This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013SC0254
COMMISSION STAFF WORKING DOCUMENT EXECUTIVE SUMMARY OF THE IMPACT ASSESSMENT Accompanying the document Proposal for a DECISION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on the participation by the European Union in a second European and Developing Countries Clinical Trials Partnership programme (EDCTP2) undertaken by several Member States
DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT li jakkumpanja d-dokument Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-parteċipazzjoni mill-Unjoni Ewropea fit-tieni programm ta' Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u li qed Jiżviluppaw (EDCTP2) li pparteċipaw fih diversi Stati Membri
DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT li jakkumpanja d-dokument Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-parteċipazzjoni mill-Unjoni Ewropea fit-tieni programm ta' Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u li qed Jiżviluppaw (EDCTP2) li pparteċipaw fih diversi Stati Membri
/* SWD/2013/0254 final */
DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT li jakkumpanja d-dokument Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-parteċipazzjoni mill-Unjoni Ewropea fit-tieni programm ta' Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u li qed Jiżviluppaw (EDCTP2) li pparteċipaw fih diversi Stati Membri /* SWD/2013/0254 final */
DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL
TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI
TAL-IMPATT li jakkumpanja d-dokument Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-parteċipazzjoni
mill-Unjoni Ewropea fit-tieni programm ta' Sħubija għall-Provi
Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u li qed Jiżviluppaw (EDCTP2)
li pparteċipaw fih diversi Stati Membri Dan is-sommarju
eżekuttiv jiddeskrivi s-sejbiet ewlenin tar-rapport tal-valutazzjoni
tal-impatt (IA) li jakkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni għal
deċiżjoni dwar il-parteċipazzjoni kontinwa tal-Unjoni Ewropea
(UE) fit-tieni progamm ta' Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn
Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi li qed Jiżviluppaw (EDCTP2), kif
mitlub minn Stati Ewropej parteċipanti u rakkomandat fl-evalwazzjoni
independenti tal-ewwel programm EDCTP (EDCTP1). Is-sommarju jaqa' taħt
l-Artikolu 185 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, li huwa
l-bażi biex l-UE tipparteċipa fl-implimentazzjoni konġunta ta’
programmi nazzjonali għar-riċerka u l-iżvilupp. Il-proposta qed
titressaq fil-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali MFF 2014-20
bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Programm Qafas tal-UE
għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, Orizzont 2020. Il-baġit
allokat għall-EDCTP2 huwa soġġett għall-eżitu
tad-deċiżjoni tal-UE dwar l-MFF 2014-20 u Orizzont 2020. 1. Għanijiet L-Isħubija
għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi li qed
Jiżviluppaw (EDCTP) twaqqfet fl-2003 bħala tweġiba
għall-kriżi tas-saħħa globali kkawżata minn tliet
mardiet prinċipali marbuta mal-faqar — l-HIV/AIDS, il-malarja u
t-tuberkulożi —, u bis-saħħa tal-impenn li ħadet l-UE biex
sal-2015 tilħaq l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju
tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-perjodu ta’ finanzjament attiv għall-ewwel
Programm EDCTP (EDCTP1) issa skada. Minkejja l-kisbiet tal-EDCTP sa issa,
il-piż soċjoekonomiku tal-mard marbut mal-faqar jippersisti u jxekkel
l-iżvilupp sostenibbli ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw, b’mod
partikolari fl-Afrika sub-Saħarjana. 1.1. Nuqqas ta' interventi
mediċi effettivi għall-mard marbut mal-faqar Il-mard marbut mal-faqar
għandu impatti negattivi kbar fuq is-saħħa, is-soċjetà u
l-ekonomija. Jaffettwa partikolarment l-ifqar nies fid-dinja u l-aktar
komunitajiet marġinalizzati. Iktar minn biljun ruħ, li jinkludu 400 miljun
tifel u tifla, qed ibatu minn marda jew aktar mit-tliet mardiet prinċipali
marbuta mal-faqar — l-HIV/AIDS, il-malarja u t-tuberkulożi — jew minn mard
li jittieħed li għadu traskurat, bħall-ulċera buruli,
it-trachoma, il-filariasis limfatiċi u l-mard tal-irqad. Il-malarja u
t-tuberkulożi waħedhom joqtlu madwar 2.1 miljun ruħ kull sena.
