiproku tas-“Sistema territorjali ta’ informazzjoni ekonomika”, l-iżvilupp ta’ ċelloli ta’ għassa u intelliġenza ekonomika territorjali, ħolqien ta’ Osservatorju Nazzjonali għall-Iżvilupp Reġjonali u t-Tisħiħ tal-Kooperazzjoni Deċentralizzata);

· Tiġi mħeġġa l-approssimazzjoni mal-mudell Ewropew ta’ żvilupp reġjonali u ta’ koeżjoni u tiġi żviluppata l-kooperazzjoni deċentralizzata bejn l-istituzzjonijiet ta’ żvilupp reġjonali u lokali, u jiġi mħeġġeġ l-iskambju ta’ għarfien u kompetenzi u r-relazzjonijiet ta’ kooperazzjoni fil-qafas tal-proġetti mfassla u mwettqa bi sħubija ma’ organizzazzjonijiet Ewropej.

63.         Appoġġ għall-proċess ta’ deċentralizzazzjoni u ta’ governanza lokali

· Appoġġ istituzzjonali għall-istabbiliment ta’ politika ta’ deċentralizzazzjoni u akkumpanjament tal-evoluzzjoni tal-missjonijiet tas-servizzi tal-Istat, fil-livell ċentrali u reġjonali, fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-deċentralizzazzjoni;

· Appoġġ għar-riforma tas-sistemi ġuridiċi u regolatorji (liġijiet u regolamenti), istituzzjonali u organizzattivi (Kompetenzi u poteri), u finanzjarji (tassazzjoni lokali) li jirregolaw lill-awtoritajiet lokali;

· Appoġġ għad-definizzjoni ta’ strateġija ta’ ġestjoni tar-riżorsi umani u tal-programmi ta’ tisħiħ tal-ħiliet u ta’ promozzjoni tal-potenzjal uman fil-livell lokali permezz tal-programmi mmirati ta’ taħriġ, ta’ taħriġ mill-ġdid u ta’ perfezzjonament u l-implimentazzjoni ta' strutturi ta’ taħriġ u ta’ appoġġ għal dawk li jkunu eletti;

· Appoġġ għall-istabbiliment ta’ mod ta’ governanza bbażat fuq id-demokrazija parteċipattiva u promozzjoni tal-istabbiliment ta’ proġetti li jkunu kapaċi jiġġeneraw l-appoġġ pubbliku permezz tal-entitajiet lokali;

64.         Żvilupp urban u ppjanar tat-territorju

· Jingħata appoġġ għall-governanza fl-ippjanar u l-ġestjoni tal-ispazji u tal-ibliet u jittejbu r-relazzjonijiet bejn il-livelli ċentrali u lokali;

· Jissaħħu l-kapaċitajiet tal-muniċipalitajiet fl-ippjanar urban u fl-ippjanar tat-territorju;

· Jittejbu l-miżuri ta’ sorveljanza tal-ippjanar tat-territorju u tal-ibliet inkluż bil-ħolqien ta’ osservatorji ddedikati.

Pilastru 6 – Infrastruttura moderna għas-servizz ta’ ekonomija kompetittiva :

6.1: Trasport u servizzi loġistiċi

65.         Tiġi implimentata l-politika nazzjonali dwar it-trasport u l-iżvilupp tat-trasport sostenibbli

· Tiġi implimentata politika dwar it-trasport nazzjonali sostenibbli għat-titjib tal-mezzi kollha ta’ trasport, b’mod partikolari biex jiġu garantiti sistemi effiċjenti, siguri u li jnaqqsu l-impatt tat-trasport fuq l-ambjent u l-bidla fil-klima u jingħata appoġġ lill-iżvilupp tar-riċerka;

· Ikomplu b’mod partikolari l-programmi MedaMos u SafeMed, fil-kuntest tad-djalogu dwar it-trasport Ewro-Mediterranju (Euromed);

· Ikompli l-iżvilupp ta’ politika dwar l-infrastruttura bl-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-proġetti ta’ infrastruttura għad-diversi mezzi ta’ trasport, waqt li jiġu kkunsidrati b’mod partikolari l-għanijiet internazzjonali għall-qasam tat-tnaqqis tal-gassijiet b’effett ta’ serra;

· Jissaħħu u jiġu mmodernizzati l-infrastrutturi tal-portijiet u tal-ajruporti u jiġu aġġornati l-portijiet marittimi tal-kummerċ;

· Jiġi assigurat, għall-portijiet identifikati bħala portijiet “awtostrada tal-baħar”, l-impenn għal ċerti kriterji ta’ kwalità (infrastrutturi portwarji, servizzi portwarji, proċeduri u koordinazzjoni amministrattiva tal-ispezzjonijiet u tas-servizzi marittimi intermodali;

· Jiġu żviluppati strateġiji tas-settur b’mod li jilħqu l-għanijiet li jirriżultaw mill-iżvilupp tal-kummerċ mal-Unjoni Ewropea u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Unjoni għall-Mediterran.

· Tiġi promossa l-applikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-Unjoni Ewropea għall-interoperabbiltà mil-linji ferrovjarji tat-Tuneżija;

· Tkompli l-parteċipazzjoni fl-eżerċizzju ta’ ppjanar għall-infrastrutturi tat-trasport fil-Mediterran, b’mod partikolari n-Netwerk Trans-Mediterranju futur tat-Trasport u fit-titjib tal-konnessjonijiet man-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport;

66.         L-approssimazzjoni regolatorja u t-tisħiħ istituzzjonali

· Jibdew in-negozjati tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni (open sky);

· Tkompli l-approssimazzjoni tal-oqsfa regolatorji u leġiżlattivi mal-istandards Ewropej u internazzjonali għall-mezzi kollha tat-trasport u jissaħħu l-kapaċitajiet istituzzjonali tal-istrutturi Tuneżini responsabbli mit-trasport;

· Jissaħħu l-istrutturi tal-awtorità marittima u jingħata appoġġ għall-armonizzazzjoni tar-relazzjonijiet tagħha mal-awtorità portwarja;

·  Jiġi promoss l-iskambju tal-esperjenzi u tal-prattiki tajbin f’dak li jirrigwarda t-trasport sostenibbli u għall-mezzi kollha ta’ trasport.

67.         L-iżvilupp tal-loġistika u l-promozzjoni tal-intermodalità

· Ikompli l-immodernizzar tas-servizzi u tal-attività loġistika inkluż l-appoġġ għall-istabbiliment tal-Osservatorju tal-loġistika u l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ żvilupp tal-loġistika u tal-ħolqien ta’ netwerk ta’ pjattaformi loġistiċi li jiffaċilitaw il-kummerċ bejn it-Tuneżija u l-UE;

· Tiġi żviluppata l-kooperazzjoni għat-titjib tal-miżuri nazzjonali ta’ taħriġ fil-qasam tal-loġistika u l-użu ta’ teknoloġiji ġodda ta’ komunikazzjoni (e-loġistika);

· Jissaħħaħ id-djalogu mal-UE dwar il-katina ta’ provvista biex it-Tuneżija tiġi assoċjata mal-azzjonijiet imnedija mill-UE dwar it-titjib tal-katina ta’ provvista u s-sigurtà tagħha.

6.2: Enerġija

68.         Konverġenza gradwali lejn l-għanijiet tal-politika tal-UE dwar l-enerġija;

· Jiġi żviluppat dokument ta’ politika dwar l-enerġija li jikkonverġi b’mod gradwali lejn l-għanijiet tal-UE dwar l-enerġija;

· Tiġi promossa l-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka xjentifika u tat-trasferiment teknoloġiku.

69.         Jissaħħu, jiġu żviluppati u ottimizzati n-netwerks u tal-infrastrutturi tal-enerġija

· Jiġu żviluppati u msaħħa n-netwerks, l-infrastrutturi u l-interkonnessjonijiet (gass, elettriku, żejt) fit-Tuneżija (b’mod partikolari fir-reġjuni interni), mal-pajjiżi tal-Maghreb u fir-reġjun Ewro-Mediterranju (b’mod partikolari pipeline u interkonnessjonijiet elettriċi mal-Italja).

70.         Jiġi mħeġġeġ l-użu ta’ enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika

· Issir ħidma lejn it-twettiq tal-għan li jintlaħaq 20 % tas-sehem ta’ enerġija rinnovabbli fil-bilanċ tal-enerġija sal-2020;

· Kooperazzjoni fil-qafas tal-Pjan Solari Tuneżin kif ukoll miżuri oħrajn Tuneżini għall-effiċjenza enerġetika, b’konformità mal-Pjan Solari għall-Mediterran;

· Tisħiħ tal-istituzzjonijiet u konverġenza gradwali tal-leġiżlazzjoni Tuneżina lejn il-leġiżlazzjoni u l-prattika tal-UE;

· Titħejja l-parteċipazzjoni fil-Programm ta’ Enerġija Intelliġenti tal-UE.

71.         L-integrazzjoni progressiva tas-swieq Tuneżini tal-elettriku u tal-gass fis-suq Ewropew tal-enerġija

· Ikomplu r-riformi fis-setturi tal-gass u tal-elettriku filwaqt li jikkonverġu lejn l-acquis tal-UE, inkluż permezz tal-adozzjoni tal-kodiċijiet dwar l-elettriku u l-gass; jinħoloq regolatur u jiġu eliminati b’mod gradwali d-distorsjonijiet fil-prezzijiet;

· L-integrazzjoni gradwali tas-swieq tal-elettriku tat-Tuneżija, tal-Marokk u tal-Alġerija.

72.         Tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali

· Tkompli l-kooperazzjoni fl-enerġija fil-qafas tal-Unjoni għall-Mediterran inkluż biex jitwettaq il-Pjan Solari għall-Mediterran, tkompli l-kooperazzjoni fil-qafas taċ-Ċentru Reġjonali għall-Enerġija Rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika tal-Kajr.

6.3: Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT)

73.         Tissaħħaħ il-kooperazzjoni settorjali

· Tkompli l-kooperazzjoni fil-qasam tal-ICT għat-twaqqif ta’ soċjetà tal-informazzjoni inklużiva fil-livell universali u li tinkludi l-iskambju ta’ esperjenzi u għarfien fil-qasam tar-Regolamentazzjoni settorjali bl-għan li jiġi approssimat il-qafas regolatorju ma’ dak tal-UE (pereżempju min-Netwerk Ewro-Mediterranju tar-Regolaturi - EMERG);

· Titħeġġeġ il-kooperazzjoni istituzzjonali bjen ir-regolaturi u l-aġenziji Ewropej u Tuneżini (l-Aġenzija Nazzjonali taċ-Ċertifikazzjoni Elettronika, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Frekwenzi, l-Awtorità Nazzjonali tat-Telekomunikazzjonijiet), pereżempju bl-integrazzjoni tal-ANĊE fil-proġetti dwar il-firma elettronika;

· Tiġi żviluppata kooperazzjoni fil-qasam taċ-ċertifikazzjoni elettronika, li tibda bil-qasam tal-firma elettronika, u bil-valutazzjoni tal-possibbiltajiet ta’ skambju ta’ esperjenzi tekniċi u/jew ġuridiċi;

· Jiġu skambjati l-esperjenzi fil-qasam tas-sigurtà u tal-fiduċja diġitali (sigurtà ċibernetika)

· Jiġu skambjati l-esperjenzi u l-għarfien li jsaħħu l-kapaċitajiet ta’ valutazzjoni tas-swieq tat-telekomunikazzjonijiet u l-prospetti ta’ tkabbir offruti mill-kummerċ elettroniku;

· Tiġi żviluppata kooperazzjoni aktar avvanzata fil-qasam tas-soċjetà tal-informazzjoni u tal-ekonomija diġitali dwar it-temi komuni, billi jittieħed il-pjan ta’ azzjoni bħala referenza;

· Jiġi promoss l-użu liberu tal-internet, li jinkludi skambju ta’ għarfien u esperjenzi dwar l-iżviluppi Ewropej, internazzjonali u Tuneżini, rigward il-prinċipji li jirregolaw l-internet

· Tkompli tissaħħaħ il-kompetittività u l-kapaċitajiet tas-settur tal-ICT fit-Tuneżija

· Tkompli u tiġi żgurata l-kooperazzjoni dwar in-netwerks ta’ riċerka u ta’ tagħlim, b’mod partikolari fil-qafas tan-Netwerk Reġjonali Mediterran (EUROMEDCONNECT), li jippermetti l-aċċess għar-riżorsi elettroniċi speċifiċi ta’ riċerka.

