EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014DC0905

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Rieżami tal-governanza ekonomika Rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolamenti (EU) Nru 1173/2011, 1174/2011, 1175/2011, 1176/2011, 1177/2011, 472/2013 u 473/2013

/* COM/2014/0905 final */

52014DC0905

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Rieżami tal-governanza ekonomika Rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolamenti (EU) Nru 1173/2011, 1174/2011, 1175/2011, 1176/2011, 1177/2011, 472/2013 u 473/2013 /* COM/2014/0905 final */


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Rieżami tal-governanza ekonomika Rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolamenti (EU) Nru 1173/2011, 1174/2011, 1175/2011, 1176/2011, 1177/2011, 472/2013 u 473/2013[1]

1. INTRODUZZJONI

Bħala tweġiba għad-dgħufijiet fis-sistema ta' governanza tagħha li ġew żvelati bil-kriżi ekonomika u finanzjarja, l-UE ħadet firxa wiesgħa ta' miżuri biex issaħħaħ il-governanza ekonomika u tikseb konverġenza dejjiema, tkabbir ekonomiku u impjiegi. Il-pakketti leġiżlattivi magħrufa bħala s-six-pack u t-two-pack kienu l-qofol ta' dawn l-isforzi. Is-seba' Regolamenti ta' dawn il-pakketti huma s-suġġett ta' dan ir-rieżami[2]; rigward wieħed minnhom, ir-Regolament 472/2013, l-ewwel rieżami diġà ġie ppubblikat fi Frar 2014.[3] Il-leġiżlazzjoni għandha l-għan li tqarreb il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi permezz tat-tisħiħ tas-sorveljanza baġitarja skont il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, l-introduzzjoni ta' proċedura ġdida fil-qasam tal-iżbilanċi makroekonomiċi, it-twaqqif ta' qafas biex jindirizza pajjiżi li qed iġarrbu diffikultajiet bl-istabbiltà finanzjarja, u l-kodifikazzjoni fil-leġiżlazzjoni tas-sorveljanza integrata ekonomika u baġitarja fil-forma tas-Semestru Ewropew.

Il-mistoqsija ewlenija li qed tiġi kkunsidrata f'dan ir-rieżami hija safejn kienu effettivi r-regoli l-ġodda li introduċew is-six-pack u t-two-pack biex jintlaħqu l-objettivi tagħhom u safejn taw kontribut għall-progress biex ikunu żgurati koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-politiki ekonomiċi u konverġenza dejjiema tal-prestazzjoni ekonomika tal-Istati Membri, waqt li fl-istess ħin jiżguraw livell għoli ta' trasparenza, kredibbiltà u responsabbiltà demokratika.

Il-kapaċità li jsiru konklużjonijiet dwar l-effettività tar-regolamenti hija limitata minħabba l-esperjenzi mhux twal tal-operat tagħhom, meta s-six-pack daħal fis-seħħ fl-aħħar tal-2011 u t-two-pack biss f'nofs l-2013. Dan il-perjodu ta' żmien mhwiex biss qasir, iżda kien ukoll karatterizzat minn kriżi ekonomika kbira. Dan iħalli r-regoli mhux ippruvati fi żminijiet ekonomiċi normali.

2. L-EFFETTIVITÀ TAR-REGOLAMENTI

Is-subtaqsimiet li ġejjin jittrattaw l-effikaċja ta' kull wieħed mir-Regolamenti biex jikseb l-objettivi tiegħu fuq bażi tematika għal elementi differenti tal-leġiżlazzjoni ġdida dwar il-governanza ekonomika.

2.1. Is-sorveljanza fiskali:

Obejttivi

Il-kriżi finanzjarja u ekonomika u ż-żidiet fil-livelli tad-defiċit u dejn li rriżultaw fl-UE kienet teħtieġ riforma profonda tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir[4], kemm fil-parti preventiva kif ukoll dik korrettiva tiegħu.[5] Kumplessivament, iż-żewġ objettivi ewlenin tar-riformi tas-six-pack u tat-two-pack fil-qasam tas-sorveljanza fiskali kienu (1) sorveljanza baġitarja msaħħa u approfondita billi saret aktar kontinwa u integrata, anki permezz ta' mekkaniżmu intensifikat tas-sanzjonijiet; u (2) sorveljanza addizzjonali għall-Istati Membri taż-Żona tal-Euro sabiex ikun żgurat li ssir korrezzjoni ta' defiċits eċċessivi u li r-rakkomandazzjonijiet ta' politika tal-UE jiġu integrati b'mod xieraq fit-tħejjija baġitarja nazzjonali.

B'mod partikolari, il-parti preventiva ġiet imsaħħa u saret aktar vinkolanti. Is-six-pack stabbilixxa l-kunċett ta' devjazzjoni sinifikanti mill-objettiv ta' terminu medju, jew mill-perkors ta' aġġustament lejh. Il-korrezzjoni insuffiċjenti ta' devjazzjoni bħal din tista' eventwalment twassal għal sanzjonijiet finanzjarji għal pajjiż taż-Żona tal-Euro. Ir-rekwiżiti għall-perkors ta' aġġustament tfasslu biex jiġu kkunsidrati r-riskji għas-sostenibbiltà u l-kuntest ekonomiku ġenerali. Il-parametru referenzjarju tan-nefqa ġie introdott biex jipprovdi gwida aktar ċara u operattiva għall-Istati Membri. Aktar involviment u infurzar tal-parti preventiva jirriflettu l-importanza ta' prudenza fil-politiki fiskali waqt żminijiet ekonomiċi tajbin.

Il-parti korrettiva ġiet rivalutata billi l-kriterju tad-dejn tat-Trattat ġie operazzjonalizzat. Is-sanzjonijiet imposti fuq il-pajjiżi taż-Żona tal-Euro li ma josservawx ir-rakomandazzjonijiet skont il-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv ġew intensifikati. Ġew introdotti dispożizzjonijiet ġodda fuq miri ta' defiċit nominali annwali u strutturali għall-perjodu tal-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv. Kollox ma' kollox, il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir sar aktar flessibbli permezz tal-possibbiltà li f'każi ġustifikati jiġi adattat il-pass tal-konsolidament fiskali fil-parti preventiva kif ukoll fil-parti korrettiva.

Billi rrikonoxxa safejn jistgħu jaslu l-effetti ta' spillover u l-konsegwenzi potenzjali tagħhom fis-sitwazzjonijiet ekonomiċi u baġitarji tal-Istati Membri taż-Żona tal-Euro, it-Two-Pack introduċa proċeduri ta' sorveljanza u monitoraġġ addiżżjonali għall-Istati Membri taż-Żona tal-Euro. Sistema ta' monitoraġġ gradwat mill-Kunsill u mill-Kummissjoni ġie stabbilit sabiex jiggarantixxi korrezzjoni f'waqtha u dejjiema għad-defiċit eċċessiv u sabiex jippermetti detezzjoni bikrija tar-riskji jekk Stat Membru ma jikkonformax mar-regoli tal-Patt. Dan jinkludi l-analiżi li ssir kull ħarifa tal-abbozzi ta' pjan baġitarju tal-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-possibbiltà li l-Kummissjoni tipprovdi rakkomandazzjonijiet awtonomi lil dawk l-Istati Membri b'defiċit eċċessiv. Jinkludi wkoll il-ħtieġa li dawn il-pajjiżi tal-aħħar jippreżentaw Programmi ta' Sħubija Ekonomika li jiddeskrivu r-riformi fiskali-strutturali li jiġu implimentati biex tkun żgurata korreżżjoni effikaċi u dejjiema għal dak id-defiċit.

Sabiex ikompli ma' dan ta' hawn fuq, it-Two-Pack bena wkoll fuq id-Direttiva tas-Six-Pack dwar l-oqfsa baġitarji u introduċa elementi ulterjuri li jsaħħu l-oqfsa fiskali tal-Istati Membri taż-Żona tal-Euro: aktar enfasi fuq l-ippjanar ta' perjodu medju, proċessi baġitarji aktar sinkronizzati u aktar trasparenti, proċeduri biex jitkattar l-użu ta' previżjonijiet makroekonomiċi oġġettivi għall-ippjanar baġitarju, kif ukoll monitoraġġ indipendenti tal-konformità mar-regoli fiskali fil-livell nazzjonali.

Valutazzjoni

Kollox ma' kollox, ġie ppruvat li l-qafas riformat huwa effikaċi għat-tisħiħ tas-sorveljanza baġitarja u għaldaqstant biex jiggwida lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom f'kundizzjonijiet ekonomiċi diffiċli. Filwaqt li r-regoli ilhom fis-seħħ għal żmien pjuttost qasir u u huwa diffiċli wieħed jiddistingwi l-kontribut speċifiku tagħhom minn fatturi oħrajn li qed jixprunaw l-azzjonijiet ta' politika differenti, l-ewwel esperjenza tindika li r-regoli fiskali riformati tal-UE tabilħaqq kellhom rwol. Ġeneralment, sar progress fl-indirizzar tal-konsolidament fiskali, fejn id-defiċit fisakli medju tal-UE-28 niżel minn 4,5 % tal-PDG fl-2011 għal previżjoni ta' 3 % tal-PDG fl-2014.

Il-prestazzjoni skont il-parti preventiva  riformata tista' sa issa tiġi kkunsidrata bħala inkoraġġanti. L-aktar Stati Membri kkonċernati kisbu, jew għamlu progress xieraq lejn l-objettivi ta' terminu medju tagħhom (ara l-Anness 1.2). Sa issa għadha ma ġietx innutata xi devjazzjoni sinifikanti. Madankollu, huwa meta l-kundizzjonijiet ekonomiċi jitjiebu li se jkun possibbli li jkun jemm għarfien aħjar tal-effikaċja tal-parti preventiva, partikolarment rigward il-parametru referenzjarju tan-nefqa.

