This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011AR0335
Opinion of the Committee of the Regions on ‘European Union programme for social change and innovation’
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Programm tal-Unjoni Ewropea għall-bidla u l-innovazzjoni soċjali”
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Programm tal-Unjoni Ewropea għall-bidla u l-innovazzjoni soċjali”
ĠU C 225, 27.7.2012, p. 167–173
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 225/167 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Programm tal-Unjoni Ewropea għall-bidla u l-innovazzjoni soċjali”
2012/C 225/13
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
— |
itenni l-ħtieġa li l-azzjoni stabbilita fil-programm tiġi ffokata l-iżjed fuq iż-żgħażagħ, li ntlaqtu ħażin ħafna mill-kriżi: fid-dawl tal-fatt li aktar minn 20 % taż-żgħażagħ jinsabu qiegħda, għandhom ikunu l-prijorità. Bl-istess mod, għandha tingħata attenzjoni kbira lill-grupp ta’ persuni li ilhom qiegħda għal ħafna żmien, li bħalissa jirrappreżenta medja ta’ 3,8 % tal-popolazzjoni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea fl-età tax-xogħol; |
— |
itenni l-fehma tiegħu li l-proġett, fil-parti relatata mal-innovazzjoni soċjali, irid jalloka sehem akbar tal-fondi milli dak speċifikat mill-Kummissjoni għal esperimentazzjoni fil-prattika, b'mod partikolari fir-rigward ta’ proġetti li jikkonċernaw il-prijoritajiet politiċi u, speċjalment, l-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ; |
— |
itenni l-importanza tal-appoġġ għall-mobilità ġeografika tal-ħaddiema fil-livell Ewropew u jaħseb li l-EURES se jkun strument dejjem iżjed utli biss jekk jorbot b'suċċess id-domanda mal-provvista tal-forza tax-xogħol, u jekk ir-riżultati tiegħu jistgħu jiġu vvalutati b'mod effettiv. Il-Kumitat jenfasizza l-kontribut li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jagħtu f'dan is-settur; |
— |
minkejja dan għandu dubji dwar id-deċiżjoni li jitneħħew mill-programm tal-innovazzjoni soċjali r-referenzi għall-ugwaljanza bejn is-sessi u l-indirizzar tal-problema tad-diskriminazzjoni. |
Relatur |
Is-Sur ROSSI (IT/PSE), President tar-Reġjun tat-Toskana |
Dokument ta’ referenza |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla u l-Innovazzjoni Soċjali COM(2011) 609 final |
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
1. |
jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex tippreżenta, għall-perjodu 2014-2020, ir-regolamenti l-ġodda “Progress”, u dawk dwar il-Mikrofinanzjament u dwar l-EURES, li laqqgħethom flimkien fil-Programm għall-Bidla u l-Innovazzjoni Soċjali; |
2. |
jenfasizza l-importanza li jitlaħħam il-kunċett tal-innovazzjoni soċjali, li huwa jqis strument ewlieni għall-indirizzar tar-riskji tal-esklużjoni soċjali u l-ġlieda kontriha fejn diġà teżisti, b'mod speċjali fi żmien ta’ kriżi li qed jhedded li jpoġġi fil-periklu l-koeżjoni tal-Ewropa u l-mudell soċjali tagħha; |
3. |
minkejja dan għandu dubji dwar id-deċiżjoni li jitneħħew mill-programm tal-innovazzjoni soċjali r-referenzi għall-ugwaljanza bejn is-sessi u l-indirizzar tal-problema tad-diskriminazzjoni; |
4. |
itenni l-ħtieġa li l-azzjoni stabbilita fil-programm tiġi ffokata l-iżjed fuq iż-żgħażagħ, li ntlaqtu ħażin ħafna mill-kriżi: fid-dawl tal-fatt li aktar minn 20 % taż-żgħażagħ jinsabu qiegħda, għandhom ikunu l-prijorità. Bl-istess mod, għandha tingħata attenzjoni kbira lill-grupp ta’ persuni li ilhom qiegħda għal ħafna żmien, li bħalissa jirrappreżenta medja ta’ 3,8 % tal-popolazzjoni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea fl-età tax-xogħol; |