74.         L-iżvilupp tal-infrastruttura teknoloġika

· Tiġi żviluppata soċjetà tal-informazzjoni inklużiva u jiġu promossi l-kooperazzjoni, l-iżvilupp tal-ħiliet u l-iskambji tal-esperjenzi fl-oqsma marbuta mal-iżviluppi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni fis-settur pubbliku b’mod speċjali r-ristrutturar tal-applikazzjonijiet il-kbar tal-Istat fil-qafas ta’ mudell ekonomiku ġdid li jibbaża ruħu eventwalment fuq it-Teknoloġija tal-Cloud Computing, l-Open Gov, l-Open Data u l-SaaS “Software as a Service”;

· Jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-esperjenzi u l-għarfien dwar id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tan-normi u l-istandards relatati mal-iżviluppi u l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni;

· Jiġi ppreżentat u diskuss l-għan tat-Tuneżija li tistabbilixxi ruħha bħala Ċentru reġjonali tat-telekomunikazzjonijiet u tal-internet;

· Tiġi promossa l-espansjoni tan-netwerk (Televiżjoni Diġitali Terrestri) fuq terminu qasir u ssir valutazzjoni tal-prospetti tat-TV terrestri fit-tul.

Pilastru 7 – Kooperazzjoni settorjali msaħħa

7.1: L-Agrikoltura u s-Sajd

75.         Jingħata appoġġ għall-immodernizzar tas-settur agrikolu

· Jingħata appoġġ għall-istabbiliment ta’ programm multiannwali ta’ żvilupp agrikolu u rurali (ENPARD);

· Jingħata appoġġ għall-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali ta’ żvilupp agrikolu f’koerenza mal-linji gwida ewlenin dwar it-tisħiħ tas-sigurtà fl-ikel, il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali, il-promozzjoni tal-esportazzjonijiet u ta’ adattament għall-bidliet klimatiċi;

· Tissokta u tissaħħaħ il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni u esperjenzi dwar il-politika agrikola;

· Appoġġ għall-programm ta’ aġġornament agrikolu li jaffettwa kemm lill-azjendi agrikoli, lill-istituzzjonijiet kif ukoll lill-istrutturi ta’ appoġġ għall-agrikoltura;

· Jiġu żviluppati u kkonsolidati l-organizzazzjonijiet professjonali Tuneżini fil-qasam tal-agrikoltura permezz tat-titjib tar-rappreżentattività tagħhom u l-effettività tagħhom fil-promozzjoni u l-organizzazzjoni tas-setturi agrikoli u agro-industrijali;

· Jiġu promossi relazzjonijiet ta’ sħubija bejn l-istrutturi professjonali Tuneżini u l-kontropartijiet tagħhom Ewropej sabiex jissaħħaħ ir-rwol tagħhom ta’ tmexxija fit-taħriġ, konsulenza, għoti ta’ pariri u kummerċjalizzazzjoni;

· Tiġi implimentata l-istrateġija nazzjonali għall-agrikoltura bijoloġika u jingħata appoġġ għall-konverġenza mal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-UE;

· Tiġi implimentata l-istrateġija nazzjonali tas-settur tas-sajd għall-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd, il-konsolidament tal-infrastruttura portwarja, l-iżvilupp tal-prodotti tas-sajd u t-titjib tal-kompetittività tagħhom, kif ukoll il-promozzjoni tal-akkwakultura tal-baħar u tal-ilma ħelu;

· Tiġi żviluppata l-kooperazzjoni mal-Unjoni Ewropea fil-qafas tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (ORĠS) tal-Mediterran (il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku - ICCAT u l-Kummissjoni Ġenerali għas-            Sajd     fil-Mediterran - GFCM) għal sfruttament sostenibbli tar-riżorsi.

7.2: L-industrija

76.         Jingħata appoġġ għal industrija aktar kompetittiva, li toħloq valuri u tiġġenera t-tkabbir

· Jingħata sostenn għad-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji industrijali li jiffavorixxu ż-żieda fis-setturi u l-ħolqien ta’ setturi, li jġibu jew li għandhom potenzjal ta’ tkabbir; kif ukoll il-ħolqien ta’ netwerks teknoloġiċi u industrijali tematiċi u l-iżvilupp ta’ raggruppamenti u poli ta’ innovazzjoni;

· Tiġi żviluppata u msaħħa l-infrastruttura industrijali u teknoloġika (żoni industrijali, teknopoli, kumplessi industrijali u teknoloġiċi) u tiġi promossa l-attrazzjoni tagħha, b’mod partikolari, b’mod internazzjonali;

· Jissaħħaħ l-aġġornament tal-istrutturi ta’ appoġġ lill-impriżi u jittejjeb l-intervent tagħhom fil-livell reġjonali;

· Tiġi ottimizzata l-parteċipazzjoni tat-Tuneżija fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-azzjonijiet u n-netwerks orizzontali u settorjali ta’ kooperazzjoni industrijali Ewro-Mediterranja inklużi n-netwerks tal-poli ta’ kompetittività;

· Jiġi promoss ir-referenzjar tal-impriżi industrijali fost iċ-ċentrali tax-xiri u tal-esternalizzaturi Ewropej u internazzjonali u jingħata appoġġ lill-organizzazzjoni fit-Tuneżija ta’ fiera ta’ sħubija industrijali u teknoloġika Tuneżina-Ewropea;

77.         Jitkompla d-djalogu dwar il-futur tas-settur tat-tessut/tal-ħwejjeġ

· Jingħata appoġġ għall-passaġġ mis-sottokuntrattar għall-kuntratti konġunti u għall-iżvilupp tal-prodotti u l-intensifikar tal-kooperazzjoni fl-istabbiliment ta’ tikketti li jiffavorixxu l-aċċess għas-swieq;

· Tiġi żviluppata l-kooperazzjoni u t-trasferiment tal-għarfien fil-qasam tal-irfinar (iffrankar tal-enerġija, tal-konsum tal-ilma) u tiġi promossa l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-prattiċi tajbin fil-qasam tal-loġistika, tat-trasport multimodali, tat-trattament tad-drenaġġ u l-arti tessili.

7.3: Turiżmu

78.         Tiġi żviluppata l-kooperazzjoni mal-UE biex tgħin fl-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ żvilupp tas-settur tat-Turiżmu

· Jiġi ffaċilitat l-adattament tas-settur tat-turiżmu u tal-impriżi tiegħu għall-bidliet fis-suq u għat-teknoloġiji l-ġodda tal-informazzjoni (kummerċ turistiku elettroniku, Web compatible);

· Tissaħħaħ il-kwalità u d-diversifikazzjoni tal-offerta fid-dimensjonijiet tagħha kollha u jittejbu l-ħiliet professjonali fis-settur.

· Jitħeġġeġ ir-ristrutturar tal-investiment u tal-finanzjament tas-settur turistiku

79.         Jiġu promossi r-relazzjonijiet ta’ sħubija u l-iskambju tal-aħjar prattiki fl-investiment u fil-promozzjoni tat-turiżmu, bl-involviment tas-settur privat tat-turiżmu

· Tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tat-Tuneżija fid-diversi programmi tal-UE dwar l-innovazzjoni, il-kompetittività, it-tikkettar u jiġi inkoraġġut l-iżvilupp tal-offerta.

· Tiġi promossa l-organizzazzjoni tal-Fora dwar l-opportunitajiet ta’ investiment u ta’ sħubija fit-turiżmu u ta’ azzjonijiet ta’ promozzjoni.

7.4: Tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-qasam tas-snajja’

80.         Jingħata appoġġ lit-Tuneżija għall-implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali ta’ żvilupp tas-snajja’ li għandu l-għan partikolari li:

· Jiġi kkonsolidat u mmodernizzat il-qafas istituzzjonali, professjonali, regolatorju, fiskali u finanzjarju tal-attivitajiet artiġjanali u tiġi żviluppata strateġija fit-tul ta’ komunikazzjoni għall-artiġjanat;

· Jiġu żviluppati l-għarfien u l-ħiliet tekniċi tan-nies tas-snajja’ u tal-impriżi artiġjanali permezz tal-immodernizzar tal-istrutturi u l-proċeduri tal-edukazzjoni, tat-taħriġ professjonali, tat-tagħlim, tar-riċerka u tal-innovazzjoni u ta’ għajnuna għall-ħolqien tal-intrapriżi;

· Jiġi promoss l-aġġornament tal-impriżi artiġjanali, l-iżvilupp tal-kwalità, l-iżvilupp tas-swieq u l-investiment fl-infrastruttura ta’ produzzjoni.

7.5: It-tisħiħ tal-kooperazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi

81.         Kooperazzjoni dwar il-ħarsien tal-konsumaturi

· Jiġi żviluppat l-iskambju ta’ esperjenzi u għarfien dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi bl-għan li jissaħħu l-ħiliet amministrattivi fl-applikazzjoni tal-politika tal-protezzjoni tal-konsumatur;

· Tiġi ċċarata l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni tat-Tuneżija vis-à-vis l-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi. Titkompla, b’mod partikolari, l-analiżi tal-leġiżlazzjoni Tuneżina dwar it-tikkettar, il-kompożizzjoni, il-manifattura u d-deskrizzjoni tal-prodotti biex tiġi assimilata mal-prinċipji ġenerali eżistenti fl-Unjoni Ewropea;

· Jissaħħaħ ir-rwol tal-assoċjazzjonijiet fil-protezzjoni tal-konsumatur;

· Jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-proġett ta’ ġemellaġġ bejn l-istituzzjonijiet Tuneżini u Ewropej responsabbli mill-protezzjoni tal-konsumatur.

Pilastru 8 – Ekonomija ekoloġika u sostenibbli

8.1: L-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli

82.         Jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli u tiġi stabbilita politika msaħħa dwar il-protezzjoni tal-ambjent

· Jitjieb l-ippjanar strateġiku dwar l-ambjent, jiġu promossi l-valutazzjonijiet tas-sostenibbiltà u jissaħħu l-istrutturi nazzjonali u lokali responsabbli għall-ambjent u għall-iżvilupp sostenibbli;

· Jissaħħu l-programmi ta’ konservazzjoni tal-bijodiversità għat-titjib tal-qafas ġuridiku u l-applikazzjoni tal-Pjan Strateġiku għall-Bijodiversità bijoloġika skont l-20 mira tal-pjan strateġiku tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD) 2011-2020;

· Jiġi stabbilit programm ta’ tindif mill-gruppi industrijali u tiġi promossa l-implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali ta’ ġestjoni tal-iskart, il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u l-azzjonijiet ta’ ġlieda kontra d-degradazzjoni kostali, id-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-ħamrija;

· Tissaħħaħ il-politika nazzjonali dwar il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi tal-ilma permezz tal-użu tar-riżorsi mhux konvenzjonali inkluż id-drenaġġ ittrattat.

83.         It-titjib tal-governanza ambjentali

· Tittejjeb il-parteċipazzjoni tad-diversi msieħba involuti fl-azzjoni ambjentali (is-soċjetà ċivili u l-komunità xjentifika) skont il-Prinċipju 10 tad-Dikjarazzjoni ta’ Rio;

· Tissaħħaħ is-sistema ta’ monitoraġġ, ġbir u pproċessar ta’ informazzjoni dwar l-ambjent u tittejjeb il-kapaċità amministrattiva tal-istrutturi għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni, ta’ kontroll tat-tniġġis u ta’ monitoraġġ tal-istat tal-ambjent;

· Jiġu adottati l-istrutturi ta’ komunikazzjoni fil-qasam tal-ambjent u jingħata appoġġ għall-programmi edukattivi għall-iżvilupp sostenibbli.