Skont il-parti korrettiva, il-korrezzjoni sostenibbli tad-defiċit eċċessiv kienet impressjonanti minn meta daħal fis-seħħ is-six-pack f'Diċembru 2011. F'dak iż-żmien, 23 minn 27 Stat Membru kienu suġġetti għal Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv (ara l-Anness 1.3). Sal-aħħar ta' Awwissu 2014, dan in-numru niżel għal 11 minn 28. L-esperjenza bil-parametru referenzjarju tad-dejn hija limitata, mhux l-inqas minħabba li r-regoli l-ġodda kienu jinkludu perjodu ta' tranżizzjoni sabiex il-parametru referenzjarju tad-dejn jidħol kompletament fis-seħħ. Minkejja dan, it-tħaddim tal-kriterju tad-dejn żied is-sensibilizzazzjoni dwar ir-relevanza tad-dejn għall-istabbiltà fiskali u offra inċentivi addizzjonali sabiex id-dejn jinġieb f'perkors sostenibbli. Il-miri tad-defiċit nominali u strutturali intermedji skont il-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv ippermettew li jingħata parir u jsir monitoraġġ dwar il-politiki li huma preċiżi u trasparenti. Dan taffa l-inċentivi negattivi li l-aġġustament strutturali jiġi differit għall-aħħar tal-perjodu u ppermetta li tiġi kkunsidrata l-inċertezza dwar ix-xenarju makroekonomiku sottostanti għar-rakkomandazzjoni. L-użu li sar mill-possibbiltà li r-rakomandazzjonijiet eżistenti jiġu adattati kien għal raġunijiet ġustifikati, u wera li kien partikolarment importanti biex jiġu adattati t-trajettorji ta' konsolidazzjoni f'ambjent li qed jinbidel b'pass mgħaġġel ħafna ta' dawn l-aħħar 10 snin. 

Minħabba li ma ġew imposti ebda sanzjonijietfuq pajjiżi li ma kinux konformi mar-regoli riformati tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, mhuwiex possibbli li jiġi vvalutat kompletament jekk tabilħaqq inkisibx l-objettiv ta' infurzar aktar effikaċi tas-sorveljanza baġitarja fiż-Żona tal-Euro. Madankollu wieħed jista' jgħid li l-elementi addizzjonali tas-sorveljanza baġitarja għall-Istati Membri taż-Żona tal-Euro introdotti mit-two-pack jidher li ġeneralment qdew l-objettiv tagħhom li jżidu mill-inqas il-pressjoni biex jiġi kkoreġut id-defiċit eċċessiv. Il-possibbiltà li l-Kummissjoni toħroġrakkomandazzjonijiet awtonomikienet żieda sinifikanti għall-monitoraġġ tal-Istati Membri b'defiċit eċċessiv, minħabba li se tippermetti għal gwida aktar bikrija għal pajjiżi b'defiċit eċċessiv. Dan ifisser detezzjoni aħjar tar-riskji u jippermetti li l-Istat Membru jikkunsidrahom u jadotta miżuri ta' prekawzjoni. Il-Programmi ta' Sħubija Ekonomikase jkabbru s-sensibilizzazzjoni ta' dawk li jfasslu l-politiki rigward ir-rabta u l-importanza tar-riformi strutturali għas-sostenibbiltà fiskali. Dan jeħtieġ li tinxteħet attenzjoni fuq il-Programmi ta' Sħubija Ekonomika biex jiġu speċifikament identifikati dawk il-miżuri eżistenti u potenzjalment neċessarji li jindirizzaw is-sostenibbiltà tal-korrezzjoni tad-defiċit.

Fil-ħarifa tal-2013, saret l-ewwel valutazzjoni trasparenti, komparabbli u indipendenti tal-Abbozzi ta' Pjan Baġitarju tal-Istati Membri kollha taż-Żona tal-Euro qabel ma ġew adottati l-baġits mill-Parlamenti nazzjonali.[6] Dan l-eżerċizzju jindika ċaqliq importanti fl-approċċ għas-sorveljanza fiskali minn valutazzjoni ex post għal gwida ex ante. Għaldaqstant dan jgħin biex jintlaħaq l-objettiv ta' integrazzjoni xierqa tar-rakkomandazzjoni ta' politika tal-UE fit-tħejjija baġitarja nazzjonali.

Barra minn hekk, l-isforz tat-Two-Pack biex issaħħaħ l-oqfsa fiskali tal-Istati Membri taż-Żona tal-Euro diġà pproduċiet titjib tanġibbli. L-ambitu u l-kwlità tal-ibbaġitjar annwali u l-ippjanar fiskali ta' perjodu medju ġie rivalutat. Dawn il-proċessi huma issa ġeneralment ibbażati fuq previżjonijiet makroekonomiċi prodotti b'mod indipendenti jew approvat. Il-proċessi ta' bbaġitjar nazzjonali fiż-Żona tal-Euro qed jiġu allinjati mal-objettivi intermedjarji stabbiliti fit-Two-Pack. Madwar iż-Żona tal-Euro ġew stabbiliti jew rinfurzati għadd ta' korpi fdati bil-liġi nazzjonali biex jagħmlu monitoraġġ indipendenti tar-rispett għar-regoli fiskli nazzjonali. Minħabba li l-maġġoranza ta' dawn il-korpi ma ġewx inkorporati reċentement, l-indipendenza, il-kredibbiltà u l-effikaċja tagħhom se jkollhom jiġu kkonfermati bil-prattika matul is-snin li ġejjin.

Ir-regoli ppermettew li jinstab bilanċ bejn ir-rekwiżiti ta' sostenibbiltà u stabilizzazzjoni ċiklika,inter alia, permezz tal-modulazzjoni tal-isforz fiskali skont kundizzjonijiet ekonomiċi u riskji ta' sostenibbiltà fil-parti preventiva u l-estensjoni ta' skadenzi biex issir korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv fil-parti krrettiva. Teżisti klawżola ta' salvagwardjakemm fil-parti preventiva kif ukoll fil-parti korrettiva sabiex tittratta sitwazzjonijiet eċċezzjonali li jikkostitwixxu theddidiet għall-ekonomiji taż-Żona tal-Euro jew għall-UE globalment.

2.2 Il-proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku

Objettivi

Fil-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku[7] s-sorveljanza tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri twessgħet lil hinn mill-kwistjonijiet baġitarji, inkluż għal żbilanċi esterni, il-kompetittività, il-prezzijiet tal-assi, u d-dejn intern u estern. L-objettivi taż-żewġ regolamenti li introduċew il-proċedura ta' żbilanċi Makroekonomiċi kienu li jiġi stabbilit qafas effikaċi għal (1) id-detezzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi, (2) il-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi u (3) l-infurzar effettiv tal-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-Żona tal-Euro.

Sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi, ġew introdotti dawn l-għodod li ġejjin:

Ir-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija huwa strument ta' skrinjar inizjali biex jidentifika dawk l-Istati Membri li għalihom hu meħtieġ skrutinju dettaljat (rieżami fil-fond) qabel jiġi konkluż jekk jeżistux żbilanċi jew żbilanċi eċċessivi. Ir-rapport jagħti wkoll kontribut biex jiġu identifikati l-kwistjonijiet ta' żbilanċ li huma ta' interess komuni li dwarhom tkun meħtieġa diskussjoni u koordinazzjoni fost l-Istati Membri permezz ta' tabella ta' valutazzjoni ta' indikaturi u sensiela ta' indikaturi awżiljarji (inkluż sett ta' indikaturi soċjali). Ir-rieżamijiet fil-fond jidentifikaw l-isfidi tal-politiki u l-alternattivi tal-politiki bil-għan li jħejju rakkomandazzjonijiet ta' politika, u jagħtu kontribut għad-djalogu mal-istituzzjonijiet tal-UE u mal-Istati Membri relevanti. Meta tkun qed tħajji r-rieżamijiet fil-fond, il-Kummissjoni tibbaża l-analiżi tagħha fuq sett għani ta' materjal analitiku. Abbażi tal-valutazzjoni u l-konklużjonijiet minn dawn ir-rieżamijiet fil-fond jistgħu jsegwu passi ulterjuri skont il-proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku, skont il-gravità tas-sitwazzjoni u r-riskji. Fil-parti preventivatal-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi, jekk jiġi identifikat żbilanċ, jistgħu jiġu adottati rakkomandazzjonijiet ta' politika, bħala parti mir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li l-Kummissjoni tippreżenta fl-aħħar tas-Semestru Ewropew. Proċedura ta' żbilanċ eċċessiv(il-parti korrettiva tal-proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku (macroeconomic imbalance procedure - MIP) tista' titnieda għall-Istati Membri li jkollhom żbilanċi eċċessivi. Skont il-parti korrettiva, l-Istati Membri kkonċernati huma mitluba jħejju pjanijiet ta' azzjoni korrettiva, li jsir monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tagħhom. Jistgħu jiġu imposti sanzjonijiet finanzjarji fuq l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro jekk il-pjanijiet korrettivi tagħhom ma jkunux xierqa fid-dawl tal-isfidi u jekk jinstab nuqqas fl-implimentazzjoni tagħhom.

Fl-2013, il-Kummissjoni saħħet id-dimensjoni soċjali tal-UEM billi żviluppat tabella ta' valutazzjoni importanti ta' indikaturi soċjali u dwar l-impjiegi u estendiet l-għadd ta' indikaturi oħra li jirfdu r-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija, bħar-rata ta' parteċipazzjoni, ir-rata ta' qgħad fit-tul, ir-rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ u r-rata ta' min hu fir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali. Qed jiġu introdotti indikaturi soċjali u dwar l-impjiegi fil-proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku biex jinkiseb għarfien aħjar tas-suq tax-xogħol u l-iżviluppi u r-riskji soċjali. Il-Kummissjoni se tiżgura wkoll li s-sħab soċjali Ewropej ikunu assoċjati aħjar mal-proċess tas-Semestru Ewropew.

Valutazzjoni

Filwaqt li l-għan tar-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija  u t-tabella ta' valutazzjoni tiegħumhuwiex li jipprova jagħmel identifikazzjoni mekkanistika tal-iżbilanċi, it-tabella ta' valutazzjoni wriet li tista' tkun għadda utli biex tipprovdi valutazzjoni inizjali tar-riskji u tal-korrezzjoni tal-iżbilanċi. Barra minn hekk, it-tabella ta' valutazzjoni kienet utili bħala strument ta' komunikazzjoni u obbligu ta' rendikont meta ssir ġustifikazzjoni għalfejn ikun meħtieġ, jew ma jkunx meħtieġ, li jsir skrutinju dettaljat tar-riskji makroekonomiċi ta' Stat Membru partikolari. It-tabella ta' valutazzjoni mhix għodda statika u ġie implimentat għadd ta' tibdiliet mill-Kummissjoni matul dawn l-aħħar tliet snin f'kooperazzjoni mal-Parlament u mal-Kunsill. Minkejja li hemm meritu f'li t-tfassil tat-tabella ta' valutazzjoni jinżamm relattivament stabbli, għadu meħtieġ li jsiru valutazzjonijiet regolari tal-indikaturi tat-tabella ta' valutazzjoni sabiex jitqiesu mhux biss l-iżviluppi fl-ekonomija u r-riskji relatati, iżda wkoll il-progress statistiku.

