EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011AP0252

Tassazzjoni fuq vetturi ta’ tagħbija tqal ***II Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas- 7 ta’ Ġunju 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi (15145/1/2010 – C7-0045/2011 – 2008/0147(COD))
P7_TC2-COD(2008)0147 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fis- 7 ta’ Ġunju 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi
ANNESS

ĠU C 380E, 11.12.2012, p. 156–158 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 380/156


It-Tlieta 7 ta’ Ġunju 2011
Tassazzjoni fuq vetturi ta’ tagħbija tqal ***II

P7_TA(2011)0252

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ġunju 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi (15145/1/2010 – C7-0045/2011 – 2008/0147(COD))

2012/C 380 E/27

(Proċedura leġislattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (15145/1/2010 – C7-0045/2011),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta’ 16 ta’ Dicembru 2009 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ta'12 ta’ Frar 2009 (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni (COM(2011)0069),

wara li kkunsidra il-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2008)0436),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0171/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu mehmuża ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni u tad-dikjarazzjoni konġunta tal-Presidenza Ungeriża u tal-Presidenzi futuri tal-Kunsill tal-Polonja, tad-Danimarka u ta’ Ċipru, mehmuża ma’ din ir-riżoluzzjoni;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 255, 22.9.2010, p. 92.

(2)  ĠU C 120, 28.5.2009, p. 47.

(3)  ĠU C 87 E, 1.4.2010, p. 345.


It-Tlieta 7 ta’ Ġunju 2011
P7_TC2-COD(2008)0147

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fis-7 ta’ Ġunju 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2011/76/UE.)


It-Tlieta 7 ta’ Ġunju 2011
ANNESS

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew

“Il-Parlament Ewropew jiddispjaċih li l-Kunsill ma kienx lest li jaċċetta l-pubblikazzjoni obbligatorja tat-tabelli ta’ korrelazzjoni fil-kuntest tal-proposta li temenda d-Direttiva 1999/62/KE. Qed jiġi ddikjarat li l-ftehim milħuq bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fit-trialogu tat-23 ta’ Mejju 2011 dwar id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi (Eurovignette) ma jippreġudikax l-eżitu tan-negozjati interistituzzjonali dwar it-tabelli ta’ korrelazzjoni.

Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tinfurmah fi żmien tnax-il xahar wara l-adozzjoni ta’ dan il-ftehim fil-plenarja u sabiex tippreżenta rapport fl-aħħar tal-perjodu tranżitorju dwar il-prattika fl-Istati Membri fir-rigward tat-tfassil tat-tabelli tagħhom li jindikaw, kemm jista’ jkun possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u biex tippubblikahom.”

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tabelli ta’ korrelazzjoni

Il-Kummissjoni tfakkar fl-impenn tagħha biex tiggarantixxi li l-Istati Membri jistabbilixxu tabelli ta’ korrelazzjoni li jorbtu l-miżuri li huma jadottaw mad-direttiva tal-UE u jikkomunikawhom lill-Kummissjoni fil-qafas tat-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE, fl-interess taċ-ċittadini, tat-tfassil aħjar tal-liġijiet u tat-trasparenza legali akbar u sabiex il-verifika tal-konformità tar-regoli nazzjonali mad-dispożizzjonijiet tal-UE tiġi ffaċilitata.

Il-Kummissjoni jiddispjaċiha għan-nuqqas ta’ appoġġ għad-dispożizzjoni inkluża fil-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi (Eurovignette), li kellha l-għan li tagħmel obbligatorju t-twaqqif ta’ tabelli ta’ korrelazzjoni.

Il-Kummissjoni, fi spirtu ta’ kompromess u bil-għan li tiżgura l-adozzjoni immedjata ta’ dik il-proposta, tista’ taċċetta li d-dispożizzjoni obbligatorja dwar it-tabelli ta’ korrelazzjoni inkluża fit-test tiġi ssostitwita bi premessa relevanti li tinkuraġġixxi lill-Istati Membri jsegwu din il-prattika. Hija se tagħti informazzjoni, fi żmien tnax-il xahar wara l-adozzjoni ta’ dan il-ftehim fil-plenarja, u tippreżenta rapport fl-aħħar tal-perjodu tranżitorju dwar il-prattika fl-Istati Membri fir-rigward tat-tfassil, għalihom u fl-interess tal-Unjoni, tat-tabelli tagħhom li jindikaw, kemm jista’ jkun possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u biex tippubblikahom.

Madankollu, il-pożizzjoni adottata mill-Kummissjoni f’din il-proċedura mhix se titqies bħala preċedent. Il-Kummissjoni se tkompli bl-isforzi tagħha sabiex, flimkien mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill, issib soluzzjoni xierqa għal din il-kwistjoni istituzzjonali orizzontali.

Dikjarazzjoni tal-Presidenza Ungeriża u tal-Presidenzi futuri tal-Polonja, tad-Danimarka u ta’ Ċipru

Qed jiġi ddikjarat li l-ftehim milħuq bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew fit-trialogu tat-23 ta’ Mejju 2011 dwar id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi (Eurovignette) ma jippreġudikax l-eżitu tan-negozjati interistituzzjonali dwar it-tabelli ta’ korrelazzjoni.


Top