84.         Appoġġ għat-tranżizzjoni lejn l-ekonomija ekoloġika

· Jiġi żviluppat qafas ġuridiku għall-investimenti ekoloġiċi u jiġu żviluppati għodod ta’ pjanifikazzjoni settorjali u territorjali taħt it-tranżizzjoni lejn l-ekonomija ekoloġika;

· Jingħata appoġġ għall-ħolqien ta’ pjattaformi u ta’ netwerks ta’ eko-innovazzjoni u ta’ eċċellenza għall-kondiviżjoni tal-għarfien xjentifiku dwar l-ekonomija ekoloġika, il-promozzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni teknoloġika u t-tixrid tat-teknoloġiji ekoloġiċi;

· Jingħata appoġġ għall-programmi ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva tal-impriżi għat-tranżizzjoni lejn l-ekonomija ekoloġika.

85.         Tissaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali dwar il-kwistjonijiet ambjentali

· Tissaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali mal-pajjiżi ġirien, u bejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali, b’mod partikolari fil-qafas tal-inizjattiva “Horizon 2020” għat-tindif tal-Mediterran f’dak li jirrigwarda l-problemi tal-ilma u tad-deżertifikazzjoni;

· Kooperazzjoni għall-implimentazzjoni tal-impenji meħuda fi ħdan il-Konvenzjoni ta’ Barċellona kif ukoll ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Protokolli ta’ din il-Konvenzjoni;

· Jiġu implimentati l-istrumenti innovattivi ta’ kooperazzjoni mal-UE għall-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet u l-protokolli relatati mal-protezzjoni tal-ambjent u b’mod partikolari mal-bijodiversità, il-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni u l-ġestjoni tal-iskart;

· Tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn it-Tuneżija u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.

8.2: Il-bidla fil-klima

86.         L-iżvilupp tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-bidla fil-klima

· Jissaħħaħ il-qafas istituzzjonali Tuneżin responsabbli mill-kwistjonijiet tal-klima u titkompla l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC). B’mod partikolari, jiġu implimentati l-Ftehimiet ta’ Cancun 2010 u ta’ Durban 2011. B’mod partikolari:

· Issir kooperazzjoni fl-iżvilupp tal-istrateġiji għall-iżvilupp b’emissjonijiet baxxi ta’ CO2 lejn ekonomija b’karbonju baxx u reżistenti għall-klima.

· Jiġu stabbiliti inventarji dwar il-gassijiet b’effett ta’ serra u jiġu implimentati l-miżuri ta’ komunikazzjoni, notifikazzjoni u verifikazzjoni (sistema “MRV”)

· Issir kooperazzjoni fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ skema post 2012 dwar il-bidla fil-klima, li tinkludi l-miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa fil-livell nazzjonali (NAMA).

· Tiġi skambjata l-esperjenza u jiġu stabbiliti u implimentati l-istrateġiji u l-pjanijiet ta’ mitigazzjoni u ta’ adattament għall-bidla fil-klima.

· Jittieħdu l-ewwel azzjonijiet ta’ tħejjija ta’ sistema ta’ kummerċ ta’ emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra

· Jiġu stabbiliti l-istrumenti ta’ monitoraġġ u ta’ twissija bikrija għal kooperazzjoni aqwa fil-qasam tal-bidla fil-klima fuq skala Ewro-Mediterranja.

8.3: Il-Politika Marittima Integrata

87.         Jiġi żviluppat approċċ integrat tal-attivitajiet li jirrigwardaw jew li għandhom impatt fuq il-baħar u ż-żoni kostali, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll reġjonali skont il-liġi internazzjonali

· Tiġi żviluppata politika marittima integrata li tikkunsidra d-diversi interessi tal-baħar u dawk marittimi u fuq il-bażi tal-konvenzjonijiet internazzjonali/reġjonali rilevanti;

· Jissaħħu l-istrutturi istituzzjonali fl-amministrazzjoni għall-koordinazzjoni bejn id-diversi setturi li għandhom impatt fuq il-baħar u tisħiħ tal-governanza tad-diversi attivitajiet marittimi fil-livelli xierqa;

· Jiġi promoss il-ħolqien kif ukoll il-ġestjoni taż-żoni protetti/riservi bijoloġiċi filwaqt li jiġu rrispettati r-rakkomandazzjonijiet u l-attivitajiet li bħalissa huma żviluppati fil-qafas tal-kooperazzjoni internazzjonali u reġjonali, b’mod partikolari tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona u tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran, ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar il-Ġestjoni Integrata taż-Żoni Kostali tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona (ICZM).

C.          Id-dimensjoni umana u xjentifika: it-tqarrib tal-popli

Pilastru 1 – Żvilupp tal-ħiliet u aċċess għall-għarfien :

1.1: Edukazzjoni

88.         Tittejjeb il-kwalità tas-sistema edukattiva u l-kontenut tal-programmi

· Jissokta t-titjib tal-kwalità u tal-prestazzjoni tas-sistema edukattiva, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-falliment skolastiku, it-taħriġ tal-għalliema, u l-kurrikuli u l-kotba skolastiċi;

· Jiġi stabbilit tagħlim tekniku u teknoloġiku ta’ kwalità u titħeġġeġ l-orjentazzjoni tal-istudenti lejn dawn l-oqsma;

· Jissaħħaħ it-tagħlim tal-lingwi barranin u l-iżvilupp tat-taħriġ interattiv;

· Jissaħħaħ u jiġi ġeneralizzat l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni (ICT) fis-sistema edukattiva

1.2: Taħriġ vokazzjonali

89.         Tiġi mmodernizzata s-sistema nazzjonali ta’ taħriġ vokazzjonali u jittejbu l-korsijiet professjonali b’impjegabbiltà għolja

· Jissaħħu l-ħiliet istituzzjonali tal-Ministeru tat-Taħriġ Vokazzjonali u tal-Impjieg (MTVI) fit-tmexxija tal-istrateġija u l-ġestjoni bbażata fuq ir-riżultati.

· Titfassal u tiġi implimentata strateġija ta’ riforma tat-taħriġ vokazzjonali ikkoordinata ma’ dik prevista għall-edukazzjoni għolja biex ikun hemm aktar rilevanza mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol.

· Tissokta l-implimentazzjoni tal-qafas nazzjonali tal-kwalifiki;

· Tissokta l-implimentazzjoni tal-Karta Ewro-Mediterranja għall-Impriżi f’dak li jirrigwarda l-inkoraġġiment tat-taħriġ fl-intrapriża l-iżvilupp tal-ispirtu tal-intraprenditorija fost l-istudenti tat-taħriġ vokazzjonali u t-titjib tat-taħriġ fl-internazzjonalizzazzjoni; jiġi vvalutat b’mod konġunt il-progress magħmul minn indikaturi definiti fil-qasam fuq il-livell reġjonali.

1.3: L-edukazzjoni għolja

90.         Jingħata appoġġ għar-riforma tas-sistema tal-edukazzjoni għolja fit-Tuneżija u l-konverġenza tagħha mal-prinċipji tal-proċess ta’ Bolonja

· Tisħiħ tad-djalogu li jsostni r-riforma tas-sistema ta’ edukazzjoni għolja fit-Tuneżija u l-konverġenza tagħha mal-prinċipji tal-proċess ta’ Bolonja;

· Tiġi ffinalizzata r-riforma tal-LMD (Liċenzja, Master, Dottorat), il-konsolidament tal-iżvilupp tal-istudji għad-dottorat, l-implimentazzjoni ta’ sistema nazzjonali ta’ valutazzjoni, ta’ assigurazzjoni tal-kwalità u ta’ ċertifikazzjoni u tal-Qafas Nazzjonali tal-Kwalifiki (QNK);

· It-tisħiħ tal-programmi ta’ ko-diplomi u ta’ ko-superviżjoni tat-teżijiet bejn it-Tuneżija u l-pajjiżi tal-UE u tiġi promossa l-mobilità tal-istudenti, tal-għalliema u tar-riċerkaturi;

· L-introduzzjoni ta’ għodod li jiffaċilitaw it-trasparenza, il-komparabbiltà u r-rikonoxxenza tal-istudji bħas-Sistema ta’ Akkumulazzjoni u Trasferiment ta’ Krediti (ECTS);

· It-tisħiħ tat-tagħlim tal-lingwi barranin.

91.         It-titjib tal-kwalità u tal-governanza tas-sistema ta’ edukazzjoni għolja fit-Tuneżija u t-tisħiħ tal-impjegabbiltà tal-gradwati tal-edukazzjoni għolja

· It-tisħiħ tal-governanza, tal-awtonomija tal-istabbilimenti tal-edukazzjoni għolja u tal-proċess ta’ ċertifikazzjoni, fost oħrajn permezz tal-iskambju tal-esperjenzi u tal-prattiki tajbin;

· Tissaħħaħ l-impjegabbiltà tal-gradwati tal-edukazzjoni għolja, permezz tat-titjib tas-sistema ta’ informazzjoni u ta’ gwida b’kollaborazzjoni mas-sistema tal-edukazzjoni, l-edukazzjoni għolja u min iħaddem.

· It-titjib tas-sistema tal-informazzjoni u ta’ gwida b’kollaborazzjoni mas-sistema tal-edukazzjoni, l-edukazzjoni għolja u min iħaddem;

· Jiġu żviluppati korsijiet vokazzjonali fil-livell tal-edukazzjoni għolja.

92.         It-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tat-Tuneżija fil-programmi Ewropej ta’ kooperazzjoni esterna

· Tiġi promossa l-parteċipazzjoni tat-Tuneżija fil-programmi ta’ appoġġ għar-riforma tas-sistema ta’ edukazzjoni għolja u ta’ sħubijia u ta’ mobilità universitarja eżistenti u fil-programmi futuri Ewropej f’dan il-qasam;

· Jitkomplew il-kampanji ta’ informazzjoni dwar dawn il-programmi mmirati lejn kandidati potenzjali, studenti u universitarji;

1.4: Ir-riċerka xjentifika u teknoloġika u l-innovazzjoni

93.         It-tisħiħ tar-rwol tas-sistema nazzjonali ta’ riċerka innovattiva fil-bini tal-ekonomija tal-għarfien

· It-titjib tal-governanza tas-sistema nazzjonali tar-riċerka innovattiva u tal-koordinazzjoni bejn id-diversi atturi tagħha;

· Jissaħħu s-sinerġiji bejn is-sistema ta’ riċerka innovattiva u s-setturi produttivi permezz tat-twaqqif ta’ strutturi ta’ żvilupp u ta’ interface, l-iżvilupp tan-netwerks settorjali tematiċi ta’ innovazzjoni li jiġbru fihom l-istrutturi tar-riċerka, l-istrutturi ta’ interface u l-impriżi ekonomiċi, u l-promozzjoni ta’ proġetti bejn dawn in-netwerks u l-kontropartijiet Ewropej tagħhom;

· It-twessigħ tan-netwerk Tuneżin tal-laboratorji tal-analiżi u tal-ittestjar

· Jingħata appoġġ lill-iżvilupp tal-infrastrutturi ta’ riċerka, ta’ teknoloġija u ta’ innovazzjoni:

· Tkompli l-implimentazzjoni tal-Karta Ewro-Mediterranja għall-Intrapriża għall-aspetti relatati mal-innovazzjoni u l-konsolidament tal-progress miksub mill-indikaturi definiti fil-livell reġjonali;

· Il-promozzjoni tal-kooperazzjoni u tal-iskambji reċiproċi ta’ informazzjoni relatata mal-privattivi u mat-trasferiment tat-teknoloġija.