Dan il-mard ixekkel il-produttività u jżid in-nuqqas ta' sigurtà u instabbiltà,
u b'hekk itawwal iċ-ċiklu tal-faqar minn ġenerazzjoni
għall-oħra. L-Afrika sub-Saħarjana hi affettwata b’mod
sproporzjonat minn dan il-mard, b’madwar 90 % tal-imwiet kollha marbuta
mal-malarja jseħħu fl-Afrika fl-2010. Dan ir-reġjun jirrappreżenta
wkoll 'il fuq minn żewġ terzi (68 %) tan-nies kollha li
jgħixu bl-HIV u għal kważi tliet kwarti (72 %) tal-imwiet marbuta
mal-AIDS fl-2008. Titjib ġenerali
tal-infrastrutturi tan-nutrizzjoni, tas-sanità u tas-saħħa huwa
importanti, iżda kontroll fit-tul jirrikjedi l-iżvilupp ta’
interventi mediċi ġodda jew imtejba. L-interventi mediċi ta’ dan
il-mard għandhom xi nuqqasijiet jew ma għadhomx effikaċi.
Il-biċċa l-kbira tal-interventi mediċi l-ġodda —
il-mediċini, it-tilqim, il-mikrobiċidi — li qed jiġu
żviluppati jinsabu staġnati fl-istadju bikri tal-iżvilupp kliniku. 1.2. Dawn il-problemi jippersistu,
l-aktar minħabba investiment insuffiċjenti, kapaċità lokali
dgħajfa u appoġġ pubbliku frammentat In-nuqqas ta’ interventi
mediċi effettivi huwa dovut għal ħames kawżi ewlenin: (i) investiment insuffiċjenti (fallimenti tas-suq),
(ii) kapaċità ta’ riċerka klinika dgħajfa f’pajjiżi
Afrikani sub-Saħarjani, (iii) appoġġ pubbliku frammentat, (iv)
ambitu limitat tal-ewwel Programm tal-EDCTP, u (v) rabtiet insuffiċjenti
ma’ inizjattivi oħra tal-UE. –
L-ewwel nett, interventi mediċi ma jiġux
żviluppati minħabba investiment mhux suffiċjenti mis-settur
privat u dak pubbliku. Dan huwa marbut mal-fallimenti tas-suq: ir-riċerka
meħtieġa hija riskjuża u għalja, speċjalment provi
kliniċi tard fil-bniedem. Barra minn hekk, l-ispejjeż
tar-riċerka ma jistgħux jiġu rkuprati għalkollox
minħabba li la l-persuni milquta minn dan il-mard u lanqas is-sistema
tas-saħħa fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw ma
jifilħu jħallsu l-prezz tas-suq kollu biex jiżguraw ir-ritorn
fuq l-investiment privat. –
It-tieni, bosta pajjiżi
li qed jiżviluppaw, b’mod partikolari fl-Afrika sub-Saħarjana, ma
għandhomx l-infrastruttura bażika, ir-riżorsi umani u
l-kompetenzi sabiex jiġu indirizzati dawn il-problemi waħidhom u
jwettqu provi kliniċi f’konformità mal-istandards internazzjonali ta’
prassi klinika tajba. –
It-tielet, l-Istati Membri tal-UE li jaġixxu
permezz ta’ politiki ta’ riċerka nazzjonali mhux koordinati, il-programmi
u l-proġetti jikkompromettu massa kritika u l-effikaċja ta’ azzjoni
pubblika Ewropea. Dan huwa aggravat mill-fatt li l-baġits tal-għajnuna
(li jammontaw għal madwar 60 % tal-finanzjament tar-riċerka
għal mard marbut mal-faqar) qed jonqsu minħabba l-kriżi
finanzjarja u ekonomika Ewropea. –
Ir-raba', l-ambitu limitat tal-ewwel Programm
tal-EDCTP għamilha diffiċli li l-mard marbut mal-faqar jiġi
ttrattat b’mod komprensiv. Dan impedixxa l-appoġġ għal mard
marbut mal-faqar bħall-mard li jittieħed li għadu traskurat.
