Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013AP0311

    P7_TA(2013)0311 Theddid serju transkonfinali għas-saħħa ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar theddid serju transkonfinali għas-saħħa (COM(2011)0866 – C7-0488/2011 – 2011/0421(COD)) P7_TC1-COD(2011)0421 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-3 ta’ Lulju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Deċizjoni Nru …/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar theddid serju transkonfinali għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE

    ĠU C 75, 26.2.2016, p. 300–301 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 75/300


    P7_TA(2013)0311

    Theddid serju transkonfinali għas-saħħa ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar theddid serju transkonfinali għas-saħħa (COM(2011)0866 – C7-0488/2011 – 2011/0421(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (2016/C 075/44)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0866),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 168(4)(c) u 168(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0488/2011),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta' Marzu 2012 (1),

    wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

    wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-28 ta' Mejju 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0337/2012),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tinstab hawnhekk;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


    (1)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 160.


    P7_TC1-COD(2011)0421

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-3 ta’ Lulju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Deċizjoni Nru …/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar theddid serju transkonfinali għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE.)


    Top