Ir-rieżamijiet fil-fondirriżultaw li huma parti qofol tal-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku. Dawn koprew l-aktar żbilanċi importanti f'kull ekonomija u l-mod kif dawn jista' jkollhom impatt fuq it-tkabbir, l-impjiegi u l-istabbiltà finazjarja fil-perjodu medju. Matul l-ewwel tliet ċikli annwali, il-Kummissjoni ppubblikat 42 rieżami fil-fond (2012: 12-il-Stat Membru, 2013: 14-il-Stat Membru, 2014: 17-il Stat Membru), għal total ta' 18-il Stat Membru.[8] Dan jirrifletti l-fatt li l-ewwel ċikli tal-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku saru f'kuntest ta' kriżi u rkupru, b'ħafna Stati Membri jiġu identifikati li qed jesperjenzaw żbilanċi (u ftit żbilanċi eċċessivi) li jeħtieġu analiżi dettaljata u spiss. Iż-żieda fl-għadd ta' (i) Stati Membri li ġew skrutinizzati f'rieżamijiet fil-fond, (ii) żbilanċi identifikati mill-Kummissjoni u (iii) żbilanċi eċċessivi ma tfissirx li r-riskji makroekonomiċi fl-UE żdiedu. Huma jirriflettu proċedura li qed timmatura progressivament, qed twessa' l-ambitu ta' interess, u tfittex li tidentifika żviluppi potenzjalment dannużi qabel ma jkollhom impatt fuq l-ekonomiji. Rigward il-mistoqsija dwar jekk il-proċedura kinitx effikaċi biex tidentifika l-kwistjonijiet ta' politika rilevanti, tatx kontribut biex isiru rakkomandazzjonijiet ta' politika xierqa, u biex isir il-monitoraġġ tagħhom u kellhiex impatt fuq id-dibattiti dwar il-politiki f'kull Stat Membru u l-UE in ġenerali, jeħtieġ li jiġi indikat li l-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku, flimkien ma elementi oħra ta' governanza ekonomika, tat kontribut għal għarfien kondiviż bejn l-Istati Membri tal-isifdi tal-politika speċifika u komuni tagħhom u r-rispons ta' politika. Madankollu, hemm bżonn li jsir titjib fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ta' politika rilevanti, u jinstabu l-għodod li jtejbu l-inċentivi biex l-Istati Membri jadottaw u jimplimentaw il-politiki meħtieġa.

Il-Proċedura ta' Żbilanċ Eċċessiv għadha ma ġietx implimentata sa issa. Fl-2013 u fl-2014, il-Kummissjoni identifikat l-ibilanċi eċċessivi ħames darbiet, ida ma ppreentatx proposta għall-istabbiliment formali tagħhom mill-Kunsill, għaldaqstant il-proċedura ma ġietx attivata. F'kull sena, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-politiki deskritti mill-gvernijiet rilevanti (Spanja u s-Slovenja fl-2013, u l-Italja, il-Kroazja u s-Slovenja fl-2014) fil-programmi nazzjonali tagħhom ta' riforma  u ta' stabbiltà (jew konverġenza) kienu xierqa għall-isfidi rispettivi identifikati fir-rieżamijiet fil-fond. Madankollu l-Kummissjoni, f'kull wieħed minn dawn il-każi, għamlet użu mill-flessibbiltà inerenti fil-qafas tal-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku biex tattiva monitoraġġ speċifiku u mill-qrib tal-implimentazzjoni tal-politika, li jagħti kontribut għall-pressjoni mill-pari, valutazzjoni tal-azzjoni fil-ħin reali u l-promożżjoni ta' azzjoni favur ir-riforma fl-Istati Membri[9].

2.3 Il-pajjiżi taż-Żona tal-Euro li għandhom diffikulatjiet fl-istabbiltà finanzjarja[10]

Objettivi

L-objettiv ewlieni tat-tieni regolament tat-two-pack huwa li jsaħħaħ il-monitoraġġ u s-sorveljanza għall-Istati Membri mhedda b'diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom, jew li qed jesperjenzawhom. Ir-regolament għandu l-għan li jistabbilixxi proċessi ta' sorveljanza li huma trasparenti, effikaċi, sempliċi, u prevedibbli għall-Istati Membri li jinsabu taħt sorveljanza msaħħa, għaddejjin mill-programm ta' aġġustament makroekonomiku u taħt sorveljanza ta' wara l-programm. Għall-Istati Membri fiż-Żona tal-Euro li jinsabu fi programm ta' aġġustament l-implimentazzjoni ta' proċeduri mod ieħor ripetuti fi strumenti preventivi, inkluż is-Semestru Ewropew, il-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku u r-regolament tat-two-pack l-ieħor, jiġu sospiżi. Dan jirrifletti inter alia li r-rwol tal-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku huwa li tkun proċedura preventiva, mhux strument ta' ġestjoni tal-kriżijiet.[11]

Valutazzjoni

L-Istati Membri fiż-Żona tal-Euro li kienu jirċievu assistenza finanzjarja marbuta mal-programm ta' aġġustament makroekonomiku fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament f'Mejju 2013 kienu l-Greċja, l-Irlanda, il-Portugall u Ċipru. Ċipru u l-Greċja, fejn il-programmi għadhom għaddejjin, irritornaw parzjalment lejn l-indikaturi aktar kmieni milli mistenni. Spanja talbet għal assistenza finanzjarja għar-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji biss, u ma kinitx soġġetta għal programm ta' aġġustament makroekonomiku. Sadanittant, l-Irlanda u l-Portugall irnexxielhom jispiċċaw il-programm ta' aġġustament makroekonomiku u daħlu fil-fai ta'sorveljanza ta' wara l-programm. Spanja hija wkoll soġġetta għal-sorveljanza ta' wara l-programm sa mit-tmiem tal-programm tas-settur finanzjarju f'Jannar 2014. It-tliet pajjiżi reġgħu kisbu aċċess sovran għas-suq b'rati ta' interess sostenibbli. Kollox ma' kollox, saru kisbiet konsiderevoli fit-tnaqqis tad-defiċit fiskali f'pajjiżi li jinsabu fi programm bħalissa u qabel, u d-dejn pubbliku ġenerali qed jistabbilizza.

Abbażi tal-esperjenza ma' dawn il-pajjiżi, is-sett ta' regoli integrat tabilħaqq iżid it-trasparenza, il-prevedibbiltà, il-prattikalità u l-effikaċja tas-sorveljanza u l-monitoraġġ tal-pajjiżi ta' Stati Membri li qed ikollhom diffikultajiet finanzjarji serji jew li huma mhedda minnhom. Madankollu, minħabba li r-Regolament daħal fis-seħħ biss wara li kienu diġà bdew il-programmi kollha kurrenti u kompleti, il-valutazzjoni tal-effikaċja hija neċessarjament inkompleta. B'mod partikolari, diversi dispożizzjonijiet tar-regolament huma rilevanti għall-perjodu li fih il-programmi huma żviluppati u negozjati. Fil-programmi eżistenti, dawn il-perjodi seħħu qabel ma daħal fis-seħħ ir-Regolament. L-effikaċja tar-regolament ma tistax għalhekk tiġi evalwata fir-rigward ta' dawn il-fażijiet aktar bikrin. Barra minn hekk, mhuwiex possibbli li ssir valutazzjoni tal-effettività tar-Regolament fir-rigward tas-sorveljanza msaħħa minħabba li ebda Stat Membru taż-Żona tal-Euro għadu ma tqiegħed taħt sorveljanza msaħħa. Il-kapaċità ta' valutazzjoni tal-effikaċja tas-sorveljanza ta' wara l-programm hija limitata wkoll mill-fatt li l-Irlanda, Spanja u l-Portugall ilhom taħt sorveljanza ta' wara l-programm għal inqas minn sena. L-effikaċja għaldaqstant tista' tiġi evalwata bir-reqqa biss fir-rigward ta' programmi ta' aġġustament makroekonomiku eżistenti. Minħabba l-iżviluppi ekonomiċi msemmija hawn fuq, il-programmi ta' aġġustament makroekonomiku kisbu l-objettivi tar-Regolament biex malajr jistabbilixxu mill-ġdid qagħda ekonomika u finanzjarja soda u sostenibbli u biex jirrestawraw l-aċċess għas-suq finanzjarju. Jekk fil-futur jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet l-oħrajn, ir-Regolament jipprevedi fost l-oħrajn titjib fl-informazzjoni tal-Parlament Ewropew u sett ta' rekwiżiti li jimmiraw biex jitqies aħjar l-impatt soċjali tal-programmi u jkun hemm protezzjoni aħjar tal-politiki fundamentali, bħall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni.

3. IL-KONVERĠENZA EKONOMIKA, IL-KSIB TAL-GĦANIJIET TAL-ISTRATEĠIJA TAL-UNJONI GĦAT-TKABBIR U L-IMPJIEGI U KOORDINAZZJONI EQREB TAL-POLITIKI EKONOMIĊI

Huwa diffiċli li ssir valutazzjoni tal-impatt tas-sistema riveduta tal-governanza ekonomika dwar il-konverġenza dejjiema minħabba li perjodu ta' żmien mill-introduzzjoni tal-leġiżlazzjoni l-ġdida huwa wisq qasir biex jinġibdu konklużjonijiet sinifikanti. L-esperjenza bil-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi hija eżempju tajjeb f'dan il-kuntest. Filwaqt li ħafna żbilanċi li jirrigwardaw "flussi", bħal defiċit fil-kont kurrenti, ġew indirizzati, dan għadu mhux il-każ għal żbilanċi ta' "stokk", bħall-obbligazzjonijiet esterni. Għaldaqstant, minkejja li għal ħafna pajjiżi kien hemm tnaqqis fir-riskji makroekonomiċi, valutazzjoni sinifikanti dwar jekk ir-rakkomandazzjonijiet fuq il-politiki li rriżultaw mill-proċedura tabilħaqq tawx kontribut biex jitjiebu t-tkabbir, l-impjiegi u l-istabbiltà finanzjarja teħtieġ perjodu ta' żmien ħafna itwal mill-esperjenza tal-proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku sa issa. B'mod partikolari t-test veru se jkun jekk l-istrument jistax ma jippermettix li jkun hemm akkumulazzjoni ta' żbilanċi u riskji matul żminijiet ekonomikament tajbin.