It-twessigħ tal-ambitu tiegħu jippermetti wkoll il-Programm tal-EDCPT
li jagħti appoġġ lill-istadji kollha tal-iżvilupp kliniku. –
Il-ħames, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni
bejn l-EDCTP u l-għajnuna tal-UE għall-iżvilupp jista' jwassal
għall-isfruttar ta' sinerġiji sinifikanti, u jippromwovi
l-introduzzjoni ta’ interventi mediċi li għadhom kif saru disponibbli
li huma aktar effettivi u siguri, u l-kunsinna tagħhom. 1.3. L-EDCTP1 għamel kisbiet
sostanzjali L-EDCTP1 wassal għal
għadd ta’ riżultati importanti: –
iffinanzja 55 proġett ta' provi kliniċi,
li jinvolvu 88 prova klinika individwali, li sa issa 8 minnhom irriżultaw
f’rakkomandazzjonijiet għal trattament imtejjeb għall-pazjenti; –
formulazzjoni antiretrovirali ġdida
għat-tfal infettati bl-HIV fl-Afrika, li ġiet ittestjata fi
Proġett EDCTP, ġiet approvata mill-US Food and Drug Administration
(FDA); –
ġew imsaħħa f’ħafna
pajjiżi Afrikani l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u
l-kapaċitajiet tal-analiżi tal-etika; –
ir-Reġistru tal-Provi Kliniċi Pan-Afrikan
(PACTR) inħoloq bl-appoġġ ta’ EDCTP1 u issa huwa rikonoxxut
uffiċjalment bħala reġistru primarju tal-Organizzazzjoni Dinjija
tas-Saħħa (WHO); –
l-ECDTP1 għen biex jagħti struttura
lis-sitwazzjoni tar-riċerka fl-Afrika billi ħoloq netwerks ta’
eċċellenza Afrikani għall-provi kliniċi. L-EDCTP huwa wkoll
eżempju eċċellenti ta’ prinċipju li aħna nipprofessaw fl-Ewropa:
biex niftħu l-programmi ta’ riċerka tagħna għall-kollaborazzjoni
mad-dinja kollha. L-EDCTP huwa tajjeb ħafna għal dan il-għan, bi
proġetti li jinvolvu istituzzjonijiet mill-Ewropa u mill-Afrika, b'75 %
tal-finanzjament imur għal istituzzjonijiet Afrikani u 73 %
tal-proġetti mmexxija minn riċerkaturi Afrikani. Minbarra li
jagħi spinta lill-iżvilupp kliniku u l-kapaċità fl-Afrika sub-Saħarjana,
il-programm irnexxielu jqabbad tibdil strutturali f’termini ta’ koordinazzjoni
aħjar tal-programmi nazzjonali tal-Istati Ewropej parteċipanti.