· Appoġġ mill-UE għall-iżvilupp tal-istrumenti ta’ finanzjament adattati għall-innovazzjoni;

· Jissaħħaħ id-djalogu politiku bilaterali u reġjonali dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni, b’mod partikolari billi tiġi promossa l-approssimazzjoni tas-sistemi nazzjonali/reġjonali ta’ innovazzjoni taż-żewġt ixtut tal-Mediterran u bit-tisħiħ tas-sinerġiji bejn ir-riċerka u d-dinja produttiva kif ukoll il-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-impriżi fir-reġjun Ewro-Mediterranju kollu;

94.         Il-parteċipazzjoni tat-Tuneżija fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka

· Jissaħħaħ l-għarfien u l-ħiliet tal-istituzzjonijiet ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni Tuneżini sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka (FP7, CIP, Horizon2020, COST u l-Aġenziji);

· Jiġu identifikati s-suġġetti ta’ interess komuni dwar il-komponent tar-riċerka u tal-innovazzjoni, aktar tisħiħ tal-iskambju ta’ riċerkaturi fil-proġetti ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni u tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-kuntest bilaterali u reġjonali;

· Jiġu promossi l-iskambji reċiproċi ta’ informazzjoni dwar l-istrateġiji ta’ innovazzjoni u ta’ żvilupp teknoloġiku (b’mod partikolari dawk magħmula fil-qafas tal-Istrateġija 2020 tal-UE);

· Jiġi kkonsolidat in-netwerk tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali u tematiċi għall-programm-qafas ta’ riċerka;

· Tiġi ffaċilitata l-mobilità u ċ-ċirkolazzjoni tar-riċerkaturi u tal-persunal involut fl-azzjonijiet ta’ kollaborazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn it-Tuneżija u l-Ewropa.

Pilastru 2 – L-iżvilupp tal-kooperazzjoni fil-qasam tas-saħħa

95.         Jittejbu l-livell tas-saħħa, ir-riċerka u l-monitoraġġ tas-saħħa fit-Tuneżija

· Tiġi promossa r-riforma fis-settur tas-saħħa li tiffavorixxi t-titjib tal-prestazzjoni u t-tnaqqis tad-differenzi bejn ir-reġjuni u l-istabbiliment ta’ sistema ta’ kwalità tas-saħħa Tuneżina

· Jingħata appoġġ lill-kompjuterizzazzjoni tas-sistema tal-informazzjoni tal-isptarijiet tas-saħħa u l-ġeneralizzazzjoni tas-sistema ta’ valutazzjoni medika-ekonomika tal-irkuprar fl-isptar;

· Tiġi promossa r-riforma tas-sistema ta’ finanzjament tas-saħħa: struttura tal-finanzjament, pakketti ta’ kura u livell ta’ solidarjetà;

· Jiġu promossi l-approċċi għal aktar ugwaljanza fl-aċċess għall-kura ta’ kwalità, l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ organizzazzjoni, rinnovazzjoni u organizzazzjoni mill-ġdid tal-isptarijiet (karta tas-saħħa, studji ta’ pprogrammar mediku, arkitettorali u ta’ Kwalità għolja ambjentali u finanzjament tal-pjanijiet ta’ investiment);

· Tissaħħaħ l-istrateġija nazzjonali tat-trapjanti tal-organi permezz tal-istabbiliment ta’ reġistru nazzjonali tal-insuffiċjenzi tal-organi terminali;

· Tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u Ewropej, fost oħrajn fir-riċerka u l-iżvilupp tas-saħħa

96.         Il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li jittieħed u tal-mard li ma jittiħidx

· Jiġu implimentati l-istrumenti internazzjonali fil-qasam tas-saħħa bħar-Regolament Internazzjonali tas-Saħħa tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), kif ukoll l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni-Qafas tad-WHO għall-ġlieda kontra t-tabakk;

· Tiġi promossa l-kooperazzjoni fil-qasam tal-indikaturi tas-saħħa, permezz tan-netwerks internazzjonali tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li jittieħed u li ma jittiħidx;

· Tiġi żviluppata u stabbilita strateġija nazzjonali ta’ prevenzjoni u ta’ trattament tal-vizzji u jingħata appoġġ lill-approċċi ta’ promozzjoni ta’ saħħa tajba u ta’ mġiba sana fl-etajiet kollha sabiex jiġi evitat jew ittardjat il-bidu ta’ mard kroniku;

· Jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ skoperta u ta’ rispons għall-perikli tas-saħħa, inkluż it-taħriġ, b’mod partikolari permezz tal-istabbiliment ta’ sistema ta’ sorveljanza epidemjoloġika kompjuterizzata, it-tfassil ta’ strateġiji u ta’ programmi ta’ ġestjoni tar-riskji tas-saħħa,

Pilastru 3 –It-tqarrib bejn il-popli fl-oqsma tal-kultura, taż-żgħażagħ u tal-midja:

3.1: Kooperazzjoni kulturali

97.         It-tisħiħ tal-kooperazzjoni kulturali

· Tissaħħaħ il-politika kulturali tat-Tuneżija u l-kapaċità tal-operaturi kulturali, speċjalment permezz tad-dħul tat-Tuneżija fil-programmi u l-proġetti Ewropej, l-appoġġ għall-proġetti ta’ ristrutturar u ta’ istituzjonalizzazzjoni tas-settur kulturali u l-promozzjoni tal-iskambju tal-prattiki tajbin u tat-tfassil ta’ studji u ta’ proġetti komuni fil-qasam tal-governanza lokali tal-kultura.

· Jiġu promossi l-iskambji kulturali permezz ta’ parteċipazzjoni msaħħa tat-Tuneżija fil-programmi ta’ kooperazzjoni kulturali fir-reġjun tal-Mediterran;

· Jiġi promoss l-aċċess tal-produzzjoni kulturali Tuneżija fiż-żona Ewropea permezz tal-promozzjoni tal-mobilità tal-artisti, tal-professjonisti u tal-prattikanti Tuneżin, l-istabbiliment tan-netwerks u tal-ġemellaġġi ddedikati u l-promozzjoni tal-industriji kulturali.

· Permezz tal-azzjonijiet imsemmija hawn fuq, tiġi promossa l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali, li għaliha t-Tuneżija hija parti kontraenti.

3.2: Żgħażagħ

98.         Tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ

· Tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni mhux formali taż-żgħażagħ u tal-animaturi soċjo-edukattivi sabiex ikunu promossi l-iskambji ta’ informazzjoni u ta’ prattiki tajbin fuq suġġetti ta’ interess komuni, id-djalogu interkulturali u l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili;

· Tissaħħaħ il-kooperazzjoni dwar iż-żgħażagħ u l-konsolidament tal-ħajja assoċjattiva u ċivika b’mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tal-ambjent, il-volontarjat, il-ġlieda kontra t-tipjip u d-drogi, il-prevenzjoni tal-mard li jixxerred sesswalment: Aids/HIV.

3.3: Kooperazzjoni fil-qasam tal-awdjoviżiv u tal-midja

99.         Tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-qasam tal-midja

· Jiġi promoss u jissokta d-djalogu u l-kooperazzjoni fil-qassam tal-awdjoviżiv u tal-midja. Tingħata attenzjoni partikolari biex tkun garantita sistema regolatorja trasparenti, effiċjenti u prevedibbli b’awtorità regolatorja indipendenti fis-settur tal-awdjoviżiv u tal-midja.

D.          Appoġġ u akkumpanjament tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni

Pilastru 1 – Appoġġ tekniku u finanzjarju

1.           Id-dimensjoni finanzjarja tas-sħubija bejn it-Tuneżija u l-Unjoni Ewropea sejra tikkunsidra t-tfassil u l-implimentazzjoni tar-riformi, b’mod partikolari fl-oqsma prijoritarji stabbiliti fil-qafas tal-perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ dan il-pjan ta’ azzjoni u tar-reviżjonijiet suċċessivi tiegħu, skont il-Komunikazzjonijiet dwar il-politika tal-viċinat żviluppati mill-UE fl-2011[5] u 2012[6].

Matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni, it-Tuneżija sejra tkun meħtieġa tilħaq bosta sfidi marbuta mal-istabbiliment ta’ demokrazija sostenibbli minn naħa, mal-irkuprar tat-tkabbir ekonomiku u l-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali u mal-konklużjoni tad-DCFTA min-naħa l-oħra.

L-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim sejra teħtieġ sforzi kbar għall-approssimazzjoni mal-acquis communautaire, l-immodernizzar tal-istituzzjonijiet u l-aġġornament tal-infrastrutturi.

L-appoġġ finanzjarju tal-UE li żdied wara r-rivoluzzjoni għandu għalhekk ikomplu jevolvi sabiex jappoġġja politika ġenwina ta’ konverġenza mal-UE u jakkumpanja lit-Tuneżija fl-isforzi ta’ riformi tagħha.

L-oqsma prinċipali fejn l-UE sejra tintervjeni fil-futur bl-appoġġ tekniku u finanzjarju tagħha sejrin ikunu definiti fuq il-bażi tal-prijoritajiet identifikati f’dan il-pjan ta’ azzjoni u sejrin ikunu bbażati fuq l-ambizzjonijiet ta’ riforma politiċi u soċjo-ekonomiċi tat-Tuneżija, kif speċifikati f’dan il-pjan ta’ azzjoni; dawn l-oqsma sejrin ikunu deċiżi miż-żewġ partijiet fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ pprogrammar, minbarra n-negozjati dwar il-pjan ta’ azzjoni.

Matul dan il-proċess, it-Tuneżija sejra tgawdi mill-istrumenti kollha ta’ finanzjament disponibbli taħt l-azzjoni esterna tal-UE u tal-Politika Ewropea l-Ġdida tal-Viċinat (PEĠV) u taħt l-esperjenza tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri biex isseħħ din l-integrazzjoni.

2.           Iż-żewġ partijiet qablu li jeżaminaw il-modalitajiet bl-għan li jitilgħu tarġa oħra fl-aċċess għall-mezzi finanzjarji Komunitarji adegwati sabiex jakkumpanjaw lit-Tuneżija, f’loġika tal-politika reġjonali u ta’ koeżjoni tal-UE u ta’ adozzjoni ta’ proċeduri ġodda ta’ implimentazzjoni.

Fil-qafas tal-bidliet storiċi li għaddejja minnhom it-Tuneżija u l-aspirazzjonijiet leġittimi tal-poplu tagħha u taż-żgħażagħ tagħha għall-progress u għall-ġid, it-Tuneżija sejra taffaċċja żewġ prijoritajiet assoluti li huma, il-ħolqien tal-impjiegi għal popolazzjoni żgħażugħa u dejjem aktar edukata u żvilupp reġjonali aktar ekwu.

3.           Il-kooperazzjoni finanzjarja mal-BEI u l-BERŻ sejra tissaħħaħ ukoll biex jingħata appoġġ lill-investiment fl-infrastruttura, is-settur finanzjarju u l-iżvilupp tas-settur privat u tas-sħubija kif ukoll appoġġ lis-setturi innovattivi li joħolqu l-impjiegi għall-gradwati żgħażagħ.

Il-kooperazzjoni maż-żewġ istituzzjonijiet sejra tintalab ukoll skont il-linji gwida tal-PEĠV sabiex tgħin l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjamenti u tiżviluppa l-mekkaniżmi ta’ sigurtà.

Fil-kuntest tar-riflessjoni dwar l-estensjoni tal-mandat tal-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) għall-Mediterran ikkontemplata fil-PEĠV, sejra tibda kooperazzjoni mal-Fond Ewropew tal-Investiment skont il-linji gwida tal-PEĠV biex tgħin l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjamenti u tiżviluppa l-mekkaniżmi ta’ sigurtà.

4.           Lil hinn mill-konsistenza tal-appoġġ finanzjarju, iż-żewġ partijiet sejrin ikomplu bl-isforzi tagħhom sabiex:

· itejbu kemm jistgħu l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji eżistenti, permezz ta’ programmi ta’ kooperazzjoni mmirati u kollaborazzjoni akbar bejn it-Tuneżija u l-UE sabiex itejbu l-kapaċità ta’ assorbiment tat-Tuneżija;

· jieħdu vantaġġ mill-istrumenti l-ġodda kollha u l-programmi tematiċi rilevanti u meħtieġa stabbiliti mill-Unjoni Ewropea taħt l-azzjoni esterna tagħha filwaqt li jiġu kkunsidrati l-ħtiġijiet tagħha, il-progress miksub fir-riformi u fil-kapaċità ta’ assorbiment tat-Tuneżija, u waqt li jiġu rrispettati l-prinċipji tal-effettività tal-għajnuna, b’mod partikolari l-ipprogrammar konġunt.