Minkejja dan, billi tiżgura koordinazzjoni ereb tal-politiki, is-sistema ta' governanza l-ġdida għandha tgħin biex titrawwem konverġenza fit-tkabbir u jinkisbu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 għal impjiegi u tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.[12] Barra minn hekk, billi ma tippermettix li jkun hemm akkumulazzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi kbar is-sistema ta' governanza l-ġdida għandha ttaffi dawk il-forzi li bħalissa qed jikkawżaw id-diverġenzi ċikliċi kbar bejn l-Istati Membri. Ir-Regolamenti tas-six-pack u tat-two-pack saħħew b'mod sinifikanti l-qafas ta' governanza tal-UE f'oqsma ta' politika differenti. Is-Semestru Ewropew jgħaqqad dawn l-għodod differenti f'qafas aktar wiesa' għal sorveljanza ekonomika u baġitarja integrata multilaterali, u s-simplifikazzjoni u t-tisħiħ tas-Semestru Ewropew 2015 kif stipulat fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-Kummissjoni għall-2015 se jkompli jtejjeb il-funzjonament tiegħu. [13]

Ir-relazzjonijiet bejn l-istrumenti differenti tas-sorveljanza ekonomika huma kumplessi u jillimitaw it-trasparenza tat-tfassil tal-politika, li min-naħa tiegħu jippreżenta sfidi għall-implimentazzjoni tiegħu, għall-komunikazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku ġenerali u għaldaqstant għar-responsabbiltà, il-leġittimità demokratika u l-obbligu ta' rendikont. Involviment xieraq tal-Parlamenti nazzjonali jibqa' kruċjali biex tiġi żgurata l-leġittimità tal-azzjonijiet tal-Istati Membri. Fil-livell tal-UE, il-Parlament Ewropew għandu rwol ewlieni xi jwettaq, primarjament permezz ta' "djalogi ekonomiċi", li żguraw li l-atturi istituzzjonali jinżammu regolarment rewponsabbli fir-rigward tal-kwistjonijiet ewlenin relatati mal-governanza ekonomika.

4. KONKLUŻJONI

Is-sistema ta' governanza ekonomika għaddiet minn tibdil profond fil-konsegwenzi li ħalliet warajha l-kriżi finanzjarja u ekonomika. Il-biċċiet differenti ta' leġiżlazzjoni dwar il-governanza kienu fil-qalba ta' din l-evoluzzjoni u saħħew b'mod sinifikanti l-istruttura attwali tal-governanza. Kollox ma' kollox, id-defiċits naqsu bir-riżultat li ħafna pajjiżi ħarġu mill-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv u l-iżbilanċi qed jiġu kkoreġuti. Madankollu, it-tkabbir għadu fraġli filwaqt li l-isfidi ekonomiċi għadhom kbar.

Minħabba ż-żmien limitat minn meta daħlet fis-seħħ, l-esperjenza bl-applikazzjoni ta' din is-sistema l-ġdida ta' governanza ekonomika kienet limitata u għadd ta' strumenti speċifiċi għandhom ma ġewx ittestjati. Barra minn hekk, is-sistema sa issa ġiet applikata fil-(konsegwenzi ta') kriżi ekonomika finanzjarja, li tillimita l-possibbiltajiet li wieħed jiġġudika l-effikaċja tas-sistema taħt ċirkostanzi ekonomiċi aktar sani. Tabilħaqq, l-effikaċja tas-sistema fil-parti l-kbira tiddependi fuq it-tħaddim tajjeb tal-parti preventiva tagħha, li hija preċiżament dak li għad irid jiġu ppruvat fi żminijiet ekonomiċi aħjar.

Dan ir-rieżami rrevela xi qawwiet kif ukoll oqsma possibbli għal-titjib, li jirrgwardaw it-trasparenza u l-kumplessità tat-tfassil tal-politika, u l-impatt tagħhpm fuq it-tkabbir, l-iżbilanċi u l-konverġenza. Il-Kummissjoni qed tippjana li tiddiskuti dawn mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fix-xhur li ġejjin. Ta' min jinnota li l-Kummissjoni beħsiebha tieħu għadd ta' passi biex titjieb l-applikazzjoni tas-sistema ta' governanza ekonomika anki fis-Semestru Ewropew tal-2015. 

 

ANNESS 1: SORVELJANZA BAĠITARJA

1.1 Bidliet fil-parti preventiva u dik korrettiva tal-PST mir-riformi tal-2011 (b’tipa korsiva) fir-rekwiżiti eżistenti

Objettiv || Speċifikazzjoni || Perkors ta’ aġġustament || Speċifikazzjoni ta’ infurzar

Il-parti preventiva

Ir-rekwiżit ta’ pożizzjoni qrib il-bilanċ jew f’bilanċ pożittiv || OTM speċifiku għall-pajjiż f’termini strutturali: - jipprovdi marġni ta’ sigurtà fir-rigward tal-limitu tad-defiċit ta’ 3 % - jiġi żgurat progress rapidu lejn is-sostenibbiltà - jingħata spazju għal immanuvrar baġitarju Għaż-Żona tal-Euro, u l-Istati Membri tal-ERMII: limiti ta’ - 1 % tal-PDG Valur referenzjarju tan-nefqa: in-nefqa netta mill-miżuri diskrezzjonali għandha tikber ≤ il-PDG potenzjali fuq terminu medju || 0,5 % tal-PDG bħala punt referenzjarju: - Aktar fi żminijiet tajbin - Anqas fi żminijiet iebsa > 0,5 % jekk id-dejn ikun 'il fuq minn 60 % jew jekk ikun hemm riskji qawwija għas-sostenibbiltà Devjazzjoni temporanja mill-perkors ta' aġġustament permessa fil-każ ta': - L-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali maġġuri b’impatt verifikabbli fuq is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi - enfasi fuq ir-riforma tal-pensjonijiet - Avveniment mhux tas-soltu barra mill-kontroll tal-Istat Membru kkonċernat b’impatt maġġuri fuq il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu - Tnaqqis ekonomiku serju għaż-Żona tal-Euro jew tal-UE kollha kemm hi sakemm dan ma jipperikolax is-sostenibilità fiskali fuq terminu medju || Proċedura għall-korrezzjoni ta' devjazzjoni sinifikanti (0,5 % f’sena waħda jew b’mod kumulattiv matul sentejn (2) mill-OTM jew il-pjan ta’ aġġustament) Għaż-Żona tal-Euro: sanzjonijiet finanzjarji f’każ ta’ nuqqas ripetut ta’ konformità (depożitu li jħalli l-imgħax ta’ 0,2 % tal-PDG)

Fergħa korrettiva

Jiġi kkoreġuti żbalji serji ta' politika || Jiġu stabbiliti limiti: - Defiċit ta' 3 % tal-PDG - Dejn ta’ 60 % tal-PDG jew li jkun qiegħed jonqos b'mod suffiċjenti Definizzjoni ta’ tnaqqis suffiċjenti = ir-rispett tal-livell referenzjarju ta' tnaqqis tad-dejn Livell referenzjarju għat-tnaqqis tad-dejn = tnaqqis ta’ 5 % kull sena bħala medja fuq tliet snin tad-distakk għal 60 % filwaqt li jittieħed f'kunsiderazzjoni ċ-ċiklu, jew li tintlaħaq il-konformità fis-sentejn li jkunu ġejjin. (Perjodu ta’ tranżizzjoni għall-Istati Membri fil-PDE mad-dħul fis-seħħ (Diċembru 2011) għal tliet snin wara l-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv.) || Titjib annwali minimu ta’ mill-inqas 0,5 % tal-PDG bħala punt referenzjarju f’termini strutturali Estensjoni possibbli ta’ skadenza: - Jekk tkun ittieħdet azzjoni effettiva u jekk iseħħu avvenimenti ekonomiċi negattivi mhux mistennija b’konsegwenzi sfavorevoli maġġuri għall-finanzi tal-gvern - F’każ ta’ tnaqqis ekonomiku gravi fiż-Żona tal-Euro jew fl-Unjoni kollha kemm hi, sakemm dan ma jipperikolax is-sostenibbiltà fiskali fuq terminnu medju || Għaż-Żona tal-Euro: Sistema ta’ sanzjonijiet kmieni u gradwali li tiġi attivata f’kull stadju tal-proċedura tal-PDE

1.2 Il-bilanċ strutturali u l-OTM għal pajjiżi fil-fergħa preventiva

1.3 L-għadd ta' Stati Membri tal-UE taħt il-EDP

1.4 Sforz strtutturali rakkomandat mill-Kunsill fir-rakkomandazzjonijiet tal-EDP (punti perċentwali tal-PDG)

|| || 2009 || 2010 || 2011 || 2012 || 2013 || 2014 || 2015 || 2016

IE || 27/04/2009 || || 1.5 || 1.5 || 1.5 || 1.5 || || ||

02/12/2009 || || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || ||

07/12/2010 || || || 1,91 || 1,91 || 1,91 || 1,91 || 1,91 ||

FR || 27/04/2009 || || 1 || 1 || 1 || || || ||

02/12/2009 || || 1,12 || 1,12 || 1,12 || 1,12 || || ||

21/06/2013 || || || || || 1.3 || 0.8 || 0.8 ||

ES || 27/04/2009 || || 1.25 || 1.25 || 1.25 || || || ||

02/12/2009 || || 1.6 || 1.6 || 1.6 || 1.6 || || ||

10/07/2012 || || || || 2.7 || 2.5 || 1.9 || ||

21/06/2013 || || || || || 1.1 || 0.8 || 0.8 || 1.2

MT || 16/02/2010 || || || 0.75 || || || || ||

21/06/2013 || || || || || 0.7 || 0.7 || ||

BE || 02/12/2009 || || 0.75 || 0.75 || 0.75 || || || ||

21/06/2013 || || || || || 1 || || ||

DE || 02/12/2009 || || 0.5 || 0.5 || 0.5 || 0.5 || || ||

IT || 02/12/2009 || || 0.5 || 0.5 || 0.5 || || || ||

NL || 02/12/2009 || || || 0.75 || 0.75 || 0.75 || || ||

21/06/2013 || || || || || 0.6 || 0.7 || ||

AT || 02/12/2009 || || || 0.75 || 0.75 || 0.75 || || ||

PT || 02/12/2009 || || 1.25 || 1.25 || 1.25 || 1.25 || || ||

09/10/2012 || || || || 2.3 || 1.6 || 1.3 || ||

21/06/2013 || || || || || 0.6 || 1.4 || 0.5 ||

SI || 02/12/2009 || || 0.75 || 0.75 || 0.75 || 0.75 || || ||

21/06/2013 || || || || || 0.7 || 0.5 || 0.5 ||

SK || 02/12/2009 || || 1 || 1 || 1 || 1 || || ||

UK || 08/07/2008 || 0.5 || || || || || || ||

24/03/2009 || || 1 || 1 || 1 || 1 || || ||

02/12/2009 || || 1.75 || 1.75 || 1.75 || 1.75 || 1.75 || ||

LV || 07/07/2009 || || 2.75 || 2.75 || 2.75 || || || ||

PL || 07/07/2009 || || 1.25 || 1.25 || 1.25 || || || ||

21/06/2013 || || || || || 0.8 || 1.3 || ||

02/12/2013 || || || || || || 1 || 1.2 ||

LT || 07/07/2009 || 1.5 || 1.5 || 1.5 || || || || ||

16/02/2010 || || 2.25 || 2.25 || 2.25 || || || ||

RO || 07/07/2009 || || 1.5 || 1.5 || || || || ||

16/02/2010 || || 1.75 || 1.75 || 1.75 || || || ||

CZ || 02/12/2009 || || 1 || 1 || 1 || 1 || || ||

BG || 13/07/2010 || || || 0.75 || || || || ||

DK || 13/07/2010 || || || 0.5 || 0.5 || 0.5 || || ||

Sforz medju annwali. Il-kaxxi l-griżi indikaw il-miri annwali. Il-Greċja u Ċipru mhux inklużi (l-isforz fiskali ġie espress f’bidliet f’bilanċ primarju (għall-Greċja) jew valur nominali ta’ miżuri (għal Ċipru) Noti: 1 Rakkomandazzjoni espressa f'termini kumulattivi matul il-perjodu sħiħ tal-PDE. 2 "Aktar minn 1 % tal-PDG"