Il-livell ta’ integrazzjoni tal-programmi nazzjonali f’EDCTP issa laħaq
madwar 30 % tal-investiment fir-riċerka nazzjonali globali fi provi
kliniċi għal interventi mediċi kontra t-tliet mardiet il-kbar
marbuta mal-faqar. 1.4. It-tagħlimiet li nkisbu
mill-EDCTP1 għenu fit-tfassil tal-EDCTP2 Minkejja
s-suċċessi tagħha, l-implimentazzjoni tas-EDCTP żvelat
ukoll għadd ta’ nuqqasijiet: i) L-ambitu attwali tal-EDCTP huwa
limitat wisq biex jipprovdi reazzjoni komprensiva ta’ mard marbut mal-faqar:
aktar mard u l-istadji kollha tal-iżvilupp kliniku għandhom jiġu
inklużi. ii) Il-potenzjal
għall-koordinazzjoni u l-integrazzjoni ta' programmi nazzjonali Ewropej
fl-ambitu tal-EDCTP għadu ma ġiex sfruttat kompletament: issa qed
jiġu implimentati attivitajiet allinjati u miftiehma fost l-Istati Ewropej
parteċipanti (l-hekk imsejħa Attivitajiet Mibdija minn Stati
Parteċipanti) u l-proċeduri qed jiġu ssimplifikati. iii) Il-monitoraġġ u
l-evalwazzjoni ta’ miri speċifiċi jeħtieġ li jiġu
intensifikati: għalhekk ġew żviluppati indikaturi tal-impatt u
tal-prestazzjoni sistematiċi minn qabel għall-EDCTP2. iv) Għadhom ma nħolqux
relazzjonijiet ta’ ħidma stabbli ma’ finanzjaturi tar-riċerka kbar u mal-industrija
tal-farmaċewtika: id-diskussjonijiet strateġiċi ma’ finanzjaturi
oħrajn, bħall-Fondazzjoni Bill u Melinda Gates u l-industrija
tal-farmaċewtika għadhom għaddejjin. v) Il-koordinazzjoni mal-għajnuna
esterna tal-politika u l-iżvilupp tal-UE għadha
ma ġietx żviluppata biżżejjed: biex din il-problema
tiġi indirizzata, qed isir xogħol ta' koordinazzjoni ma’ inizjattivi
oħra tal-UE ta’ rilevanza għall-EDCTP. 1.5. L-inizjattiva se jkollha
impatt sinifikanti fuq in-nies u l-partijiet interessati L-indirizzar tal-problema u l-kawżi
tagħha jkollhom impatt pożittiv qawwi fuq is-saħħa,
il-benesseri u l-iżvilupp ekonomiku ta’ miljuni ta’ nies jgħixu
fl-Afrika sub-Saħarjana, b’mod partikolari fuq it-tfal u n-nisa
fir-reġjun li huma affettwati b’mod sproporzjonat minn dawn il-mardiet.
L-appoġġ għall-ġlieda kontra l-mard marbut mal-faqar
jgħin ukoll biex iċ-ċittadini tal-Ewropa jiġu mħarsa
minn dan il-mard minħabba li l-mobilità globali (inkluż
it-turiżmu) u l-movimenti migratorji jfissru li l-Ewropa se tkun qed
taffaċċja sfidi ġodda jew li jkunu reġgħu rritornaw,
minn mard li jittieħed. It-tisħin globali
jista’ jamplifika dawn ir-riskji fl-Ewropa, għax jista’ jwassal għal
prevalenza ogħla u bidla fid-distribuzzjoni ġeografika ta’ dan
il-mard. Riċerkaturi Ewropej u Afrikani se jibbenefikaw ukoll minn
programmi ta' riċerka strutturati u kkoordinati aħjar u attivitajiet
dwar mard marbut mal-faqar fil-livell Ewropew u dak nazzjonali. 1.6. L-intervent pubbliku
fil-livell tal-UE huwa kompletament iġġustifikat Il-fallimenti tas-suq u
l-lakuna ta' investiment li tirriżulta minnhom, u li hija deskritta hawn
fuq, jipprovdu ġustifikazzjoni qawwija għall-intervent pubbliku.