5. |
jenfasizza wkoll il-bżonn li tingħata definizzjoni aktar ċara ta’ “ekonomija soċjali” u f'dan ir-rigward jirreferi b'mod partikolari għar-rapport tal-Parlament Ewropew dwar l-Ekonomija Soċjali (1); |
6. |
itenni l-importanza tal-konsistenza fl-użu tal-fondi allokati għal dan il-programm u dawk tal-Fond Soċjali Ewropew. Il-Kumitat jenfasizza l-ħtieġa għal impenn mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet reġjonali nnifishom sabiex jiżguraw din il-konsistenza permezz tal-miżuri identifikati mill-Kummissjoni. Dan jista' jiġi rifless meta jitfasslu l-linji gwida dwar kuntratti pubbliċi u l-proċeduri għall-analiżi tal-proġetti; |
7. |
itenni l-fehma tiegħu li l-proġett, fil-parti relatata mal-innovazzjoni soċjali, irid jalloka sehem akbar tal-fondi milli dak speċifikat mill-Kummissjoni għal esperimentazzjoni fil-prattika, b'mod partikolari fir-rigward ta’ proġetti li jikkonċernaw il-prijoritajiet politiċi u, speċjalment, l-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ; |
8. |
jikkonferma l-importanza tal-mikrokreditu fil-klima politika u ekonomika attwali. Dan għandu jgħin liċ-ċittadini (b'mod speċjali ż-żgħażagħ u n-nisa) biex jibdew in-negozji tagħhom, jespandu l-attività intraprenditorjali tagħhom jew itejbu l-ħiliet professjonali tagħhom; |
9. |
itenni li, f'dan is-settur ukoll, l-enfasi ewlenija għandha tkun fuq is-sezzjonijiet dgħajfa u vulnerabbli tal-popolazzjoni jew fuq l-intrapriżi soċjali; ifakkar fl-effiċjenza li s'issa taw xhieda tagħha l-esperimenti fil-mikrofinanzjament, kemm fir-rigward tas-suċċess tal-investimenti kif ukoll fir-rigward tar-rata baxxa ta’ self li ma jitħallasx; |
10. |
itenni l-importanza tal-appoġġ għall-mobilità ġeografika tal-ħaddiema fil-livell Ewropew u jaħseb li l-EURES se jkun strument dejjem iżjed utli biss jekk jorbot b'suċċess id-domanda mal-provvista tal-forza tax-xogħol, u jekk ir-riżultati tiegħu jistgħu jiġu vvalutati b'mod effettiv. Il-Kumitat jenfasizza l-kontribut li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jagħtu f'dan is-settur; |
11. |
ifakkar li, minkejja l-impenn tal-istituzzjonijiet, għad hemm ostakli prattiċi sinifikanti għall-mobilità ġeografika tal-ħaddiema fi ħdan l-UE, speċjalment għal dawk li jgħixu fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-kontinent jew fir-reġjuni ultraperiferiċi; |
12. |
isejjaħ għat-titjib tal-proċeduri ta’ valutazzjoni sabiex l-impatt tal-programm kollu kemm hu jkun jista' jiġi mifhum, u jitlob lill-Kummissjoni biex timpenja ruħha biex tagħmel segwitu mgħaġġel għall-valutazzjonijiet finali preċedenti ta’ programmi ekwivalenti li għaddejjin bħalissa, billi tagħmel aġġustamenti għall-programmi l-ġodda fejn ikun meħtieġ. |
13. |
jenfasizza li l-innovazzjoni soċjali tippermetti li jiġu indirizzati r-riskji tal-esklużjoni soċjali u l-ġlieda kontriha fejn diġà teżisti, b'mod speċjali fi żmien ta’ kriżi li qed jhedded li jpoġġi fil-periklu l-koeżjoni tal-Ewropa u l-mudell soċjali tagħha; ifakkar li ninsabu fil-periklu reali ta’ “kriżi ġenerazzjonali” b'konsegwenzi inkalkulabbli għall-mudell soċjetali tagħna u għas-sistema demokratika nnifisha; għaldaqstant jitlob li l-Ewropa terfa' r-responsabbiltà tagħha u tippromovi l-esperimentazzjoni soċjali u xxerred il-prattika tajba li jirriżultaw minnha, sabiex jiġu żviluppati mudelli effettivi għall-intervent li jistgħu jiġu applikati madwar l-Unjoni; |