1.5 Opinjonijiet tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2013 dwar l-abbozzi ta' pjani baġitarji

Pajjiż || Konformità kumplessiva tal-Abbozz ta' Pjan Baġitarju mal-PST || Konformità kumplessiva mar-riformi fiskali-strutturali fir-rapporti speċifiċi għall-pajjiżi (CSRs) tal-2013

Konklużjoni kumplessiva bbażata fuq il-Previżjoni tal-ħarifa 2013 tal-Kummissjoni || Konformità mal-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv 2013/2014 || Konformità mar-rekwiżiti tal-Parti Preventiva fl-2014 || Konklużjoni kumplessiva dwar il-progress fir-riformi fiskali-strutturali || Progress fir-riformi individwali b’reazzjoni għall-parti strutturali tas-CSR fiskali minn Ġunju 2013

BE || Ġeneralment konformi || Korrezzjoni dejjiema tad-defiċit eċċessiv fl-2013 || Xi devjazzjoni mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-OTM || Sar progress limitat || Ittieħdet azzjoni limitata: Arranġamenti espliċiti ta’ koordinazzjoni bejn il-livelli federali u sottofederali

DE || Konformi || n.r. || L-OTM maqbuż || L-ebda progress || Ma ttieħdet l-ebda azzjoni fuq il-partijiet strutturali tas-CSR fiskali

EE || Konformi || n.r. || L-OTM milħuq || Xi progress || Sar progress: Regola tal-bilanċ baġitarju Ittieħdet azzjoni limitata: Regoli u limiti massimi fuq in-nefqa pluriennali

ES || Riskju ta’ nuqqas ta’ konformità || Sar l-isforz fiskali fl-2013, dak tal-2014 huwa f'riskju || n.r. || Sar xi progress* || Sar progress: Istituzzjoni fiskali indipendenti; arretrati tas-settur pubbliku; skemi ta’ indiċizzazzjoni; sistema tal-pensjonijiet; riforma tal-amministrazzjoni pubblika; nefqa fuq is-sistema tas-saħħa; Ittieħdet azzjoni limitata: Analiżi komprenżiva tan-nefqa; rieżami tas-sistema tat-taxxa

FR || Konformi mingħajr marġini || L-isforz fiskali sar kemm fl-2013 kif ukoll fl-2014 || n.r. || Sar progess limitat* || Sar progress: Sistema tal-pensjonijiet Ittieħdet azzjoni limitata: Analiżi tal-infiq; sistema tat-taxxa; deċentralizzazzjoni

IT || Riskju ta’ nuqqas ta’ konformità || n.r. || Konformità mal-valur referenzjarju tad-dejn fl-2013, dak tal-2014 f’riskju || Sar progress limitat || Ittieħdet azzjoni limitata: Nefqa pubblika; politika tat-taxxa

LU || Riskju ta’ nuqqas ta’ konformità || n.r. || Devjazzjoni sinifikanti mill-OTM || Xi progress || Sar progress: Qafas baġitarju għal terminu medju

MT || Riskju ta’ nuqqas ta’ konformità || Mira ewlenija milħuqa fl-2013, sforz fiskali f’riskju kemm fl-2013 kif ukoll fl-2014 || n.r. || Sar progess limitat* || Sar progress: Qafas fiskali; effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika (għadhom jeżistu riskji ta’ adozzjoni u ta’ implimentazzjoni); sistema tas-saħħa (infomazzjoni inkonklużiva) Ittieħdet azzjoni limitata: Sistema tal-pensjonijiet

NL || Konformi mingħajr marġini || L-isforz fiskali sar kemm fl-2013 kif ukoll fl-2014 || n.r. || Sar xi progress* || Sar progress: Qafas fiskali; is-suq tal-proprjetà (implimentazzjoni ta’ riformi passati) Ittieħdet azzjoni limitata: Sistema tal-pensjonijiet; krediti u benefiċċji tat-taxxa

AT || Ġeneralment konformi || Korrezzjoni dejjiema tad-defiċit eċċessiv fl-2013 || Xi devjazzjoni mill-pjan ta’ aġġustament lejn l-OTM || Xi progress || Sar progress: Sistema tal-pensjonijiet; is-suq tax-xogħol Ittieħdet azzjoni limitata: L-irbit tal-benefiċċji tal-pensjoni mal-bidliet fl-istennija tal-għomor; armonizzazzjoni tal-etajiet tal-pensjoni

SI || Konformi mingħajr marġini || L-isforz fiskali sar kemm fl-2013 kif ukoll fl-2014 || n.r. || Sar progess limitat* || Sar progress: Sistema tat-taxxa; qafas fiskali; kura fit-tul Ittieħdet azzjoni limitata: Sistema tal-pensjonijiet

SK || Ġeneralment konformi || Il-korrezzjoni dejjiema tinsab f’riskju fl-2014 - l-isforz fiskali sar || Xi devjazzjoni mill-pjan ta’ aġġustament lejn l-OTM || Sar progress limitat || Sar progress: Sistema tat-taxxa (ġbir) Ittieħdet azzjoni limitata: Sistema tal-pensjonijiet; politika tat-taxxa; sistema tas-saħħa; regoli baġitarji

FI || Riskju ta’ nuqqas ta’ konformità || n.r. || Devjazzjoni sinifikanti mill-pjan ta’ aġġustament lejn l-OTM, ksur mil-limitu massimu ta’ 60 % fl-2014 || Sar xi progress || Sar progress: Effiċjenza tas-settur pubbliku; finanzi tas-settur muniċipali; riforma tal-pensjonijiet

ANNESS 2: PROĊEDURA TA’ ŻBILANĊI MAKROEKONOMIĊI 2.1 Ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati tal-applikazzjoni tal-MIP

|| Konklużjonijiet tar-AMRs || Il-konklużjoni wara r-rapporti fil-fond (IDRs) || Kummenti

Żbilanċi || li minnhom żbilanċi eċċessivi

Fil-fehma tal-Kummissjoni || Rakkomandat mill-Kummissjoni biex jiġi stabbilit mill-Kunsill || Stabbilit formalment mill-Kunsill

2012 || Għandhom jitħejjew IDRs għal 12-il Stat Membru: BE, BG, DK, ES, FR, IT, CY, HU, SI, SE, FI, UK. Ma hemmx il-ħtieġa ta' IDR (għalhekk l-ebda żbilanċ) għal 11-il Stat Membru: CZ, DE, EE, LV, LT, LU, MT, NL, PL, AT, SK. Pajjiżi tal-programm (4): EL, IE, PT, RO.  || L-Istati Membri kollha (12) li għalihom tħejja IDR. || L-ebda. || L-ebda. || L-ebda. || Il-każijiet ta’ Ċipru u ta' Spanja kienu fil-limitu (il-Kummissjoni ddeskriviet l-iżbilanċi f’dawn il-pajjiżi bħala serji ħafna). Peress li ż-żewġ pajjiżi talbu assistenza finanzjarja (għalkemm ta’ natura differenti) ftit wara, wieħed jista’ jsostni, bil-benefiċċju tal-esperjenza miksuba, li kellu jiġi identifikat żbilanċ eċċessiv. Il-Kummissjoni kkaratterizzat l-iżbilanċi fi Franza, l-Italja, l-Ungerija u s-Slovenja bħala serji.

2013 || Għandhom jitħejjew IDRs għal 14-il Stat Membru: BE, BG, DK, ES, FR, IT, HU, CY, MT (ġdid), NL (ġdid), SI, SE, FI, UK. Ma hemmx il-ħtieġa ta' IDR (għalhekk l-ebda żbilanċ) għal disa' Stati Membri:  CZ, DE, EE, LV, LT, LU, PL, AT, SK. Pajjiżi tal-programm (5): EL, IE, PT, RO, u ftit wara l-pubblikazzjoni tal-AMR: CY. ES ma tqisitx bħala pajjiż tal-programm minħabba n-natura settorjali tal-programm ta’ aġġustament tagħha u l-assistenza finanzjarja. || L-Istati Membri kollha (13) li għalihom tħejja IDR. || ES, SI. || L-ebda. || L-ebda. || Ma tħejja effettivament l-ebda IDR għal Ċipru, peress li ntlaħaq ftehim dwar l-assistenza finanzjarja bejn il-pubblikazzjoni tal-AMR u tal-IDRs. Il-Kummissjoni ddeskriviet l-iżbilanċi fi Franza, l-Italja u l-Ungerija bħala li jinħtieġu azzjonijiet deċiżivi ta' politika. Minkejja l-identifikazzjoni ta’ żbilanċi eċċessivi fis-Slovenja u fi Spanja fl-2013 il-parti korrettiva fis-sens tal-MIP ma ntużax, minħabba l-kwalità tar-reazzjoni ta' politika deskritta fil-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom u l-programmi ta’ stabbiltà. Minflok, il-Kummissjoni bdiet monitoraġġ speċifiku, iżda informali, għal dawn iż-żewġ Stati Membri u żammet miftuħa l-possibbiltà li tiskatta l-parti korrettiva fi stadju aktar tard.