L-intervent fil-livell tal-UE huwa meħtieġ biex ilaqqa' flimkien
programmi ta' riċerka nazzjonali kompartmentalizzati, jgħin
fit-tfassil ta' strateġiji ta' riċerka u ta' finanzjament komuni tul
il-fruntieri nazzjonali u biex tinkiseb il-massa kritika ta’ atturi u
investimenti li hija meħtieġa biex jiġu indirizzati l-isfidi
tas-saħħa globali ewlenin, li l-pajjiżi ma jistgħux
jegħlbu weħidhom. Din l-alternattiva għandha żżid
ukoll il-kosteffettività u l-impatt ta’ attivitajiet Ewropej u investimenti
f’dan il-qasam. L-intervent tal-UE huwa
skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE u l-politiki relatati
tal-UE. Huwa ta' kontribut għat-twettiq tal-impenji tal-UE biex
jippromwovu l-effettività tal-għajnuna, it-tkabbir inklussiv u l-progress
lejn l-ilħuq tal-għanijiet tal-Iżvilupp tal-Millennju. L-għan ta’ din
l-inizjattiva huwa li l-programmi ta’ riċerka tal-UE u dawk nazzjonali
dwar mard marbut mal-faqar jiġu allinjati aħjar. Dan il-għan
jagħmel parti mill-għanijiet tat-Trattat biex jissaħħu
l-bażijiet xjentifiċi u teknoloġiċi tal-UE
(l-Artikolu 179(1) tat-TFUE) u biex tinħoloq żona Ewropea
tar-riċerka bbażata fuq il-kooperazzjoni bejn ir-riċerkaturi
bejn il-Fruntieri (l-Artikolu 179(2) tat-TFUE), bħal pereżempju
permezz tal-parteċipazzjoni tal-UE fi programmi ta’ riċerka u
żvilupp mnedija minn diversi Stati Membri (l-Artikolu 185 tat-TFUE). Tikkontribwixxi
wkoll għall-kompetenzi l-ġodda u estiżi tal-UE b'riżultat
tat-Trattat ta' Lisbona dwar l-UE (TUE) li jsegwi azzjonijiet komuni
fil-qasam tar-relazzjonijiet u l-kooperazzjoni internazzjonali
(l-Artikolu 21 tat-TUE) u għalhekk għal Ewropa Globali. 2. Għanijiet 2.1. Għanijiet ġenerali F’konformità
mal-istrateġija Ewropa 2020, l-inizjattiva ewlenija Unjoni
tal-Innovazzjoni, Orizzont 2020, is-sħubija strateġika
bejn l-UE u l-impenn tal-UE għall-konklużjonijiet tal-konferenza Rio+20
tal-2012 dwar l-iżvilupp sostenibbli u l-kisba ta’ għanijiet ta’
żvilupp sostenibbli li ntlaħaq qbil dwarhom fuq livell
internazzjonali, inklużi l-għanijiet tal-Iżvilupp tal-Millennju,
l-għan ġenerali ta’ din l-inizjattiva huwa li tikkontribwixxi
għat-tnaqqis fil-piż soċjali ta' mard marbut mal-faqar
f’pajjiżi li qed jiżviluppaw, b’mod partikolari fl-Afrika sub-Saħarjana,
billi tħaffef l-iżvilupp kliniku ta’ interventi mediċi
effettivi, sikuri u bi prezzijiet li li jilħqu l-but ta' kulħadd
għall-mard marbut mal-faqar. 2.2. Għanijiet
speċifiċi Sabiex jitwettqu
l-għanijiet ġenerali hawn fuq, l-għanijiet speċifiċi
tal-programm EDCTP2 għandhom iwasslu għal: ·
Numru akbar ta’ interventi mediċi
ġodda jew imtejba għall-HIV/AIDS, it-tuberkulożi, il-malarja u
mard ieħor marbut mal-faqar, u sa tmiem
il-programm li jkun kiseb mill-inqas prodott mediku ġdid, bħal
mediċina ġdida jew vaċċin ġdid kontra t-TB jew
kwalunkwe mard ieħor marbut mal-faqar; li jkun ħareġ mill-inqas 30
linja gwida għal użu imtejjeb jew estiż ta’ mediċini
eżistenti; u li wassal għal progress fl-iżvilupp kliniku ta’
mill-inqas 20 prodott kandidat. ·
Kooperazzjoni msaħħa ma’ pajjiżi
