Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013AP0294

P7_TA(2013)0294 Il-kontroll mill-Istat tal-port ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Lulju 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/16/KE dwar il-kontroll mill-Istat tal-port (COM(2012)0129 – C7-0081/2012 – 2012/0062(COD)) P7_TC1-COD(2012)0062 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta’ Lulju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/16/KE dwar il-kontroll mill-Istat tal-port

ĠU C 75, 26.2.2016, p. 186–186 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 75/186


P7_TA(2013)0294

Il-kontroll mill-Istat tal-port ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Lulju 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/16/KE dwar il-kontroll mill-Istat tal-port (COM(2012)0129 – C7-0081/2012 – 2012/0062(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 075/31)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0129),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0081/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2012 (1),

wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-17 ta' April 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0394/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 299, 4.10.2012, p. 153.


P7_TC1-COD(2012)0062

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta’ Lulju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/16/KE dwar il-kontroll mill-Istat tal-port

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Direttiva 2013/38/UE.)


Top