14. |
ifakkar fl-opinjoni tiegħu tas-7 ta’ Ottubru 2009 dwar l-istrument tal-mikrofinanzjament (2) u fl-importanza li jista' jkollha l-faċilità mikrofinanzjarja fil-ġlieda kontra l-esklużjoni. Il-kummenti tal-Kumitat dwar id-definizzjoni tal-kategoriji mmirati minn dan l-istrument, u l-istqarrija li mhuwiex strument għall-finanzjament tal-konsum iżda minflok ta’ start-ups jew għall-konsolidazzjoni ta’ negozji żgħar innovattivi jew soċjali, li jkollhom problemi jiksbu fondi minn sorsi tradizzjonali, jistgħu jgħinu biex jiċċaraw l-għan tiegħu. Jenfasizza li l-azzjoni Ewropea tibqa' sekondarja, jiġifieri rwol ta’ appoġġ għall-atturi nazzjonali, reġjonali jew lokali li jipprovdu l-mikrokreditu. Barra minn hekk, jenfasizza li l-istrument huwa importanti għaliex joħloq mekkaniżmu virtwuż u li jreġġi lilu nnifsu għall-intrapriżi benefiċjarji li jiġġenera mill-ġdid il-fondi disponibbli minħabba r-rata għolja ta’ rimborż. Għaldaqstant, jitlob li tiġi stabbilita regolamentazzjoni Ewropea tajba li tiddefinixxi fatturi komuni fil-livell Ewropew, sabiex jiġu armonizzati jew standardizzati l-prattiki relatati mal-mikrokreditu. Il-Kumitat jixtieq ukoll jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-eżempji pożittivi ta’ organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li diġà qed jagħmlu ħidma eċċellenti biex jipprovdu l-mikrokreditu. Sabiex jibqa' jsir dan, huwa importanti li l-UE ma tiżviluppax sistema parallela f'dan il-qasam, iżda minflok għandha tappoġġja l-isforzi li qed isiru diġà; |
15. |
fir-rigward tal-EURES, jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li dan l-istrument isir iżjed effettiv billi l-provvista tiġi allinjata mad-domanda, u billi jsir użu mis-servizzi ta’ impjieg fil-livell nazzjonali u reġjonali; jitlob li l-EURES jagħmel iżjed biex jindirizza l-ħtiġijiet taż-żgħażagħ li qed ifittxu l-ewwel impjieg tagħhom, billi jappoġġja l-mobilità tan-nies li m'għandhomx esperjenza ta’ xogħol, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-fatt li hemm ukoll domanda għal ħaddiema żgħażagħ ikkwalifikati f'ħafna bliet u żoni rurali iżgħar. Jenfasizza wkoll il-bżonn li jiġi adottat approċċ ambizzjuż għall-ħafna ostakli għall-moviment ħieles tal-ħaddiema, fosthom id-distanza mill-kontinent; l-istrument għandu jindirizzahom u mhux jillimita ruħu biss għal attivitajiet ta’ tqabbil ta’ dawk li qed ifittxu impjieg ma’ offerti ta’ xogħol; |
Kwistjonijiet speċifiċi
16. |
jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li fis-settur tal-innovazzjoni soċjali, meta mqabbel mal-programm attwali “Progress”, tneħħiet ir-referenza għall-ugwaljanza bejn is-sessi u n-nondiskriminazzjoni minħabba li jeżistu żewġ riskji ewlenin: il-bidla fl-enfasi mill-ħtieġa li jitneħħew l-ostakli soċjali li jxekklu l-ugwaljanza għar-rikonoxximent sempliċi u tradizzjonali tad-drittijiet u r-riskju tal-frammentazzjoni ta’ skemi innovattivi fil-qasam soċjali; |
17. |
jikkonferma li l-baġit tal-programm għadu iktar baxx mill-ammont meħtieġ, b'mod partikolari fir-rigward tal-esperimentazzjoni soċjali, għalkemm il-Kummissjoni tipproponi li 17 % tal-baġit jintużaw għal dan il-għan; |
18. |