Pilastru 2 – Parteċipazzjoni fil-programmi u l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea

Parteċipazzjoni fil-programmi u l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea

· Tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni tat-Tuneżija fl-aġenziji u l-programmi tal-Unjoni Ewropea miftuħa għall-pajjiżi terzi.

· Jiġi konkluż ftehim-qafas għall-parteċipazzjoni tat-Tuneżija fil-programmi tal-Unjoni Ewropea miftuħa għall-pajjiżi terzi.

E.           Adozzjoni u Tul ta’ Żmien

Dan il-pjan ser ikun ippreżentat lill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Tuneżija-UE li ser jadottah b’mod formali. Dan ser idum ħames snin.

L-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija jistgħu bid-dritt jagħmlu l-analiżijiet proprji unilaterali tal-progress tal-implimentazzjoni tal-pjan.

Ir-Relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija: sħubija privileġġjata

Pjan ta’ Azzjoni 2013-2017

Anness 1: Matriċi tal-prijoritajiet (April 2014)

Għanijiet || Azzjonijiet tat-Tuneżija || Appoġġ possibbli mill-UE[7] || Indikaturi u skeda ta’ żmien

1) L-istabbiliment ta’ sistema elettorali demokratika, b’mod partikolari permezz tal-konsolidament tal-indipendenza u tal-funzjonament tal-Awtorità Elettorali Għolja Indipendenti inkarigata mill-ġestjoni u l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet. || -Jiġu adottati l-istandards kostituzzjonali jew leġiżlattivi xierqa u l-miżuri tranżitorji adegwati. -L-Awtorità Elettorali Għolja Indipendenti tingħata l-mezzi meħtieġa sabiex tkun tista’ taħdem b’mod awtonomu. -Tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-leġiżlazzjoni elettorali kif ukoll fl-iżvolġiment u l-osservazzjoni tal-elezzjonijiet. - Tiġi promossa s-sħubija mas-soċjetà ċivili permezz ta’ approċċ parteċipattiv. || -Jingħata appoġġ dirett lill-Awtorità Elettorali Għolja Indipendenti. -Disponibbiltà tal-għarfien espert dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-proċess elettorali, inkluż fil-qasam tas-sigurtà. - Stazzjonament ta’ Missjoni ta’ Osservazzjoni elettorali tal-UE. - Appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. || -Liġi Organika Nru 23/2012 tal-20 ta’ Diċembru 2012 dwar l- Awtorità Elettorali Għolja Indipendenti. - Funzjonament effettiv tal-Awtorità Elettorali Għolja Indipendenti. -Organizzazzjoni tal-elezzjonijiet ġenerali abbażi tar-riżultati tal-vot demokratiku ta’ Ottubru 2011. - Djalogu dwar il-proċess elettorali, inkluż dwar is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-MOE/2011 mid-diversi awtoritajiet kompetenti, skont il-prerogattivi u l-kompetenzi speċifiċi tagħhom. - Pubblikazzjoni effikaċi tar-riżultati eżawrjenti tal-elezzjonijiet u proċedura għall-ġestjoni tal-iżbalji stabbilita. Żmien: fuq terminu qasir

2) Tiġi assigurata l-indipendenza tal-ġudikatura, jiżdiedu l-professjonaliżmu u l-effikaċja tagħha (aċċess għall-ġustizzja, tul tal-proċessi), jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt għal smigħ xieraq . || -Tisħiħ tal-Istat tad-dritt u appoġġ lit-tranżizzjoni demokratika billi jingħata sostenn lill-proċess ta’ riforma tal-ġustizzja u tas-sistema tal-ħabs skont in-normi u l-istandards internazzjonali.  -Jiġi adottat qafas leġiżlattiv xieraq għall-istandards internazzjonali. - Jiġi stabbilit qafas istituzzjonali operattiv/riżorsi umani u riżorsi loġistiċi xierqa. Tiġi mmodernizzata s-sistema tal-ħabs. -Jiġu promossi s-sħubija mas-soċjetà ċivili u approċċ parteċipattiv f’dawn ir-riformi. -Jiġu promossi t-trasparenza u l-aċċess għall-informazzjoni - Jiġi adottat u implimentat l-abbozz ta’ Liġi ppreżentat lill-ANK f’Novembru 2012 dwar il-ġustizzja tranżitorja. - Titwaqqaf l-awtorità nazzjonali tal-ġustizzja tranżitorja prevista mil-liġi (Kummissjoni Verità u Dinjità) || - Assistenza teknika - It-tisħiħ tal-ħiliet – Appoġġ għall-immodernizzar tal-infrastruttura ġudizzjarja - Appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. - Provvediment ta’ tagħrif espert. - Taħriġ. - Appoġġ tekniku lill-awtorità nazzjonali tal-ġustizzja tranżitorja. || -L-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ liġijiet relatati mal-indipendenza u l-aċċess għall-ġustizzja adottati mill-ANK u mill-Parlament futur. - L-adozzjoni tal-liġi dwar l-istatus tal-imħallfin u l-adozzjoni tal-liġi organika dwar il-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura. - Jibda jopera l-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura -Is-soċjetà ċivili tiġi mistiedna tieħu sehem fil-laqgħat tal-kumitat ta’ tmexxija tal-programm ta’ appoġġ għar-riforma tal-ġustizzja (konkluż mill-UE u t-Tuneżija fl-2012). -Riabilitazzjoni gradwali tal-qrati skont il-mezzi u l-baġits allokati, b’mod konformi mal-istandards internazzjonali. -L-armonizzazzjoni tal-qafas leġiżlattiv, regolatorju u istituzzjonali mal-istandards internazzjonali. - L-implimentazzjoni tad-dispożizzjoni li tawtorizza u ssaħħaħ l-aċċess tal-NGOs għall-ħabsijiet. - L-istabbiliment tal-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ tal-għadd ta’ detenzjonijiet qabel il-proċess u tal-bidliet fir-rata ta’ inkarċerazzjoni. Żmien: fuq terminu medju

3) It-twettiq tar-riforma fis-settur tas-sigurtà, fil-kuntest ta’ riforma komprensiva u dettaljata, biex ikun assigurat ir-rispett tal-istandards internazzjonali f’termini ta’ Stat tad-dritt, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-liġi internazzjonali. || -Jiġu adottati r-riformi leġiżlattivi u regolatorji xierqa, inklużi l-mekkaniżmi ta’ sorveljanza demokratika u r-responsabbiltajiet. - Tiġi assigurata l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fit-tfassil u l-monitoraġġ tar-riformi (approċċ parteċipattiv). Evalwazzjoni tar-riżultati. - Jiġi żgurat it-taħriġ meħtieġ (li jinkludi r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem) lill-persunal ikkonċernat. - Il-forzi tas-sigurtà jingħataw il-mezzi u t-tagħmir meħtieġ u xieraq skont il-ħtiġijiet tagħhom, fi spirtu ta’ użu minimu tal-forza. Jiġu vvalutati l-effetti ta’ din l-azzjoni. [- Provvediment lill-pubbliku ta’ skedi organizzattivi u kodiċijiet ta’ kondotta tal-qawwiet tas-sigurtà interna] || - Akkumpanjament finanzjarju għall-programm ta’ riforma fis-settur tas-sigurtà. -Disponibbiltà ta’ għarfien espert u taħriġ. - Appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. || - L-adozzjoni mill-ANK u l-Parlament futur u l-implimentazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jintegraw l-istandards internazzjonali dwar il-governanza, ir-rispett u l-promozzjoni tad-dritt internazzjonali, tad-drittijiet tal-bniedem skont il-prinċipji tal-Istat tad-dritt Żmien: fuq terminu medju - L-adozzjoni mill-ANK u l-Parlament futur tal-mekkaniżmu ta’ kontroll demokratiku fuq il-korpi u l-qawwiet tas-sigurtà. - L-istabbiliment ta’ kumitati parlamentari għas-segwitu tal-baġits nazzjonali tas-sigurtà. Żmien: fuq terminu medju - Il-validazzjoni u t-tnedija tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tar-reviżjonijiet mill-pari dwar il-fruntieri u l-migrazzjonijiet/ir-riforma tas-settur tas-sigurtà. Żmien: fuq terminu qasir u medju

4) Il-konsolidament tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tad-drittjiet tan-nisa u tat-tfal. || -L-iżgurar ta’ applikazzjoni gradwali u effettiva tal-Konvenzjonijiet internazzjonali. - L-adozzjoni tar-riformi leġiżlattivi u regolatorji xierqa. - Tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fit-tfassil u fil-monitoraġġ tar-riformi. - L-iżgurar tat-taħriġ meħtieġ lill-persunal ikkonċernat - Tiġi kkonfermata l-istedina permanenti lill-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Mekkaniżmi Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem. -L-istabbiliment ta’ mekkaniżmu indipendenti għall-monitoraġġ tad-drittijiet tat-tfal. It-tfassil ta’ Liġi qafas dwar il-vjolenza kontra n-nisa, f’konformità mal-istandards nazzjonali. - Iż-żamma ta’ moratorju de facto dwar l-eżekuzzjonijiet. - Tkompli l-assoċjazzjoni fl-inizjattiva transreġjonali dwar il-piena tal-mewt, appoġġjata mill-UE fil-qafas tal-Assemblea Ġenerali tan-NU. - Tiġi promulgata l-liġi organika dwar l-awtorità nazzjonali għall-prevenzjoni kontra t-tortura. - Tiġi stabbilita l-awtorità nazzjonali għall-prevenzjoni kontra t-tortura. - Tiġi riveduta l-liġi dwar l-Awtorità għad-drittijiet tal-bniedem skont il-prinċipji ta’ Pariġi (1993). || -Djalogu politiku u ftehim fil-fora tan-NU. - Provvediment ta’ esperti. -Taħriġ. -Appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. -Appoġġ tekniku u istituzzjonali || -Promulgazzjoni u implimentazzjoni gradwali u effettiva tat-testi leġiżlattivi u regolatorji bl-għan li jiġu applikati l-konvenzjonijiet internazzjonali ratifikati mit-Tuneżija Żmien: fuq terminu twil - Preżentazzjoni tal-istrumenti ta’ ratifika tal-irtirar tar-riżervi lis-CEDAW. Żmien: fuq terminu medju - Reviżjoni tal-kodiċi kriminali u tal-proċedura kriminali b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-libertà tal-espressjoni, id-drittijiet tan-nisa u tat-tfal, b’mod konformi mal-istandards nazzjonali. Żmien: fuq terminu medju - L-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-liġijiet li jinstawraw dan il-mekkaniżmu indipendenti għall-monitoraġġ tad-drittijiet tat-tfal. Żmien: fuq terminu qasir -Progress lejn ir-ratifika tat-tielet Protokoll fakultattiv dwar il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Żmien: fuq terminu medju - L-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ liġi-qafas dwar il-vjolenza kontra n-nisa, f’konformità mal-istandards internazzjonali. Żmien: fuq terminu medju -Ikompli d-djalogu nazzjonali dwar l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt Żmien: fuq terminu medju. - L-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-Abbozz ta’ Liġi ppreżentat lill-Assemblea Nazzjonali Kostitwenti f’Novembru 2012. Żmien: fuq terminu qasir - Reviżjoni tal-liġi dwar l-Awtorità għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-implimentazzjoni effettiva tal-Awtorità skont il-Prinċipji ta’ Pariġi (1993). - L-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-istatuti tal-Awtorità għad-Drittijiet tal-bniedem. Żmien: fuq terminu qasir u medju -L-organizzazzjoni tat-taħriġ dwar id-drittijiet tal-bniedem lill-persunal ikkonċernat Żmien: Implimentazzjoni tul il-Pjan ta’ Azzjoni kollu