Afrikani sub-Saħarjani, b’mod partikolari rigward it-tisħiħ
tal-kapaċitajiet tagħhom biex jitwettqu provi kliniċi f’konformità sħiħa mal-prinċipji etiċi
fundamentali u l-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali, tal-Unjoni u dik
internazzjonali, inkluż il-karta tad-drittijijet Fundamentali tal-Unjoni
Ewropea u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-Protokolli
supplimentari tagħha, verżjoni tal-2008 tad-dikjarazzjoni ta’
Ħelsinki tal-Assoċjazzjoni Medika Dinjija u l-istandards KIA dwar
prassi klinika tajba. ·
Koordinazzjoni msaħħa, allinjament u
integrazzjoni ta’ programmi nazzjonali rilevanti u
għalhekk kosteffettività akbar tal-investimenti pubbliċi Ewropej. ·
Kooperazzjoni internazzjonali aktar wiesgħa
u żieda fl-ingranaġġ ta’ investimenti
minn finanzjaturi pubbliċi u privati oħra. ·
Żieda fl-impatt tas-sħubija
minħabba l-kooperazzjoni effettiva mal-inizjattivi rilevanti tal-UE, bħall-għajnuna tal-UE għall-iżvilupp. 3. Alternattivi ta' politika Il-valutazzjoni tal-impatt qieset għadd ta’ alternattivi u
s-subalternattivi b’bażijiet legali differenti, l-ambitu, it-tul ta’
żmien, il-baġit u l-kontribuzzjoni tal-UE. Bl-Alternattiva 1 ("l-ebda azzjoni tal-UE"), ma jkun hemm l-ebda EDCTP2, u
l-ebda provdiment fil-politiki, il-programmi jew
l-azzjonijiet finanzjarji tal-UE bħala appoġġ
għall-għanijiet tal-EDCTP, jew f'termini ta' provi kliniċi jew
biex il-programmi tar-riċerka nazzjonali tal-Istati membri jiġu
integrati biex jiġġieldu l-mard marbut mal-faqar. L-appoġġ
Ewropew għall-provi kliniċi u t-tisħiħ ta’
kapaċitajiet relatati jkunu bbażati biss fuq il-programmi nazzjonali
tal-Istati Membri. Bl-Alternattiva 2 ("abbażi ta' programmi"), ma jkun hemm l-ebda EDCTP2
imma l-provdiment se jsir fil-politiki, fil-programmi u l-azzjonijiet finanzjati
tal-UE, bħala appoġġ għall-għanijiet tal-EDCTP. L-appoġġ għal provi kliniċi u
t-tisħiħ ta' kapaċitajiet relatati għalhekk ikun jiddependi
fuq tisħiħ ta’ kapaċitajiet relatati mal-programmi nazzjonali
tal-Istati Membri u l-programmi tal-UE. Bl-Alternattiva 3 ("żamma tal-istatus quo — xenarju bażi"),
l-EDCTP1 essenzjalment se jkun qiegħed jiġi estiż minħabba:
l-istess enfasi tematika, l-istess strateġija u attivitajiet ta’
finanzjament, l-istess baġit u tul ta’ żmien, jiġifieri EUR 500
miljun fuq perjodu ta' ħames snin. Bl-Alternattiva 4 (“ambitu estiż”), l-EDCTP1 jiġi estiż bl-istess enfasi
ġeografika (l-Afrika sub-Saħarjana) iżda
b’estensjoni tal-perjodu ta’ żmien u l-ambitu tematiku li tikkonsisti minn
(i) irduppjar tal-ħajja tal-programm sa 10 snin, (ii) indirizzar ta' mard
ieħor marbut mal-faqar (minbarra t-tliet mardiet il-kbar l-HIV/AIDS,
il-malarja u t-tuberkulożi), u (iii) l-appoġġ għal kull
stadju ta’ żvilupp kliniku. Rigward il-baġit
globali u l-kontribuzzjoni tal-UE tqiesu tliet subxenarji: Bis-subalternattiva 4A, il-baġit totali
tal-EDCTP2 jkun ta’ EUR 0.85 biljun b’kontribuzzjoni tal-UE li
tlaħħaq it-EUR 350 miljun biex ikun jaqbel mal-kontribuzzjoni