fir-rigward tal-aspett tal-mikrofinanzjament, jaħseb li huwa neċessarju li ntennu dak li ntqal fl-opinjoni tal-Kumitat fl-2009, mhux l-inqas meta wieħed jikkunsidra li l-programm ikkofinanzjat mill-BEI u l-FEI ilu jiġi implimentat ftit iktar minn sena. Josserva li għandha tingħata attenzjoni partikolari lil azzjonijiet speċifiċi biex jiġu appoġġati l-operaturi tal-mikrokreditu sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet minimi ta’ bilanċ u sostenibbiltà u jfakkar li l-effikaċja tal-miżuri tal-mikrofinanzjament hija relatata mill-qrib mad-daqs tal-operaturi u l-kwalità tas-servizzi ta’ mikrofinanzjament li huma jipprovdu. Għaldaqstant hemm bżonn li jitħeġġu u jiġu appoġġati netwerks nazzjonali u/jew reġjonali ta’ mikrofinanzjament li jaħdmu bħala strutturi ta’ appoġġ tat-tieni livell għal operaturi lokali individwali; |
19. |
jisħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm azzjoni Ewropea koerenti meta jkun hemm diversi programmi fil-qasam tal-innovazzjoni u tal-mikrofinanzjament; jitlob li tiġi garantita koerenza akbar bejn il-Programm għall-Bidla u l-Innovazzjoni Soċjali u l-FSE, fid-dawl tad-diversità strutturali tal-entitajiet ta’ ġestjoni – il-Kummissjoni għal dan il-programm u l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali għall-Fond Soċjali. F'dan ir-rigward, iressaq tliet proposti: impenn mir-reġjuni li jużaw il-Fond Soċjali jew fondi oħrajn biex japplikaw prattiki tajbin diġà stabbiliti; il-possibbilità li l-Kumitat tar-Reġjuni jressaq linji gwida dwar il-kwistjoni ta’ konsistenza meta jasal iż-żmien għall-pubblikazzjoni ta’ sejħiet għall-offerti; fejn ikun jixraq għad-dimensjoni territorjali tal-proġetti, l-awtoritajiet lokali u reġjonali involuti għandhom joħorġu opinjoni dwar kull proġett ippreżentat sabiex jiżguraw sinerġija u koordinazzjoni mal-użu tal-FSE; |
20. |
fl-aħħar nett, josserva li hemm il-problema, fir-rigward tat-tliet assi tal-programm, li jitwettqu valutazzjonijiet iktar preċiżi tal-effikaċja, b'mod partikolari fir-rigward tal-mikrofinanzjament u l-EURES, bil-għan li wieħed isir jaf in-numru ta’ persuni li jkunu sabu xogħol bis-saħħa tal-programm. Iqis li l-Kummissjoni għandha timpenja ruħha biex tippreżenta iktar malajr ir-riżultati tal-valutazzjonijiet ta’ programmi li għaddejjin bħalissa, li għandhom jiġu ppubblikati biss wara li l-programmi l-ġodda jidħlu fis-seħħ, u, jekk ikun adatt, tipproponi bidliet jew żidiet ghal dawn tal-aħħar. |
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI
Emenda 1
Billi (19)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni |
||||
|
|
Raġuni
Huwa neċessarju li jiġi enfasizzat il-bżonn għal koerenza tal-implimentazzjoni ta’ dan il-programm mal-Istrateġija UE 2020.
Emenda 2
Artikolu 4(1) inċiż ġdid (f)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni |
||||||||||||||||||||||
Artikolu 4 Objettivi ġenerali tal-Programm 1. Il-Programm għandu jipprova jilħaq l-objettivi ġenerali li ġejjin:
|
Artikolu 4 Objettivi ġenerali tal-Programm 1. Il-Programm għandu jipprova jilħaq l-objettivi ġenerali li ġejjin:
|
Raġuni
Fir-rigward tal-punt b: huwa neċessarju li tiġi promossa l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati rilevanti kollha fl-iżvilupp ta’ sistemi ta’ ħarsien soċjali. Fir-rigward tal-punt d: il-mikrofinanzjament jista' jkun l-uniku mod kif iż-żgħażagħ jistabbilixxu jew jiżviluppaw intrapriża. Fir-rigward tal-punt f: il-parteċipazzjoni attiva tal-atturi rilevanti kollha hija kundizzjoni ta’ dan il-programm.