5) Titwettaq ir-riforma tal-midja u l-professjonalizzazzjoni tas-settur. || -L-adozzjoni tan-normi kostituzzjonali, leġiżlattivi u regolatorji xierqa. - Jiġi assigurat it-taħriġ meħtieġ lill-istituzzjonijiet ikkonċernati. - Tiġi assigurata l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fit-tfassil u fil-monitoraġġ tar-riformi u fosthom it-trejdjunjins u l-organizzazzjonijiet li jaħdmu fil-qasam tal-libertà tal-istampa u tal-espressjoni. || - Provvediment ta’ esperti. - Taħriġ. -Appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. || - Il-funzjonament effettiv tal-Awtorità tal-Komunikazzjoni Awdjoviżiva. Żmien: fuq terminu qasir - Ikompli d-djalogu mibdi dwar il-mekkaniżmi ta’ protezzjoni tal-ġurnalisti fl-eżerċizzju tal-professjoni Żmien: fuq terminu qasir

6) Il-konsolidament tar-rwol u tal-kapaċitajiet tas-soċjetà ċivili. || - Il-garanzija ta’ qafas trasparenti u miftuħ għall-organizzazzjoni u l-attività tal-atturi tas-soċjetà ċivili. || - Provvediment ta’ esperti. - Taħriġ. - Appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. || -L-adozzjoni tal-liġijiet li jiggarantixxu l-libertà ta’ assoċjazzjoni magħmula mid-Digriet-Liġi Nru 2011-88 tal-24 ta’ Settembru 2011 -L-adozzjoni ta’ regoli trasparenti għall-finanzjament pubbliku tal-assoċjazzjonijiet Żmien: fuq terminu qasir - Isiru konsultazzjonijiet tematiċi u reġjonali minn żmien għal żmien mal-komponenti tas-soċjetà ċivili, speċjalment fil-kuntest tad-djalogu mal-UE Żmien: implimentazzjoni tul il-Pjan ta’ Azzjoni kollu

7) Djalogu dwar il-migrazzjoni, il-mobilità u s-sigurtà u l-konklużjoni ta’ Sħubija dwar il-Mobilità. || - Ikompli d-djalogu dwar il-migrazzjoni, il-mobilità u s-sigurtà. - It-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ strateġija nazzjonali dwar il-migrazzjoni u t-Tuneżini barra l-pajjiż. -L-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fil-qafas tas-Sħubija dwar il-Mobilità (tisħiħ tal-kapaċitajiet, ġestjoni tal-għarfien, ġbir ta’ dejta...eċċ.). - Tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fit-tfassil u fil-monitoraġġ tar-riformi. -Kooperazzjoni mal-UNHCR fl-implimentazzjoni tal-programm reġjonali ta’ protezzjoni, l-adozzjoni ta’ liġi u l-istabbiliment ta’ kapaċitajiet amministrattivi fil-qasam tal-ażil. -Kooperazzjoni mal-UE fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, li tinkludi l-kuntrabandu tal-migranti u t-traffikar tal-bnedmin. - Jittieħdu azzjonijiet li jippromwovu l-konnessjonijiet bejn il-migrazzjonijiet u l-iżvilupp -L-iżvilupp tar-riċerka dwar il-migrazzjonijiet, b’mod partikolari l-profili tal-migrazzjoni - Tiġi promossa l-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema Tuneżini u tal-membri tal-familja tagħhom u tiġi implimentata d-deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali bejn it-Tuneżija u l-UE fil-kuntest tal-Artikoli 65-68 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u t-Tuneżija sabiex titjieb il-portabilità tad-drittijiet tal-pensjoni miksuba mill-ħaddiema Tuneżini u l-membri tal-familji tagħhom fl-UE skont l-Artikolu 8 tas-Sħubija dwar il-Mobilità bjen it-Tuneżija, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri parteċipanti tagħha. -Jinħoloq l-osservatorju nazzjonali tal-migrazzjonijiet u jingħata l-kapaċitajiet meħtieġa għall-iżvilupp tal-istudji, tal-profili migratorji, tal-politiki u tal-esperjenza fil-qasam tal-migrazzjoni. -Jiġu instawrati inizjattivi u programmi li jippermettu lill-osservatorju jinvolvi aktar liċ-ċittadini Tuneżini barra l-pajjiż fl-iżvilupp tal-pajjiż. || - Appoġġ għall-istabbiliment tal-miżuri previsti taħt is-Sħubija dwar il-Mobilità. - Appoġġ tekniku u taħriġ fl-implimentazzjoni tal-istrateġija. -Appoġġ tekniku u istituzzjonali. -Tisħiħ tal-kapaċitajiet u provvediment ta’ esperti. - Skambju ta’ esperjenzi u ta’ informazzjoni mal-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE u tal-Istati Membri. - Taħriġ - Appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. - Appoġġ f’dak li jirrigwarda taħriġ u appoġġ tekniku. - Taħriġ. - Appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. - Ġemellaġġ u skambji bejn l-istituzzjonijiet. -Tisħiħ tal-kapaċitajiet permezz tat-taħriġ tad-diriġenti Tuneżini fir-regolamenti Komunitarji dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali, il-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni (OMC), is-sistema Ewropea ta’ skambji elettroniċi ta’ informazzjoni dwar is-sigurtà soċjali (EESSI). - Laqgħa(t) tas-sottokumitat “Migrazzjoni u Affarijiet Soċjali” sabiex tibda d-diskussjoni ta’ abbozz ta’ deċiżjoni għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni - Appoġġ tekniku -Ġemellaġġ || - Stabbiliment tal-istrateġija. -Implimentazzjoni tal-għanijiet tal-istrateġija skont l-istandards internazzjonali. Żmien: fuq terminu medju - Isiru konsultazzjonijiet minn żmien għal żmien mal-komponenti tas-soċjetà ċivili, speċjalment fil-kuntest tan-negozjati tas-Sħubija dwar il-mobilità. Żmien: fuq terminu qasir - L-anness għas-Sħubija dwar il-Mobilità ser jiddefinixxi l-azzjonijiet ta’ appoġġ mill-UE u mill-Istati Membri partijiet għas-Sħubija. Żmien: implimentazzjoni tul il-Pjan ta’ Azzjoni kollu -Stabbiliment ta’ Kumitat interministerjali ta’ monitoraġġ tas-sitwazzjoni ta’ sigurtà u umanitarja wara l-għeluq tal-kamp ta’ Choucha. Żmien: fuq terminu qasir -Ir-rappreżentant permanenti tal-UNHCR fit-Tuneżija jieħu sehem fil-ħidma ta’ dan il-Kumitat. - Implimentazzjoni tal-miżuri miftiehma taħt is-Sħubija dwar il-Mobilità Żmien: implimentazzjoni tul il-Pjan ta’ Azzjoni kollu -Proposta għall-adozzjoni ta’ abbozz ta’ deċiżjoni lill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni. Żmien: fuq terminu medju Digriet li qed jiġi ppreżentat, adottat u implimentat. Żmien: fuq terminu medju

8/ Ir-riformi ekonomiċi għat-tkabbir inklużiv, il-kompetittività u t-titjib tal-ambjent tan-negozju u tal-investimenti || - Ir-riforma tal-governanza pubblika, il-konsolidament tal-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni u t-trasparenza fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi. - It-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ reżiljenza tal-ekonomija permezz tal-konsolidament tal-fundamenti makroekonomiċi. - Tibda r-riflessjoni dwar ir-riforma tas-sistema ta’ sussidji għall-ikel u għall-enerġija. - L-implimentazzjoni tar-riforma tas-sistema tat-taxxa (qafas leġiżlattiv u istituzzjonali). - It-tisħiħ tal-kontroll intern u estern, il-verifika u l-awditjar fi ħdan is-settur pubbliku. - It-tisħiħ tal-kompetittività tal-ekonomija bis-segwitu tal-programmi ta’ riforma, ta’ rkuprar u ta’ aġġornament [u l-ħolqien ta’ qafas adattat] (l-industrija, l-agrikoltura, is-servizzi, is-snajja’ u t-turiżmu. - It-tisħiħ tat-tkabbir ekoloġiku biex jinħolqu strateġiji ta’ promozzjoni ta’ ekonomija ekoloġika || - Appoġġ partikolarment permezz ta’ programmi ta’ appoġġ għall-irkupru u l-ġestjoni baġitarja skont l-objettivi. -Provvediment ta’ esperti, taħriġ, appoġġ istituzzjonali u ġemellaġġ. - Djalogu dwar l-istrateġiji ta’ rkupru - Akkumpanjament tal-programmi ta’ aġġornament fl-oqsma tal-industrija, tal-agrikoltura, tas-snajja’ u tat-turiżmu - Appoġġ lis-soċjetà ċivili || -Validazzjoni u implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali dwar il-governanza u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Żmien: fuq terminu twil - Tkompli l-implimentazzjoni tal-ĠBO. (Ġestjoni Baġitarja skont l-Objettivi): żmien fuq terminu medju Żmien: fuq terminu twil - Stabbiliment tal-ġestjoni attiva tat-Teżor tal-Istat. Żmien: fuq terminu medju - Jitniedi studju dwar ir-riforma tas-sistema ta’ sussidji għall-ikel u għall-enerġija. Żmien: fuq terminu qasir u medju - Adottat il-programm ta’ riforma tat-tassazzjoni. Żmien: fuq terminu medju - - Il-pjan ta’ proċeduri għall-akkwist pubbliku mingħajr l-użu tal-karti jiġi implimentat. Żmien: fuq terminu medju - Tibda ġenerazzjoni ġdida ta’ applikazzjonijiet kbar tal-Istat (e-gov iddedikat, dejta miftuħa). - Żmien: fuq terminu twil - Id-disinn u l-istabbiliment ta’ pjan ġdid ta’ azzjoni ddedikat għall-aċċess għall-informazzjoni fid-dawl tal-liġi l-ġdida organika li għandha x’taqsam miegħu - Żmien: fuq terminu qasir - L-iżvilupp ta’ qafas strateġiku għall-konsultazzjoni maċ-ċittadin. Żmien: fuq terminu medju -Adottata u implimentata l-istrateġija ta’ ristrutturar u ta’ tisħiħ tal-kontroll intern u estern, tal-verifika u tal-awditjar fi ħdan is-settur pubbliku. Żmien: fuq terminu twil -Jibda l-programm ta’ aġġornament tas-settur turistiku u jitkomplew il-programmi ta’ aġġornament u ta’ modernizzar (agrikoltura, industrija, servizzi u snajja’. Żmien: fuq terminu medju

|| - Reviżjoni tal-qafas leġiżlattiv u regolatorju u tisħiħ tal-politiki u tal-istrumenti li jgħinu lill-impriżi fl-investiment, fl-ambjent tan-negozju u fis-sħubiji, b’mod partikolari billi tissaħħaħ il-protezzjoni tal-investimenti barranin. - It-tqajjim tal-kuxjenza fost l-atturi ekonomiċi u b’mod partikolari l-SMEs Tuneżini u jingħatalhom l-appoġġ meħtieġ sabiex japplikaw id-direttivi u l-istandards Ewropej adottati mit-Tuneżija || - Provvediment ta’ esperti u taħriġ - Appoġġ lill-politiki u l-programmi ta’ finanzjament tal-innovazzjoni u tas-settur privat - Appoġġ għall-attrazzjoni tal-investimenti mill-UE - Appoġġ istituzzjonali u ġemellaġġ - Appoġġ lill-Kunsill Konġunt tal-Intraprenditorija. - Appoġġ għall-internalizzazzjoni tal-Impriżi Żgħar u Medji (SMEs), fost oħrajn bil-kooperazzjoni bejn l-SMEs Ewropej u Tuneżini permezz tan-netwerk “Enterprise Europe Network”. || - Qafas ġuridiku u istituzzjonali tas-sħubiji pubbliċi privati finalizzat. Żmien: fuq terminu qasir - Kodiċi tal-investiment rivedut Żmien: fuq terminu qasir - Stabbilita l-Awtorità Nazzjonali għall-Investiment. Żmien: fuq terminu medju -Il-Kunsill Konġunt tal-Intraprenditorija operattiv. Żmien: fuq terminu qasir - Ir-rata ta’ żvilupp tal-investiment lokali u barrani fit-Tuneżija. Żmien: fuq terminu twil - Jiddaħħlu d-domandi ta’ sħubija ma’ SMEs Ewropej fid-database tal-Enterprise Europe Network. - Żmien: fuq terminu medju - Żieda tan-numru ta’ SMEs li jieħdu sehem fil-laqgħat organizzati permezz ta’ “Enterprise Europe Network”. Żmien: fuq terminu medju