2014 || Għandhom jitħejjew IDRs għal 17-il Stat Membru: BE, BG, DE (ġdid), DK, IE (ġdid, wara t-tlestija b’suċċess tal-programm ta’ aġġustament u l-integrazzjoni mill-ġdid f’proċeduri standard), ES, FR, HR (ġdid, wara l-adeżjoni), IT, LU (ġdid), HU, MT, NL, SI, SE, FI, UK. Mhu meħtieġ l-ebda IDR (għalhekk l-ebda żbilanċ): għal 7 Stati Membri: CZ, EE, LV, LT, PL, AT, SK. Pajjiżi tal-programm (4): EL, CY, PT, RO || L-Istati Membri kollha li għalihom tħejja IDR, ħlief DK, MT u LU, li għalihom ma nstab l-ebda żbilanċ (14). || IT, HR, SI. || L-ebda. || L-ebda. || Il-Kummissjoni ddeskriviet l-iżbilanċi fl-Irlanda, Spanja, Franza, l-Italja u l-Ungerija bħala li jinħtieġu azzjonijiet deċiżivi ta' politika. Din kienet l-ewwel darba għal għadd ta’ passi: -- "deeskalazzjoni" fil-proċedura ma’ Spanja b'ċaqlieq minn żbilanċ eċċessiv għal żbilanċ. -- ma ġew identifikati l-ebda żbilanċi abbażi ta' IDR fi tliet każijiet: (DK, LU, MT). -- għall-ewwel darba tħejja IDR fundamentalment minħabba surplus kbir ħafna fil-kont kurrenti (għall-Ġermanja) -- pajjiż barra mill-programm (l-Irlanda) ġie integrat mill-ġdid fil-MIP. Bħal fl-2013, il-fergħa korrettiva ma skattatx peress li l-Kummissjoni kkunsidrat il-miżuri ppreżentati fil-PNR u fil-Programmi ta’ Stabbiltà u Konverġenza bħala ambizzjużi biżżejjed. Minflok, il-Kummissjoni ħabbret monitoraġġ speċifiku tal-implimentazzjoni tal-politika għall-Italja, il-Kroazja u s-Slovenja (żbilanċi eċċessivi), iżda wkoll għall-Irlanda u Spanja (li jiddependi fuq sorveljanza ta’ wara l-programm) u Franza.

2.2 In-natura tal-iżbilanċi u l-iżbilanċi eċċessivi identifikati fiċ-ċikli tal-2012-2014

|| Sena || In-natura tal-iżbilanċi

BE || 2012 || Żbilanċ: L-iżviluppi makroekonomiċi fl-oqsma tal-kompetittività esterna tal-prodotti u tad-dejn, speċjalment il-livell għoli tad-dejn pubbliku, jistħoqqilhom attenzjoni ulterjuri biex jitnaqqas ir-riskju ta’ effetti negattivi fuq il-funzjonament tal-ekonomija.

|| 2013 || Żbilanċ: Żviluppi makroekonomiċi fl-oqsma tal-kompetittività esterna tal-prodotti u tad-dejn, speċjalment li jikkonċernaw l-implikazzjonijiet tal-livell għoli ta’ dejn pubbliku għall-ekonomija reali, għadhom jistħoqqilhom l-għoti ta' attenzjoni.

|| 2014 || Żbilanċ: L-iżviluppi fir-rigward tal-kompetitività esterna tal-oġġetti għadha jistħoqqilha l-attenzjoni peress li deterjorazzjoni persistenti tkun ta' theddida għall-istabbilità makroekonomika.

BG || 2012 || Żbilanċ: il-livell tad-dejn estern kif ukoll ċerti żviluppi makroekonomiċi relatati mal-proċess ta’ diżingranaġġ tas-settur korporattiv u l-proċess ta’ aġġustament permezz tas-swieq tax-xogħol, jistħoqqilhom ċerta attenzjoni biex jitnaqqas ir-riskju ta’ effetti negattivi fuq il-funzjonament tal-ekonomija.

|| 2013 || Żbilanċ: l-impatt tad-diżingranaġġ fis-settur korporattiv kif ukoll l-aġġustament kontinwu ta’ pożizzjonijiet esterni, il-kompetittività u s-swieq tax-xogħol jixirqilhom li jkomplu jingħataw attenzjoni.

|| 2014 || Żbilanċ: l-aġġustament estiż tas-suq tax-xogħol jeħtieġ azzjonijiet deċiżivi, filwaqt li l-korrezzjoni tal-pożizzjoni esterna u d-diżingranaġġ korporattiv mexjin tajjeb ’il quddiem.

DK || 2012 || Żbilanċ: ċerti żviluppi makroekonomiċi, notevolment dawk li jirfdu l-kompetittività esterna u r-riskji potenzjali relatati mad-dejn tal-unitajiet domestiċi, jistħoqqilhom ċerta attenzjoni biex jitnaqqas ir-riskju ta’ effetti negattivi fuq il-funzjonament tal-ekonomija.

|| 2013 || Żbilanċ: l-aġġustament kontinwu fis-suq tal-akkomodazzjoni u l-livell għoli ta’ djun fejn jolqot fid-djar u s-settur privat kif ukoll il-muturi tal-kompetittività esterna, jistħoqqilhom li jkomplu jingħataw attenzjoni.

|| 2014 || Ma għadux żbilanċ fis-sens tal-MIP: L-aġġustament fis-suq tal-akkomodazzjoni u l-implikazzjonijiet ta’ dejn għoli tas-settur privat għall-ekonomija reali u l-istabbiltà tas-settur finanzjarju jidhru stabbli. Madankollu, dawn l-iżviluppi, kif ukoll il-muturi tal-kompetittività esterna jistħoqqilhom monitoraġġ kontinwu.

DE || 2014 || Żbilanċ: il-kont kurrenti irreġistra b'mod persistenti bilanċ pożittiv kbir ħafna, li jirrifletti kompetittività qawwija filwaqt li ammont kbir ta' tifdil ġie investit barra l-pajjiż. Huwa wkoll sinjal li t-tkabbir domestiku baqa' mrażżan u jista' jkun li r-riżorsi ekonomiċi ma ġewx allokati b’mod effiċjenti. Għalkemm il-bilanċ pożittiv ma joħloqx riskji simili għal defiċits kbar, id-daqs u l-persistenza tal-bilanċ pożittiv fil-kont kurrenti tal-Ġermanja jimmeritaw attenzjoni mill-qrib ħafna. Il-ħtieġa ta’ azzjoni sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-effetti ħżiena fuq il-funzjonament tal-ekonomija domestika u taż-żona tal-euro hija ta' importanza partikolari minħabba d-daqs tal-ekonomija Ġermaniża.

IE || 2014 || L-iżbilanċi li jirrekjedu monitoraġġ speċifiku u azzjoni politika deċiżiva: l-iżviluppi fis-settur finanzjarju, id-dejn tas-setturi pubbliċi u privati, u, marbuta magħhom, l-obbligazzjonijiet esterni għolja grossi u netti u s-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol ifissru li r-riskju għadhom preżenti.

ES || 2012 || Żbilanċ serju ħafna: l-iżviluppi makroekonomiċi, notevolment dawk relatati mal-livell sinifikanti ta’ dejn tas-settur privat, il-pożizzjoni negattiva kbira esterna u s-settur finanzjarju, li ġew influwenzati mill-iżviluppi fis-suq tal-akkomodazzjoni, jeħtieġu monitoraġġ mill-qrib u attenzjoni urġenti tal-politika ekonomika, bil-għan li jiġu evitati xi effetti negattivi fuq il-funzjonament tal-ekonomija u tal-unjoni ekonomika u monetarja.

|| 2013 || Żbilanċ eċċessiv: il-livelli għolja ħafna ta' dejn domestiku u estern ikomplu joħolqu riskji għat-tkabbir u l-istabbiltà finanzjarja. L-azzjoni politika deċiżiva fil-livell tal-UE u minn Spanja wasslet għal aġġustament viżibbli tal-flussi, tnaqqis fl-ispejjeż ta’ finanzjament u tnaqqis fir-riskji immedjati.

|| 2014 || L-iżbilanċi li jirrekjedu monitoraġġ speċifiku u azzjoni politika deċiżiva: F’diversi dimensjonijiet, l-aġġustament tal-iżbilanċi identifikati s-sena l-oħra bħala eċċessivi mexa 'l quddiem u r-ritorn lejn tkabbir pożittiv naqqas ir-riskji. Madankollu, il-kobor u n-natura interkonnessa tal-iżbilanċi, b’mod partikolari l-livelli għolja ta' dejn domestiku u estern, ifissru li r-riskji għadhom preżenti. Il-Kummissjoni se tkompli twettaq monitoraġġ speċifiku tal-politiki rakkomandati mill-Kunsill lill-Spanja fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, u se tagħti rapport regolari lill-Kunsill u lill-Grupp tal-Euro"Review of Progress on Policy Measures Relevant for the Correction of Macroeconomic Imbalances", 2. Dan il-monitoraġġ se jiddependi fuq sorveljanza ta’ wara l-programm.

FR || 2012 || Żbilanċ serju: ċerti żviluppi makroekonomiċi fl-oqsma tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni u l-kompetittività jistħoqqilhom ċerta attenzjoni sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ effetti negattivi fuq il-funzjonament tal-ekonomija.

|| 2013 || L-iżbilanċi li jirrekjedu monitoraġġ speċifiku u azzjoni deċiżiva ta' politika: id-deterjorament fil-bilanċ kummerċjali u fil-livelli ta’ kompetittività, it-tnejn xprunati minn fatturi marbuta mal-kostijiet u dawk li mhumiex, fuq sfond ta’ pożizzjoni esterna li dejjem sejra għall-agħar u dejn pubbliku għoli, jistħoqqilhom li jkomplu jingħataw attenzjoni. Il-ħtieġa ta’ azzjoni sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-effetti ħżiena fuq il-funzjonament tal-ekonomija Franċiża u tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, hija ta' importanza partikolari l-aktar minħabba d-daqs tal-ekonomija Franċiża.

|| 2014 || L-iżbilanċi li jirrekjedu monitoraġġ speċifiku u azzjoni deċiżiva ta' politika: id-deterjorament fil-bilanċ kummerċjali u fil-kompettitività kif ukoll l-implikazzjonijiet tal-livell għoli ta' dejn tas-settur pubbliku għandhom bżonn attenzjoni politika kontinwa. Il-ħtieġa ta’ azzjoni deċiżiva sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-effetti ħżiena fuq il-funzjonament tal-ekonomija Franċiża u taż-Żona tal-Euro hija partikolarment importanti l-aktar minħabba d-daqs tal-ekonomija Franċiża u l-effetti potenzjali li jinxterdu fuq il-funzjonament taż-Żona tal-Euro. Minħabba li diġà nħasset il-ħtieġa għal azzjoni politika fl-IDR tal-2013, il-Kummissjoni beħsiebha twaqqaf monitoraġġ speċifiku tal-politiki rakkomandati mill-Kunsill lil Franza fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, u se tagħti rapport regolari lill-Kunsill u lill-Grupp tal-Euro.