Emenda 3
Artikolu 5(2)(a)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni |
||||||||||||
2. Il-persentaġġi indikattivi li ġejjin għandhom jiġu allokati għall-assi stabbiliti fl-Artikolu 3 (1):
|
2. Il-persentaġġi indikattivi li ġejjin għandhom jiġu allokati għall-assi stabbiliti fl-Artikolu 3 (1):
|
Raġuni
Huwa importanti ħafna li tiġi enfasizzata l-ħtieġa li tingħata attenzjoni speċjali lil esperimentazzjoni konkreta u lill-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ, b'mod speċjali fid-dawl tal-istatistika riċenti.
Emenda 4
Artikolu 8(1)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni |
Konsistenza u kumplimentarjetà 1. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżgura li l-attivitajiet imwettqa taħt il-Programm huma konsistenti, u komplimentari ma’ azzjoni oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari taħt il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u f'dawk l-oqsma bħad-djalogu soċjali, il-ġustizzja u d-drittijiet fundamentali, l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali u l-politika dwar iż-żgħażagħ, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-intraprenditorija, is-saħħa, it-tkabbir u r-relazzjonijiet esterni, u l-politika ekonomika ġenerali. |
Konsistenza u kumplimentarjetà 1. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżgura li l-attivitajiet imwettqa taħt il-Programm huma konsistenti, u komplimentari ma’ azzjoni oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari taħt il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u f'dawk l-oqsma bħad-djalogu soċjali, il-ġustizzja u d-drittijiet fundamentali, l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali u l-politika dwar iż-żgħażagħ, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-intraprenditorija, is-saħħa, it-tkabbir u r-relazzjonijiet esterni, u l-politika ekonomika ġenerali. |
Raġuni
Meta wieħed iqis l-iskarsezza relattiva tal-fondi pubbliċi Ewropej u nazzjonali, hija ta’ importanza fundamentali li jiġu żgurati l-konsistenza u s-sinerġija fl-infiq. Għal din ir-raġuni, huwa neċessarju li tissaħħaħ il-kontinwità operattiva bejn l-azzjonijiet esperimentali u d-definizzjoni ta’ prattika tajba u azzjonijiet tal-fondi operattivi bħall-FEŻR u, b'mod partikolari, il-FSE. F'ħafna sitwazzjonijiet, huwa importanti li wieħed jikkontrolla l-konsistenza bejn nefqa esperimentali u n-nefqa operattiva li tiġi wara, fuq il-bażi tal-linji gwida stabbiliti mill-awtoritajiet reġjonali kompetenti, mingħajr ma ssir ħsara lill-indipendenza tal-Kummissjoni fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni ta’ proġetti f'konformità mar-regoli rilevanti.
Emenda 5
Artikolu 13
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni |
Monitoraġġ Bil-ħsieb tal-monitoraġġ regolari tal-Programm u kwalunkwe aġġustamenti meħtieġa għall-politika u l-prijoritajiet ta’ finanzjament tiegħu, il-Kummissjoni għandha tfassal rapporti ta’ monitoraġġ biennali u tibgħathom lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Dawn ir-rapporti għandhom ikopru r-riżultati tal-Programm u l-punt safejn il-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-antidiskriminazzjoni ġew indirizzati permezz tal-attivitajiet tiegħu. |
Monitoraġġ Bil-ħsieb tal-monitoraġġ regolari tal-Programm u kwalunkwe aġġustamenti meħtieġa għall-politika u l-prijoritajiet ta’ finanzjament tiegħu, il-Kummissjoni għandha tfassal rapporti ta’ monitoraġġ biennali u tibgħathom lill-Parlament Ewropewl-Kunsill . Dawn ir-rapporti għandhom ikopru r-riżultati tal-Programm u l-punt safejn il-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-antidiskriminazzjoni ġew indirizzati permezz tal-attivitajiet tiegħu. |
Raġuni
Ħafna mill-azzjonijiet li hemm dispożizzjoi għalihom fil-Programm għandhom effetti sinifikanti fuq l-azzjoni reġjonali, jew huma mmexxija minnha. Għaldaqstant, il-KtR irid ikun jista' joħroġ opinjoni sabiex jipproponi linji gwida lill-Kummissjoni li huma konsistenti mal-politika reġjonali.