|| - Titjib tal-governanza tas-Sistema Nazzjonali tal-Istatistika, u tal-kwalità u l-aċċessibbiltà għall-prodotti tal-istatistika || - Provvediment ta’ esperti u taħriġ - Appoġġ għall-proġetti ta’ modernizzazzjoni tas-Sistema Nazzjonali tal-Istatistika - Appoġġ istituzzjonali u ġemellaġġ || - Pjan ta’ azzjoni adottat għall-immodernizzar tas-Sistema Nazzjonali tal-Istatistika. Żmien: fuq terminu medju - Numru ta’ serjiet tal-istatistika disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-INS. -Numru ta’ pubblikazzjonijiet ta’ serjiet u metodoloġiji tal-istatistika uffiċjali skont in-normi u l-istandards internazzjonali disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-INS. Żmien: fuq terminu qasir -Numru ta’ talbiet lis-sit tal-INS bħala parti mit-tiġdid tad-disinn tas-sit. Żmien: fuq terminu qasir - Eżistenza ta’ rapporti ta’ kwalità skont il-qasam tal-istatistika. Żmien: fuq terminu qasir - Eżistenza ta’ skeda ta’ pubblikazzjoni tad-dejta. Żmien: fuq terminu qasir

|| - L-istabbiliment ta’ politika ta’ żvilupp tas-servizzi u tal-infrastrutturi tat-trasport u strateġija nazzjonali għat-trasport sostenibbli. - Appoġġ għall-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali ta’ żvilupp tal-loġistika. - Promozzjoni tal-iżvilupp tan-netwerks u tal-infrastrutturi tat-telekomunikazzjonijiet. - Żvilupp u tisħiħ tan-netwerks, l-infrastrutturi u l-interkonnessjonijiet tal-enerġija. || - Provvediment ta’ esperti u taħriġ. - Appoġġ għall-attrazzjoni tal-investimenti mill-UE. - Appoġġ istituzzjonali u ġemellaġġ || -Il-politika ta’ trasport adottata. Żmien: fuq terminu twil -Jibdew in-negozjati għal Ftehim dwar il-liberalizzazzjoni tal-ispazju tal-ajru “Open sky”. Żmien: fuq terminu qasir - L-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali tal-iżvilupp tal-loġistika. Żmien: fuq terminu qasir u medju -Il-Kodiċi tat-telekomunikazzjonijiet rivedut sabiex ikunu żgurati fit-tul id-disponibbiltà u l-aċċess għal netwerks/servizzi effiċjenti tal-ITC fir-reġjuni kollha. Żmien: fuq terminu medju -Jitfassal dokument ta’ politika dwar l-enerġija li jiddefinixxi l-għanijiet u l-istrateġiji. Żmien: fuq terminu twil

|| - Jiġu definiti u implimentati l-istrateġiji settorjali li jgħinu l-iżvilupp tas-setturi b’potenzjal għoli ta’ tkabbir. - Jiġi definit u implimentat Pjan Nazzjonali Strateġiku tat-Tuneżija Diġitali. || - Provvediment ta’ esperti u taħriġ - Djalogu istituzzjonali - Appoġġ istituzzjonali u ġemellaġġ || - Definita strateġija ġdida industrijali li tgħin lis-setturi b’potenzjal għoli ta’ tkabbir. Żmien: fuq terminu medju u twil -Qafas ta’ sħubija settorjali li jiddefinixxi għanijiet komuni (tessuti-ħwejjeġ u partijiet tal-karozzi). Żmien: fuq terminu medju - Rata ta’ progress tal-investiment fl-infrastruttura industrijali u teknoloġika. Żmien: fuq terminu medju - L-istabbiliment ta’ Pjan Nazzjonali Strateġiku u ta’ Pjan ta’ Azzjoni għat-Tuneżija Diġitali (2013-2018). Żmien: fuq terminu medju

9/ Approfondiment tal-integrazzjoni, il-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kummerċ ħieles profond u komprensiv u l-approssimazzjoni mal-acquis communautaire || - Tiġi ffinalizzata l-fażi ta’ tħejjija għan-negozjati ta’ ftehim ta’ kummerċ ħieles profond u komprensiv. - Jibdew in-negozjati ta’ ftehim ta’ kummerċ ħieles profond u komprensiv. - Jittejbu l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għas-suq tal-oġġetti u s-servizzi u tal-fornituri tas-servizzi. - Approssimazzjoni tar-regolamenti orizzontali (dwar iċ-ċertifikazzjoni, il-valutazzjoni tal-konformità u s-sorveljanza tas-suq) u settorjali. - Jitkompla u jitħaffef l-aġġornament tal-istituzzjonijiet responsabbli miċ-ċertifikazzjoni, l-istandardizzazzjoni, il-valutazzjoni tal-konformità, il-metroloġija u s-sorveljanza tas-suq. - Jiġi negozjat mal-UE ftehim dwar il-valutazzjoni tal-konformità u l-aċċettazzjoni tal-prodotti industrijali (ACAA) fl-oqsma tal-materjal tal-kostruzzjoni u tal-prodotti elettriċi, imbagħad jiddaħħlu s-setturi l-oħrajn ta’ prijorità fil-ftehim. - Tkompli l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni Tuneżina mal-istandards tal-UE fl-oqsma identifikati bħala prijoritajri taħt id-DCFTA. - Tkompli l-implimentazzjoni tal-miżuri doganali li jgħinu l-iffaċilitar tal-kummerċ. - Titjib fil-livell ta’ protezzjoni tal-konsumaturi billi: - jissaħħu l-kapaċitajiet amministrattivi għall-applikazzjoni tal-politika ta’ protezzjoni tal-konsumatur; - jissaħħaħ ir-rwol tal-assoċjazzjonijiet fil-protezzjoni tal-konsumatur. || - Provvediment ta’ esperti u taħriġ - Djalogu istituzzjonali - Appoġġ finanzjarju permezz tal-programm attwali ta’ appoġġ għall-kompetittività u għall-faċilitazzjoni tal-aċċess għas-suq għat-tiġdid tal-istrutturi ta’ kwalità, ta’ ċertifikazzjoni, ta’ valutazzjoni tal-konformità u ta’ sorveljanza tas-suq - Tisħiħ tal-infrastruttura ta’ kontroll - Ġemellaġġ - Appoġġ lis-soċjetà ċivili - Assistenza teknika u akkumpanjament permezz tal-Programm kurrenti ta’ appoġġ għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u għat-Tranżizzjoni u permezz ta’ programm li jsegwi lil dan, b’appoġġ għan-negozjati u għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni || -Tnedija tan-negozjati tad-DCFTA fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet tal-fażi esploratorja. -Konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili waqt dawn in-negozjati. -Il-Ftehim tal-ACAA ffirmat għas-setturi prijoritarji. Żmien: fuq terminu medju -Numru ta’ proġetti ta’ ġemellaġġ konklużi fl-oqsma tad-DCFTA. - Numru ta’ proġetti ta’ ġemellaġġ u ta’ appoġġ istituzzjonali magħmula taħt “programm ta’ appoġġ għan-negozjati u għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni”. Żmien: fuq terminu qasir u medju

10) Żvilupp tal-ħiliet, aċċess għall-għarfien u innovazzjoni || - Riforma, titjib tal-kwalità u tisħiħ tal-governanza tas-sistemi nazzjonali tal-edukazzjoni, tal-edukazzjoni għolja u tat-taħriġ vokazzjonali || · Provvediment ta’ esperti u skambju ta’ informazzjoni · Appoġġ baġitarju permezz tal-programm kurrenti PEFESE · Appoġġ istituzzjonali permezz tal-proġetti kurrenti TEMPUS u ġemellaġġ · Appoġġ metodoloġiku tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ. · Appoġġ finanzjarju permezz tal-programm futur Erasmus + fl-oqsma tal-edukazzjoni għolja u taż-żgħażagħ || -L-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta’ governanza tas-setturi tal-Edukazzjoni, tal-edukazzjoni għolja u tat-taħriġ vokazzjonali bbażata fuq l-impjegabbiltà. Żmien: fuq terminu medju u twil -L-adozzjoni ta’ qafas nazzjonali ta’ kwalifika u ta’ validazzjoni tat-tagħlim u tal-esperjenza, implimentat abbażi tal-indikaturi statistiċi li ġejjin. Żmien: fuq terminu medju -Numru ta’ programmi ta’ ko-diplomi u ta’ ko-superviżjoni tat-teżijiet bejn it-Tuneżija u l-pajjiżi tal-UE. Żmien: fuq terminu medju Soġġett għad-disponibbiltà ta’ din l-istatistika: -Numru ta’ sezzjonijiet/oqsma tekniċi maħluqa fis-sistema skolastika (fuq terminu twil) -Perċentwal ta’ skejjel konnessi mal-Internet -Perċentwal ta’ żgħażagħ gradwati mill-edukazzjoni terzjarja li sabu impjieg sena wara li ggradwaw -Perċentwal ta’ studenti li ħarġu mill-iskola sekondarja li bbenefikaw minn għażla ta’ korsijiet. Żmien: fuq terminu medju

|| - Tisħiħ tar-rwol tas-sistema nazzjonali tar-riċerka innovattiva - Tiġi promossa l-approssimazzjoni u l-integrazzjoni tat-Tuneżija fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka - Tkompli l-implimentazzjoni tal-programm PASRI (Proġett ta’ Appoġġ għas-Sistema tar-Riċerka u tal-Innovazzjoni) u l-konsolidament tiegħu fil-livell reġjonali || || -Numru ta’ istituzzjonijiet ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni jipparteċipaw fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka u numru ta’ proġetti konġunti. Żmien: fuq terminu medju -Numru akbar ta’ studenti u ta’ riċerkaturi jipparteċipaw fil-programmi Ewropej speċifiċi tar-riċerka. Żmien: fuq terminu medju