HR || 2014 || Żbilanċ eċċessiv: hija meħtieġa attenzjoni politika minħabba l-vulnerabbiltajiet li jinqalgħu minn obbligazzjonijiet esterni sostanzjali, prestazzjoni dejjem tonqos fl-esportazzjoni, kumpaniji b'ingranaġġ qawwi u dejn tal-gvern ġenerali dejjem jikber, dawn kollha f’kuntest ta’ livell baxx ta' tkabbir u nuqqas ta’ kapaċità ta’ aġġustament.

IT || 2012 || Żbilanċ serju: l-iżviluppi makroekonomiċi fil-qasam tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni jistħoqqilhom ċertu attenzjoni billi l-Italja ilha titlef il-kompetittività esterna tagħha sa mill-adozzjoni tal-euro. Minħabba l-livell għoli ta’ dejn pubbliku, it-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir għandu jitqies bħala prijorità ewlenija biex jitnaqqas ir-riskju ta’ effetti negattivi fuq il-funzjonament tal-ekonomija.

|| 2013 || L-iżbilanċi li jirrekjedu monitoraġġ speċifiku u azzjoni deċiżiva ta' politika: il-prestazzjoni fl-esportazzjoni u t-telf sottostanti tal-kompetittività kif ukoll id-dejn pubbliku għoli f’ambjent ta’ tkabbir imrażżan jistħoqqilhom li jkomplu jingħataw attenzjoni f’aġenda wiesgħa ta’ riforma sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ effetti negattivi fuq il-funzjonament tal-ekonomija Taljana u tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, notevolment minħabba d-daqs tal-ekonomija Taljana.

|| 2014 || Żbilanċ eċċessiv: l-implikazzjonijiet tal-livell għoli ħafna ta’ dejn pubbliku u kompetittività esterna dgħajfa, it-tnejn fl-aħħar mill-aħħar dovuti għat-tkabbir staġnat tal-produttività fuq perjodu estiż, jistħoqqilhom attenzjoni politika urġenti. Il-ħtieġa ta’ azzjoni deċiżiva sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-effetti ħżiena fuq il-funzjonament tal-ekonomija Taljana u taż-Żona tal-Euro hija partikolarment importanti l-aktar minħabba d-daqs tal-ekonomija Taljana.

CY || 2012 || Żbilanċ serju ħafna: l-iżviluppi makroekonomiċi skont kif riflessi fil-kont kurrenti, fil-finanzi pubbliċi u fis-settur finanzjarju jirrikjedu monitoraġġ mill-qrib u attenzjoni urġenti tal-politika ekonomika, bil-għan li jiġu evitati kwalunkwe effetti negattivi fuq il-funzjonament tal-ekonomija u tal-unjoni ekonomika u monetarja (UEM)

HU || 2012 || Żbilanċ serju: ċerti żviluppi makroekonomiċi bħalma huma d-daqs negattiv ħafna tal-pożizzjoni tal-investiment internazzjonali nett u d-dejn pubbliku, jistħoqqilhom attenzjoni mill-qrib ħafna biex jitnaqqsu r-riskji kbar ta’ effetti negattivi fuq il-funzjonament tal-ekonomija.

|| 2013 || L-iżbilanċi li jirrekjedu monitoraġġ speċifiku u azzjoni deċiżiva ta' politika: l-aġġustament kontinwu tal-pożizzjoni internazzjonali nettament negattiva, imbuttata l-aktar mid-diżingranaġġ tas-settur privat fil-kuntest ta' dejn pubbliku qawwi u ambjent dgħajjef ta' negozju għadhom jistħoqqilhom attenzjoni mill-qrib ħafna sabiex jitnaqqsu r-riskji importanti tal-effetti negattivi fuq il-funzjonament tal-ekonomija.

|| 2014 || Żbilanċi li jirrekjedu monitoraġġ u azzjoni deċiżiva ta' politika L-aġġustament kontinwu tal-pożizzjoni internazzjonali nettament negattiva, il-livell għoli ta' dejn pubbliku u privat fil-kuntest ta' settur finanzjarju fraġli u prestazzjoni fl-esportazzjoni li kull ma jmur qiegħda teħżien jeħtieġu attenzjoni mill-qrib ħafna sabiex jitnaqqsu r-riskji importanti tal-effetti negattivi fuq il-funzjonament tal-ekonomija.

LU || 2014 || Ma hemmx sitwazzjoni ta' żbilanċ fis-sens tal-MIP:  Sfidi ġejjin minn mudell ta’ tkabbir ibbażat fuq settur finanzjarju effiċjenti, li għadda tajjeb mill-kriżi. Madankollu, it-telf fil-kompetittività tal-manifattura, l-evoluzzjoni tas-suq tal-akkomodazzjoni u l-livell għoli ta' dejn tas-settur privat għandhom bżonn attenzjoni kontinwa.

MT || 2013 || Żbilanċi:  is-sostenibbiltà għat-tul tal-finanzi pubbliċi jistħoqqilha l-attenzjoni fil-waqt li s-settur finanzjarju kbir ħafna, u b’mod partikolari, ir-rabta qawwija bejn il-banek orjentati lokalment u s-suq tal-proprjetà joħolqu sfidi għall-istabbiltà finanzjarja u jistħoqqilhom attenzjoni kontinwa.

|| 2014 || Ma għadux żbilanċ fis-sens tal-MIP: Għalkemm id-dejn għadu għoli, ir-riskji għas-sostenibbiltà tad-dejn tas-settur privat u pubbliku u l-istabbiltà tas-settur finanzjarju jidher li huma limitati, anki jekk dawn jistħoqqilhom monitoraġġ kontinwu.

NL || 2013 || Żbilanċi:  l-iżviluppi makroekonomiċi dwar id-dejn fis-settur privat u l-pressjonijiet ta' diżingranaġġ, flimkien mal-ineffiċjenzi reżidwi fis-suq tal-akkomodazzjoni, jistħoqqilhom attenzjoni. Minkejja li l-bilanċ pożittiv kbir fil-kont kurrenti ma joħolqu ebda riskji simili għal defiċits kbar, il-Kummissjoni se tkompli wkoll timmonitorja l-iżviluppi tal-kont kurrenti fil-Pajjiżi l-Baxxi.

|| 2014 || Żbilanċi:  l-iżviluppi makroekonomiċi dwar id-dejn fis-settur privat u l-ingranaġġ kontinwu, flimkien mal-ineffiċjenzi li baqa' fis-suq tal-akkomodazzjoni, jeħtieġu attenzjoni. Minkejja li s-surplus kbir fil-kont kurrenti ma joħloqx riskji simili għal defiċits kbar, u huwa parzjalment marbut mal-bżonn ta’ tnaqqis fl-ingranaġġ, il-Kummissjoni se ssegwi l-iżviluppi tal-kont kurrenti fil-Pajjiżi l-Baxxi fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.

SI || 2012 || Żbilanċ serju: l-iżviluppi makroekonomiċi relatati mad-diżingranaġġ tas-settur korporattiv u l-istabbiltà bankarja, kif ukoll u żvilupp mhux favorevoli iżda mhux daqstant urġenti fil-kompetittività esterna, jistħoqqilhom jiġu kkontrollati mill-qrib biex jitnaqqsu r-riskji kbar ta’ effetti negattivi fuq il-funzjonament tal-ekonomija.

|| 2013 || Żbilanċ eċċessiv: Sa issa, il-livelli ta’ dejn privat u pubbliku huma taħt il-livelli limiti ta' twissija tat-tabella ta’ valutazzjoni u anki d-dejn estern nett huwa relattivament limitat. Madankollu, f’kuntest ta’ xejriet ekonomiċi negattivi dejjem jiżdiedu, ir-riskju għall-istabbiltà tas-settur finanzjarju li jirriżulta mid-dejn korporattiv u mid-diżingranaġġ huwa sostanzjali, inkluż permezz ta’ rabtiet mal-livell ta’ dejn sovran. Dawn ir-riskji huma aggravati minn kapaċità limitata ta’ aġġustament fis-swieq tax-xogħol u tal-kapital u minn struttura ekonomika ddominata minn sjieda statali. Perjodi ta’ inċertezza fil-politika u l-ostakli legali għar-riformi żammew is-Slovenja milli tindirizza l-iżbilanċi tagħha b’mod adegwat u li ssaħħaħ il-kapaċità ta’ aġġustament tagħha, u b’hekk żiedet il-vulnerabbiltà tagħha fi żmien ta’ stress ogħla fil-finanzjament sovran.

|| 2014 || Żbilanċ eċċessiv: L-iżbilanċi bdew jonqsu matul l-aħħar sena, bis-saħħa tal-aġġustament makroekonomiku u l-azzjoni politika deċiżiva mis-Slovenja. Madankollu l-kobor tal-korrezzjoni meħtieġa jfisser li għadhom preżenti riskji sostanzjali. Il-Kummissjoni se tkompli twettaq monitoraġġ speċifiku tal-politiki rakkomandati mill-Kunsill lis-Slovenja fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, u se tagħti rapport regolari lill-Kunsill u lill-Grupp tal-Euro

FI || 2012 || Żbilanċ: żviluppi makroekonomiċi marbuta mal-kompetittività jistħoqqilhom attenzjoni sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ effetti negattivi fuq il-funzjonament tal-ekonomija.

|| 2013 || Żbilanċ: id-deterjorament sostanzjali fil-pożizzjoni tal-kont kurrenti u d-dgħufija fil-prestazzjoni tal-esportazzjoni, xprunata minn ristrutturar industrijali, kif ukoll fatturi ta’ kompetittività marbuta mal-ispejjeż u oħrajn li mhumiex, jistħoqqilhom li jkomplu jingħataw attenzjoni.

|| 2014 || Żbilanċ: il-prestazzjoni batuta fl-esportazzjoni matul l-aħħar snin, imbuttata mir-ristrutturazzjoni industrijali, u l-fatturi tal-kompetittività tal-ispejjeż u mhux, għandhom bżonn attenzjoni kontinwa.