Emenda 6
Artikolu 22
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni |
||||||||||||||||||||||
Artikolu 22 Objettivi speċifiċi
|
Artikolu 22 Objettivi speċifiċi
|
Raġuni
L-emenda għall-ewwel paragrafu hija neċessarja sabiex jiġu speċifikati l-kategoriji tal-benefiċjarji aħħarija tal-mikrokreditu għall-finijiet tal-produzzjoni jew l-iżvilupp professjonali. It-tieni emenda tixħet dawl fuq kwistjoni li diġà tqajmet mill-Kummissjoni Ewropea nnifisha u minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma involuti fil-qasam tal-mikrokreditu, b'mod partikolari fi żmien meta l-intraprenditorija, inklużi n-negozji ż-żgħar, trid tiġi stimolata u mħeġġa.
Emenda 7
Artikolu 23
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||||
Parteċipazzjoni 1. Il-parteċipazzjoni taħt l-assi tal-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali għandha tkun miftuħa għall-korpi pubbliċi u privati stabbiliti fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali fil-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 16(1) u li jipprovdu f'dawk il-pajjiżi:
2. Sabiex jintlaħqu l-benefiċjarji finali u jinħolqu mikrointrapriżi, kompetittivi, vijabbli, korpi pubbliċi u privati li jwettqu attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) għandhom jikkooperaw mill-qrib ma’ organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-benefiċjarji finali tal-mikrokreditu u ma’ organizzazzjonijiet, b'mod partikolari dawk appoġġjati mill-FSE, li jipprovdu programmi ta’ mentoring u taħriġ għal dawn il-benefiċjarji finali. 3. Il-korpi pubbliċi u privati li jwettqu attivitajiet kif imsemmi fil-paragrafu 1(a) għandhom jaderixxu mal-istandards għoljin li jikkonċernaw it-tmexxija, il-ġestjoni u l-protezzjoni tal-klijent b'konformità mal-prinċipji tal-Kodiċi Ewropew tal-Imġiba Tajba għall-Provvista ta’ Mikrokreditu u għandhom jippruvaw jipprevjenu li persuni u impriżi jkollhom dejn eċċessiv. |
Parteċipazzjoni 1. Il-parteċipazzjoni taħt l-assi tal-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali għandha tkun miftuħa għall-korpi pubbliċi u privati stabbiliti fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali fil-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 16(1) u li jipprovdu f'dawk il-pajjiżi:
2. Sabiex jintlaħqu l-benefiċjarji finali u jinħolqu mikrointrapriżi, kompetittivi, vijabbli, korpi pubbliċi u privati li jwettqu attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) għandhom jikkooperaw mill-qrib ma’ organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-benefiċjarji finali tal-mikrokreditu u ma’ organizzazzjonijiet, b'mod partikolari dawk appoġġjati mill-FSE, li jipprovdu programmi ta’ mentoring u taħriġ għal dawn il-benefiċjarji finali. 3. Il-korpi pubbliċi u privati li jwettqu attivitajiet kif imsemmi fil-paragrafu 1(a) għandhom jaderixxu mal-istandards għoljin li jikkonċernaw it-tmexxija, il-ġestjoni u l-protezzjoni tal-klijent b'konformità mal-prinċipji tal-Kodiċi Ewropew tal-Imġiba Tajba għall-Provvista ta’ Mikrokreditu u għandhom jippruvaw jipprevjenu persuni u impriżi dejn eċċessiv. |
Brussell, it-3 ta’ Mejju 2012.
Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Mercedes BRESSO
(1) Rapport tal-Parlament Ewropew dwar l-Ekonomija Soċjali (2008/2250(INI).
(2) Il-Faċilità Mikrofinanzjarja “PROGRESS”, CdR 224/2009.