11/ Impjiegi, koeżjoni u integrazzjoni soċjali u żvilupp reġjonali u lokali || - Żvilupp u implimentazzjoni ta’ strateġija nazzjonali integrata tal-impjieg u ta’ tisħiħ tal-impjegabbiltà. - Titjib tat-trasformazzjonijiet ekonomiċi u soċjali permezz tal-konklużjoni ta’ kuntratt soċjali ġdid u djalogu soċjali effettiv bejn is-sħab soċjali. - Promozzjoni tal-politika ta’ inklużjoni soċjali u stabbiliment ta’ miżuri ta’ ġlieda kontra l-faqar u integrazzjoni tal-kategoriji l-aktar vulnerabbli. - Żvilupp ta’ leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol, sabiex issir aktar trasparenti u moderna fis-sens li tagħmel aktar flessibbli lis-suq tax-xogħol waqt li tħares id-drittijiet tal-ħaddiema. - L-istabbiliment ta’ bażi ta’ protezzjoni soċjali. - Implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali previsti fl-Artikli 65 u sussegwenti tal-Ftehim f’konformità mal-Artikolu 8 tas-Sħubija dwar il-Mobilità. || - Provvediment ta’ esperti u taħriġ - Skambju ta’ informazzjoni u djalogu istituzzjonali - Appoġġ istituzzjonali u assistenza teknika. - Appoġġ lis-soċjetà ċivili - Appoġġ istituzzjonali u ġemellaġġ u b’mod partikolari t-tisħiħ tal-ħiliet istituzzjonali tal-fondi tas-sigurtà soċjali . - Assistenza teknika dwar il-protezzjoni soċjali ( riforma tal-pensjonijiet, valutazzjoni tal-iskemi l-ġodda ta’ assigurazzjoni tal-mard, ….) - Taħriġ, skambju ta’ esperjenzi u esperti, kampanji ta’ sensibilizzazzjoni - Programm tematiku u kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet speċjalizzati tal-UE || Implimentata l-istrateġija nazzjonali integrata dwar l-impjiegi. Żmien: fuq terminu medju -Kuntratt soċjali ġdid jiġi konkluż u jitwaqqfu sottokumitati tekniċi. Żmien: fuq terminu qasir -It-twaqqif ta’ Kunsill Nazzjonali għad-Djalogu Soċjali Żmien: fuq terminu qasir -Struttura/i operattiva/i ta’ netwerking tal-operaturi pubbliċi ta’ informazzjoni dwar l-impjiegi u l-pariri u dwar l-għajnuna għall-impjegabbiltà. Żmien: fuq terminu medju -Sistema ta’ valutazzjoni regolari tal-politiki attivi dwar l-impjiegi. Żmien: fuq terminu medju -Adozzjoni tal-Programm tat-Tuneżija għax-Xogħol Deċenti. Żmien: fuq terminu medju -It-twaqqif ta’ sistema ta’ informazzjoni dwar il-familji fil-bżonn u bi dħul limitat. Żmien: fuq terminu medju -L-istrateġija tal-ġlieda kontra l-faqar u tal-inklużjoni soċjali tiġi mfassla u tibda tiġi implimentata. Żmien: fuq terminu medju -Laqgħa tas-sottokumitat dwar “il-migrazzjoni u l-kwistjonijiet soċjali” biex jibda jiddiskuti abbozz ta’ deċiżjoni għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, Żmien: fuq terminu qasir -Proposta għall-adozzjoni ta’ abbozz ta’ deċiżjoni lill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni. Żmien: fuq terminu medju

|| - Jibda proċess komprensiv ta’ deċentralizzazzjoni u ta’ governanza lokali, u ta’ żvilupp tal-missjonijiet tas-servizzi tal-Istat. - Jissaħħu l-isforzi tal-iżvilupp reġjonali u lokali u ta’ tnaqqis tad-differenzi territorjali. - Tittejjeb il-governanza tal-istituzzjonijiet responsabbli mill-iżvilupp reġjonali. - Tittejjeb l-effiċjenza tal-politiki ta’ żvilupp reġjonali u lokali. || - Djalogu istituzzjonali u skambji bl-għan li t-Tuneżija tingħata għajnuna f’loġika ta’ żvilupp reġjonali u ta’ koeżjoni tal-UE. - Provvediment ta’ esperti u taħriġ. - Appoġġ baġitarju kurrenti għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet lokali. - Appoġġ lis-soċjetà ċivili - Appoġġ lill-politiki u lill-programmi ta’ żvilupp reġjonali. - Appoġġ istituzzjonali u ġemellaġġ - Kooperazzjoni transfruntiera u deċentralizzata. - Ikompli l-appoġġ għat-tisħiħ tal-ħiliet tal-awtoritajiet lokali u taħriġ tar-rappreżentanti eletti lokali. - Kontribut għall-iżvilupp ta’ korpi inkarigati mill-iżvilupp fil-livell reġjonali. || Pjan direzzjonali għad-deċentralizzazzjoni u għall-governanza lokali adottat. Żmien: fuq terminu medju -Tibda r-riforma tas-sistemi ġuridiċi u regolatorji (liġijiet u regolamenti), istituzzjonali u organizzattivi (Ħiliet u responsabbiltajiet), u finanzjarji (taxxi lokali) li jirregolaw lill-awtoritajiet lokali. Żmien: fuq terminu twil - Adottata strateġija għall-ġestjoni tar-riżorsi umani fil-livell lokali Żmien: fuq terminu twil -Il-missjonijiet tas-servizzi tal-Istat, fil-livell ċentrali u reġjonali, appoġġjati fil-kuntest tal-istabbiliment tad-deċentralizzazzjoni Żmien: fuq terminu twil -Għadd ta’ proġetti mwettqa fi sħubija bejn l-awtoritajiet lokali Tuneżini u Ewropej. Żmien: fuq terminu qasir u medju

|| - Implimentazzjoni ta’ riforma tas-settur tas-saħħa li jgħin il-prestazzjoni u jagħti aċċess aħjar għal kura ta’ kwalità || - Provvediment ta’ esperti u taħriġ. - Kontribut għall-aġġornament tal-infrastruttura tas-saħħa. - Appoġġ istituzzjonali u ġemellaġġ || - Imfassla strateġija ta’ riforma tas-saħħa. Żmien: fuq terminu qasir - Implimentazzjoni tar-riforma tas-saħħa. - Żmien: fuq terminu medju u twil

12/ Żvilupp agrikolu u rurali || - L-implimentazzjoni tal-programm multiannwali tal-iżvilupp agrikolu u rurali, b’konformità mal-linji gwida strateġiċi tal-agrikoltura nazzjonali u ENPARD - Jissaħħaħ il-programm ta’ aġġornament tal-azjendi agrikoli, tas-setturi, tal-organizzazzjonijiet u tal-istituzzjonijiet u l-istrutturi ta’ appoġġ tekniku lill-agrikoltura - Jingħata appoġġ għall-iżvilupp ta’ agrikoltura ta’ kwalità (prodotti bijoloġiċi u indikazzjonijiet ġeografiċi), tas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura || - Provvediment ta’ esperti u taħriġ - Appoġġ b’mod speċjali permezz tal-proġett pilota futur ENPARD - Appoġġ lill-programm ta’ aġġornament tal-agrikoltura - Appoġġ istituzzjonali u ġemellaġġ - Appoġġ għall-organizzazzjoni ta’ seminars dwar l-IĠP/id-DPO u l-prodotti bijoloġiċi || - Programm multiannwali ta’ żvilupp agrikolu u rurali, stabbilit u operattiv żmien għall-implimentazzjoni tul il-Pjan ta’ Azzjoni - Il-programm ta’ aġġornament tal-agrikoltura mniedi mill-ġdid (numru ta’ azjendi u istituzzjonijiet ta’ appoġġ involuti). - Żmien: fuq terminu twil - Is-setturi agrikoli ewlenin (uċuħ, frott u ħaxix, laħam, ħalib) attivati mill-ġdid. Żmien: fuq terminu qasir u medju - Kopertura ta’ 20 % tal-popolazzjoni mis-settur kooperattiv. Żmien: fuq terminu twil - - Implimentati strateġiji ta’ żvilupp tas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura u tal-agrikoltura bijoloġika. Żmien: fuq terminu medju

13) Żvilupp u implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-programmi li jassiguraw żvilupp sostenibbli || - Tittejjeb il-governanza ambjentali u jiġi promoss approċċ lokali (deċentralizzazzjoni, governanza lokali) b’mod partikolari permezz tat-tisħiħ tal-politika u tal-amministrazzjoni nazzjonali dwar l-aċċess għall-informazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku - Jiġi stabbilit qafas ta’ ppjanar strateġiku relatat b’mod partikolari mal-iżvilupp sostenibbli, (ekonomija ekoloġika, politika ta’ tibdil fil-klima, responsabbiltà soċjali tal-organizzazzjonijiet, innovazzjoni u teknoloġiji ambjentali). || - Provvediment ta’ esperti u taħriġ - Tisħiħ tal-kooperazzjoni istituzzjonali u tal-ġemellaġġ. - Appoġġ lis-soċjetà ċivili - Djalogu politiku u istituzzjonali || - Jissaħħu l-istrutturi u l-azzjonijiet ambjentali fuq skala reġjonali u lokali. Żmien: fuq terminu medju - Tiġi stabbilita sistema ta’ informazzjoni dwar l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli bis-sehem tas-soċjetà ċivili. Żmien: fuq terminu medju Titfassal Strateġija Nazzjonali ta’ Żvilupp Sostenibbli u viżjoni strateġika għall-ekonomija ekoloġika, ivvalidati mid-diversi partijiet interessati. - Żmien: fuq terminu medju

|| - Jiġi stabbilit programm nazzjonali ta’ prevenzjoni tat-tniġġis, ta’ tindif, ta’ aġġornament ambjentali u ta’ ġestjoni tal-iskart || || - Definit programm nazzjonali għat-tindif taċ-ċentri industrijali u bidu tal-implimentazzjoni tiegħu. Żmien: fuq terminu medju - - Titwettaq reviżjoni strateġika tas-settur tal-iskart. Żmien: fuq terminu qasir

|| - Jiġu implimentati l-ftehimiet u l-konvenzjonijiet reġjonali internazzjonali rilevanti dwar il-protezzjoni tal-ambjent u tal-klima, dwar il-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni u l-konservazzjoni tal-bijodiversità. - Jiġu żviluppati ż-żoni żvantaġġjati, jiġu promossi l-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-abitanti ġewwa u qrib il-parks nazzjonali fin-Nofsinhar u tal-abitanti tal-oasijiet permezz tal-promozzjoni ta’ azzjonijiet ambjentali lokali li joħolqu l-impjieg u li għandhom valur miżjud, imfassal u implimentat u b’mod partikolari l-ekoturiżmu. - Implimentazzjoni tal-istrateġiji u tal-programmi mmirati biex itaffu u jgħinu fl-adattament għall-bidliet fil-klima || || - Imfassla strateġija ta’ promozzjoni tad-diversità bijoloġika u tal-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-abitanti ġewwa u qrib il-parks nazzjonali fin-Nofsinhar u tal-abitanti tal-oasijiet. Żmien: fuq terminu medju - Imfassla u vvalidata strateġija nazzjonali dwar il-bidliet fil-klima. Żmien: fuq terminu qasir - Imfassal inventarju tal-gassijiet b’effett ta’ serra. Żmien: fuq terminu qasir - Stabbilita sistema MRV (monitoraġġ, rappurtar, verifika) fis-setturi tal-enerġija, tal-industrija, tal-agrikoltura u tal-iskart. Żmien: fuq terminu medju

[1]        Komunikazzjoni Konġunta “Strateġija ġdida għal Viċinat li qed jinbidel” COM(2011) 303, 25/05/2011

[2]        It-Tuneżija u l-UE ffirmaw l-ewwel Ftehim ta’ Kooperazzjoni fl-1969, segwit mill-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fl-1995. Kien f’dan il-kuntest u fil-kuntest aktar ġenerali tal-Politika Ewropea tal-Viċinat li ġie adottat l-ewwel Pjan ta’ Azzjoni fl-2005.

[3]               “Baġit għall-Ewropa 2020” - COM(2011) 500 finali, 29.06.2011.

[4]               L-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali internazzjonali, il-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni kontra t-Tortura u t-Trattamenti jew Kastigi oħra Krudili, Inumani jew Degradanti, il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Persuni kollha kontra l-Għibien Infurzat, il-Protokoll Fakultattiv għall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi.

[5]               Strateġija ġdida rigward viċinat li qed jinbidel - COM(2011) 303 - 25/05/2011

[6]               Il-Politika Ewropea tal-viċinat: lejn sħubija aktar b’saħħitha - JOIN(2013) 4 finali – 20.03.2013

[7]      L-appoġġ possibbli mill-UE f’dan l-istadju huwa indikattiv. Il-prijoritajiet tal-kooperazzjoni finanzjarja huma miftiehma fil-qafas tal-eżerċizzji konġunti ta’ programmar u inklużi fid-dokument “qafas uniku ta’ appoġġ”. L-appoġġ tal-UE jista’ jieħu l-forom diversi ta’ appoġġ u strumenti finanzjarji disponibbli (appoġġ baġitarju, ġemellaġġ, assistenza teknika inkluż mas-soċjetà ċivili, u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet materjali), li għandhom ikunu ddeterminati skont il-missjonijiet ta’ identifikazzjoni u ta’ formulazzjoni fid-diversi oqsma fejn l-UE tixtieq timmobilizza l-istrumenti tagħha.

Top