SE || 2012 || Żbilanċ: ċerti żviluppi makroekonomiċi rigward id-dejn tas-settur privat u s-suq tal-akkomodazzjoni jistħoqqilhom attenzjoni sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ effetti negattivi fuq il-funzjonament tal-ekonomija.

|| 2013 || Żbilanċ: żviluppi makroekonomiċi dwar id-dejn fis-settur privat u d-diżingranaġġ, flimkien mal-ineffiċjenzi li baqa' fis-suq tal-akkomodazzjoni, jeħtieġu attenzjoni kontinwa. Minkejja li l-bilanċ pożittiv kbir fil-kont kurrenti ma joħloqx riskji simili għal defiċits kbar f’pajjiżi oħra, il-Kummissjoni se tkompli tissorvelja l-iżviluppi tal-kont kurrenti fl-Isvezja.

|| 2014 || Żbilanċ: l-iżviluppi dwar id-dejn tal-unitajiet domestiċi, flimkien mal-ineffiċjenzi fis-suq tal-akkomodazzjoni, għandhom bżonn l-attenzjoni. Minkejja li s-surplus kbir fil-kont kurrenti ma joħloqx riskji simili għal defiċits kbar, u huwa parzjalment marbut mal-bżonn ta’ tnaqqis fl-ingranaġġ, il-Kummissjoni se ssegwi l-iżviluppi tal-kont kurrenti fl-Isvezja fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.

UK || 2012 || Żbilanċ: żviluppi makroekonomiċi fl-oqsma tad-dejn tal-unitajiet domestiċi u tas-suq tal-akkomodazzjoni, jistħoqqilhom ċertu attenzjoni, kif ukoll żviluppi mhux favorevoli iżda mhux daqstant urġenti fil-kompetittività esterna, sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ effetti negattivi fuq il-funzjonament tal-ekonomija.

|| 2013 || Żbilanċ: żviluppi makroekonomiċi fl-oqsma tad-dejn tal-unitajiet domestiċi, marbuta ma’ livelli għolja ta’ dejn ipotekarju u l-karatteristiċi strutturali tas-suq tal-akkomodazzjoni, kif ukoll żviluppi sfavorevoli fil-kompetittività esterna, speċjalment fejn jidħlu l-esportazzjonijiet tal-prodotti u tkabbir ekonomiku dgħajjef, għadhom jistħoqqilhom l-attenzjoni.

|| 2014 || Żbilanċ: l-iżviluppi fl-oqsma tad-dejn tal-unitajiet domestiċi, marbuta ma’ livelli għolja ta’ dejn ipotekarju u l-karatteristiċi strutturali tas-suq tal-akkomodazzjoni, kif ukoll żviluppi sfavorevoli fl-ishma tas-suq ta' esportazzjoni għadhom jistħoqqilhom l-attenzjoni.

2.3 Kriterji applikati fil-proċedura tal-implimentazzjoni tal-MIP

Fl-implimentazzjoni tal-proċedura, il-Kummissjoni qieset il-kriterji li ġejjin. L-ewwel nett, żbilanċ huwa marbut mill-qrib mal-kunċett ta’ sostenibbiltà. Jekk xi xejra jew sitwazzjoni ma tkunx sostenibbli, fl-aħħar mill-aħħar ikun hemm riskji ta' korrezzjonijiet f'daqqa. Dawn ix-xejriet jistgħu jkunu telf fil-kompetittività li jkunu jistgħu jqiegħdu f’periklu livell għoli ta’ attività ekonomika u impjiegi, jew l-iżviluppi ta’ kreditu u fil-prezzijiet tal-assi li jikkostitwixxu bżieżaq li ma jiġux ikkoreġuti malajr mis-swieq, minħabba żbalji fl-aspettattivi. Iżda s-sostenibilità mhijiex biss dwar dawk id-dgħufijiet strutturali li jakkumulaw fuq perjodi twal; tista’ tikkonċerna wkoll dgħufijiet fis-settur finanzjarju li jibdew jidhru f’okkażjonijiet speċifiċi (bħala riżultat ta’ xokkijiet esterni jew ta' żviluppi interni, jew kwistjonijiet fir-regolamentazzjoni domestika tas-settur finanzjarju), li malajr tista’ tipperikola l-istabbiltà finanzjarja u tinfirex għall-ekonomija kollha. Il-korrezzjonijiet ta' malajr li jagħmlu l-ħsara jistgħu jseħħu meta pajjiż jitlef l-aċċess għas-swieq finanzjarji jew meta l-kapaċità ta’ finanzjament tiegħu tkun sejra għall-agħar. It-tieni, l-iżbilanċi jistgħu ikunu jinkludu distorsjoni serja fl-allokazzjoni tar-riżorsi. Dan jista’ jiġri, pereżempju, meta l-flussi finanzjarji interni jew transkonfinali jwasslu għall-espansjoni eċċessiva ta’ settur wieħed. Dan jista’ fih innifsu jsir insostenibbli kif jidher pereżempju fl-espansjonijiet kbar tas-settur tal-kostruzzjoni jew setturi tal-gvern minfuħa ż-żejjed. Din il-karatteristika tikkomplementa valutazzjoni ta’ sostenibilità billi tinkludi taħt il-kunċett ta’ żbilanċi sitwazzjonijiet li jistgħu jkunu finanzjarjament sostenibbli bħala tali, iżda li jkollhom kosti soċjali u ekonomiċi għolja. Każ partikolari ta' dan huwa dak ippreżentat minn bilanċi pożittivi kbar, persistenti, fil-kontijiet kurrenti. Filwaqt li tali bilanċi pożittivi ma jqajmux tħassib fejn tidħol is-sostenibbiltà esterna għall-pajjiż ikkonċernat, [14]dawn jistgħu madankollu jkunu sintomatiċi ta’ allokazzjoni żbilanċjata ta’ riżorsi lejn is-settur ta’ affarijiet negozjabbli, nuqqas ta’ domanda u ta' investiment insuffiċjenti li jħallu l-effetti negattivi tagħhom fuq il-formazzjoni ta’ kapital u jillimittaw il-potenzjal ta’ tkabbir fuq perjodu ta’ żmien medju. It-tielet, l-iżbilanċi fis-sens tal-MIP jiġġeneraw effetti negattivi li jixxerrdu għal fuq l-imsieħba.[15] B’mod ġenerali, l-effetti li jixxerrdu ma humiex żbilanċ minnhom infushom, huma jaġixxu bħala fatturi aggravanti ta’ żbilanċi oħra, bħal defiċitis jew bilanċi pożittivi kbar fil-kont kurrenti. Fil-prattika, il-Kummissjoni irsistiet biex tevalwa r-riskju makroekonomiku (billi tagħti piż kemm lill-probabbilità ta' żviluppi sfavorevoli kif ukoll lill-impatt tagħhom fuq it-tkabbir, l-impjiegi u l-istabilità finanzjarja fuq kull pajjiż u l-UE u ż-Żona tal-Euro kollha kemm hi), meta jitqiesu sitwazzjonijiet u d-dinamiċi speċifiċi u meta jitqiesu l-politiki li jiġu implimentati.

[1] Ir-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-Żona tal-Euro; Ir-Regolament 1174/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar miżuri ta’ infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-Żona tal-Euro; Ir-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet tal-baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika; Ir-Regolament 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi; Ir-Regolament (UE) Nru 1177/2011 tat-8 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv; Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-Żona tal-Euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom; Ir-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-Żona tal-Euro  Minkejja li parti mis-six-pack, id-Direttiva 2011/85/UE tal-Kunsill tat-8 ta' Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri ma tiffurmax parti minn dan l-eżerċizzju ta' rieżami. Hija ssegwi skeda ta’ żmien bi skadenza għar-rieżami sal-14 ta' Diċembru 2018.

[2] Id-diversi regolamenti jipprevedu rieżami sal-14 ta' Diċembru 2014.

[3] COM(2014) 61 finali tas-6 ta’ Frar 2014.

[4] Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir kien inizjalment imwaqqaf fl-1997 sabiex jgħin il-koordinazzjoni tal-politiki fiskali fost l-Istati Membri biex jiġu evitati li politiki fiskali mhux sostenibbli jdgħajfu l-politika komuni monetarja li hi mmirata lejn stabbiltà fil-prezzijiet. Il-Patt jikkonsisti f'żewġ partijiet. Il-parti preventiva għandha l-għan li tiżgura s-saħħa li għandhom il-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri biex joħolqu stabbiltà makroekonomika u spazju fiskali biex jindirizzaw xokkijiet ekonomiċi li jistgħu jinqalgħu. Il-rekwiżit fil-qalba ta' dan huwa li l-Istati Membri jilħqu u jżommu Objettiv ta' Terminu Medju, valur referenzjarju baġitarju speċifiku għall-pajjiż iddefinit f'termini strutturali (jiġifieri aġġustat ċiklikament u ma jinkludix miżuri ta' darba u temporanji). L-għan tal-parti korrettiva, il-proċedura ta' defiċit eċċessiv, huwa li tikkoreġi żbalji ta' politika baġitarja kbar. Hija ankrata f'limiti għad-defiċit u d-dejn ta' 3 % u 60 % tal-PDG rispettivament.

[5] L-Anness 1.1 jiġbor fil-qosor it-tibdil fil-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir li introduċew is-six-pack / two-pack.

[6]  L-Anness 1.5 jagħti ħarsa ġenerali lejn il-konklużjonijiet tal-eżerċizzju.

[7]  Ir-Regolament 1174/2011 u r-Regolament 1176/2011.

[8] Ara l-Anness II għad-dettalji.

[9] Fil-ħarifa u x-xitwa 2013-14 il-Kummissjoni ppubblikat żewġ rapporti fuq il-monitoraġġ speċifiku tal-implimentazzjoni tal-politika fi Spanja u s-Slovenja.

[10] Diġà sar rieżami formali aktar kmieni din is-sena. Ara COM(2014) 61 finali.

[11] Fl-aħħar tal-programm, Stat Membru jsir suġġett għal proċeduri MIP u l-analiżi tar-rieżami fil-fond tiddetermina jekk għandux ikun fil-parti preventiva jew korrettiva tal-MIP. Abbażi tal-esperjenza sa issa, l-interazzjoni bejn il-MIP u l-programmi ta' aġġustament kienet mingħajr intoppi. Madankollu, iċ-ċiklu annwali tal-MIP jista' jimplika dewmien relattivament twil bejn is-sorveljanza msaħħa skont programm li qed jintemm u l-monitoraġġ skont il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv (fil-każ li żbilanċi eċċessivi jkunu għadhom hemm wara li jispicca l-programm), parzjalment superat minn sorveljanza ta' wara l-programm. 

[12]  Għal aktar analiżi tal-progress tal-istrateġija Ewropa 2020, ara l-Kummissjoni Ewropea,Evalwazzjoni tal-istrateġija tal-Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussivCOM(2014) 130.

[13] Għal aktar informazzjoni ara l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015, COM(2014) 906 .

[14] Ara COM(2013) 790.

[15] Ara Quarterly Report on the Euro Area, 2013 (2) u (3)

Top