tal-Istati Ewropej parteċipanti ta’ mill-inqas EUR 500 miljun. Bis-subalternattiva 4B,
il-baġit totali tal-EDCPT2 jkun ta’ EUR 1 biljun b’kontribuzzjoni
tal-UE li tlaħħaq il-EUR 500 miljun biex jaqbel
mal-kontribuzzjoni tal-Istati Ewropej parteċipanti ta’ mill-inqas EUR 500
miljun. Bis-subalternattiva 4C, il-baġit totali se jkun ta’
EUR 2 biljun b’kontribuzzjoni tal-UE li tlaħħaq il-EUR 1
biljun biex jaqbel mal-kontribuzzjoni tal-Istati Ewropej parteċipanti ta’
mill-inqas EUR 1 biljun. 4. Valutazzjoni tal-impatti u
paragun tal-alternattivi L-impatti ta’
kull waħda mill-alternattivi ta' politika tqabblu f’termini
tal-effettività, tal-effiċjenza u tal-konsistenza tagħhom biex
jilħqu l-objettivi ġenerali u dawk speċifiċi. L-Alternattiva 4C, li żżomm l-ambitu ġeografiku tal-EDCTP iżda
testendi t-tul ta’ żmien tiegħu, l-ambitu tematiku u l-baġit,
hija l-alternattiva ppreferuta. L-Alternattiva 4C
tkun l-iktar alternattiva effettiva, effiċjenti u konsistenti. Din tirrikjedi
l-ikbar baġit tal-UE, iżda għandha l-potenzjal li tibdel
lill-EDCTP f’attur globali ewlieni fl-iżvilupp tal-prodott
għas-saħħa globali. Ikollha biżżejjed volum
finanzjarju biex tipprovdi tmexxija fl-iżvilupp ta' interventi mediċi
siguri u effettivi ġodda kontra t-tliet mardiet injorati u oħrajn
marbuta mal-faqar, pereżempju fl-iżvilupp ta’ vaċċin
għat-tuberkulożi. Din l-alternattiva tibdel lill-EDCTP minn programm
ta’ riċerka kollaborattiva pur bejn l-Ewropa u l-Afrika sub-Saħarjana
fi programm li jikkontribwixxi għal żvilupp sostenibbli fit-tul
tal-Afrika sub-Saħarjana. Din l-alternattiva wkoll: –
tippermetti lill-EDCTP li jniedi provi fi stadju
aħħari, li jiswew EUR 50 - 400 miljun; –
iżid l-effett ta’ ingranaġġ
tal-infiq pubbliku tal-UE dwar mard marbut mal-faqar; –
iżomm it-tmexxija tal-UE f'mard, riċerka
u innovazzjoni marbuta mal-faqar. 5. Monitoraġġ u
evalwazzjoni Huwa importanti li
tiġi mfassla sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni fil-livell
tal-programm kif ukoll tal-proġett biex isiru valutazzjonijiet sodi ta’
jekk l-ECDP2 jinsabx fit-triq it-tajba u jekk jirnexxilux jikseb
l-għanijiet tiegħu. Il-qafas tal-evalwazzjoni għandu jkun
magħmul minn dawn li ġejjin: –
aġġornamenti dwar indikaturi tal-EDCTP2
ppubblikati kull sena; –
rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni,
il-prestazzjoni u l-progress tal-EDCTP2 lejn il-kisba tal-għanijiet u
l-miri tiegħu; –
evalwazzjoni indipendenti ta’ nofs il-perjodu dwar
il-prestazzjoni u l-kwalità tal-attivitajiet iffinanzjati u
tal-implimentazzjoni tal-EDCTP2 imwettqa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017,
u fl-aħħar tal-programm EDCTP2, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2023;
kif ukoll –
evalwazzjoni ex-post indipendenti finali
mwettqa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2026. Il-Kummissjoni se
tiżgura li kwalunkwe azzjoni meħudha fil-kuntest tal-EDCTP2
tirrispetta l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u hija konformi
mal-istandards internazzjonali dwar prassi klinika tajba.